Paolo Caruana

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Paolo Caruana

Paolo Caruana magħruf bħala tal-‘Ave Maria’ twieled L-Imqabba fis-16 ta’ Awwissu 1867 bin Giuseppe u Gabriella xebba Ellul. Kien mgħammed mill-Kappillan Frangisk Vella. Il-parrini tiegħu tawh l-ismijiet ta’ Paulus, Marianus, Emanuel u Innocentius.

Pawlu żżewweġ lil Caterina (sive Kekina) xebba Caruana. Pawlu kien ġej minn familja tat-tajjeb għax kienu bin-negożju tal-bhejjem. Il-ġenituri tiegħu ġieli ħallsu għal xi opri li saru fil-Knisja Parrokjali tal-Imqabba. Fl-1913 insibu li l-altar tal-Viżitazzjoni ta’ Marija Verġni kien irħamat spejjeż ta’ Giuseppe u Gabriella née Ellul.

Pawlu Caruana kif l-aktar kien magħruf, kien spiss jinnegozja ma’ pajjiżi barranin. Mhux l-ewwel darba li flimkien ma’ ħutu u martu Kekina kien isiefer għal skop ta’ kummerċ. Paola Sciberras, residenti l-Imqabba, tirrakkonta storja li semgħet mingħand il-kunjata tagħha Carmena Sciberras li darba waqt li Pawlu kien jinsab it-Tuneżija flimkien ma’ ħuh, aktarx Karmnu, inqabad priġunier. Kienu imbagħad bis-saħħa ta’ xi Tuneżini fqar li meta kienu Malta kien ħenn għalihom u ħalliehom jieklu l-karmus, li huwa ngħata l-libertà.

Insibuh askritt fis-Sodalità tal-Agonizzanti fl-20 ta’ Frar 1917. Insibu wkoll lil Pawlu Caruana President taċ-Ċirkolu San Giuseppe, imbagħad ta’ Santa Maria, u fl-1911 taċ-Ċirkolu Pio X u baqa’ President ta’ dan il-każin sal-1914.

Pawlu Caruana miet fl-Imqabba l-Erbgħa 28 ta’ Frar 1917 fl-età ta’ 50 sena. Wara l-mewt tiegħu, martu Caterina żżewġet lil Giuseppe Zammit, ħu s-saċerdot Imqabbi Dun Innocenzo Zammit.