Pacifico Scicluna

From M3P
Revision as of 11:30, 30 August 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Pacifico Scicluna)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Paċifico Scicluna

Is-surmast Pacifico Scicluna twieled Bormla fl-14 ta’ Awissu 1876. Wara ftit xhur, il-familja Scicluna marret toqgħod il-Birgu, fejn Pacifku trabba u għex sa mewtu. Beda jistudja l-mużika ta’ 9 snin fil-Birgu mal-Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880 tal-Ħal-Luqa u ħareġ idoqq ftit wara bħala katubier u aktar tard qaleb għall-klarinett. Kompla l-istudji tiegħu taħt is-surmastrijiet Ignazio Catania, Abela, Ricci, Doncich u Grech.

Fl-1903, ta’ 27 sena, kien inħatar surmast direttur tal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae ta' Maria Mater Gratiae, Ħaż-Żabbar. Magħha kien surmast erba’ darbiet u b’kollox baqa’ fid-direzzjoni tagħha għal 29 sena sħaħ, sakemm irtira fl-1951. F’Awwissu ta’ l-1906, ġie konfermat surmast direttur tal-Banda tal-Prince of Wales Own Band tal-Birgu, fejn baqa’ sa Frar 1914. Huwa kien ukoll direttur tal-banda Każin San Ġużepp u Banda de Rohan, Għaqda Melita Banda San Ġużepp, Msida (Saint Joseph of Msida), Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 tal-Mellieħa u snin twal mal-Banda Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz tal-Birgu. Għamel xi żmien impjegat ukoll bħala bandmaster mal-Flotta Ingliża.

Kien hemm okkażjonijiet meta dderieġa l-baned ta' Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla, Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880 ta’ Ħal Luqa u l-Soċjeta Filarmonika King's Own tal-Belt. Kien ukoll direttur ta’ Orkestri Mandolinistiċi fl-Isla (1907), orkestra oħra bħala fergħa tal-Banda Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu (1909) u kien isemmi oħra fl-istess belt li twaqqfet fl-1904. Għallem ħafna żgħażagħ u bihom kien ifforma banda mdaqqsa bħala fergħa fi ħdan il-Banda Duke of Edinburgh.

Mro. Scicluna ħalla kompożizzjonijiet ta’ kull xorta, bħal sinfoniji, valzi, marċi u innijiet. Fost dawn ta’ l-aħħar hemm is-Salve Maria Salve għal Ħaż-Żabbar, l-Ave Maria magħrufa bħala tal-fanfarra, l-Inno all’Assunta għal Ħad-Dingli u l-Inno a San Domenico, magħruf fil-Birgu bħala l-Innu l-Kbir. Artz kellu ammirazzjoni kbira lejh. Minbarra li ħallielu ċertifikat mill-aqwa bil-miktub, li għadu konservat fil-każin, meta kien għadu kif wasal hawn u rah jidderieġi lill-Banda kien instama’ jgħid: X’kien jinħtieġ li ġġibu surmast meta għandkom raġel hekk ta’ ħila!

Huwa kien ħalla speċi ta’ Memorji, illum ħafna minnhom intilfu, dwar il-formazzjoni mill-ġdid ta’ din il-banda fl-1883, u ġrajjietha f’dawk is-snin ta’ taqlib, kif isostni l-istoriku Lorenzo Zahra. Wara ħajja eżemplari, Pacifiku Scicluna miet ta’ 81 sena, fl-20 ta’ Settembru 1957.