Orazio Diacono

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Orazio Diacono kien wieħed mill-aktar persuni prominenti fl-lstorja tal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland. Nannuh Giovanni kien il-Viċi-kap ta’ Iż-Żejtun fir-rewwixta kontra l-franċizi appart dan kien inkarigat minn orkestra kien is-Sur Giovanni Battista Diacono, neguzjant tal-qoton. Il-Familja Diacono kienet imlaqqma Tad-Dispacc, (Despatch), għaliex hekk kienet tissejjaħ l-iskuna li huma kellhom ghat-trasport tal-qoton. Ghaddew ftit snin, u bil-ħidma tal-mużiċista Mro. Michelino Deferraris, Taljan li Gio Batta Diacono stess ġieb hawn fiż-Żejtun, din l-orkestra ġiet mibdula f'banda fl-1860 taħt id-direzzjoni ta' Mro. Orazio Diacono, bin Gio Batta. U hekk bdiet ii-Banda Beland.

Giovanni Battista Diacono kien iżżewweġ lil Francesca Busuttil, l-ewwel tarbija tagħhom fiż-Żejtun, twieldet fis-sena 1797, Storikamwent fis-sena meta l-Gran Mastru Ferdinando Hompesch għolla liż-Żejtun għaddinjita' ta' Belt Beland. Interessanti liż-żewġ parrini kienu minn Għawdex u minn Ħaż-Żabbar. Wara din it-tarbija, il-koppja Diacono kellhom numru sewwa ta' tfal: Xaveria (1799), Vincentius (1800), Maria Teresia (1803), Aloysius (1805). Maria, Ii twieldet fl-1810, ġiet mgħammda malajr, għaliex kienet fil-periklu tal-mewt. Sa dan iż-żmien l-Omm u l-mara ta' Giovanni Battista Diacono kienet għadha Francesca, iżda wara l-mewt tagħha fl-eta' ta' 35 sena fis-sena 1811, hu kien żżewweġ lill Catarina Mangion. Hekk il-Familja Diacono baqgħet iġġib it-tfal fid-dinja: Maria Xaveria (1811), Francesco (1813), li Giovanni Battista semma għall-ewwel mara tiegħu mejta; Giovanni (1814), Laurentius (1816), Alexander (1817), Salvator (1819), Anna (1821), Vincentia (1823), Baptistina (1825), Ii bħala parrinu kellha lit-tabib Tumas Chetcuti mill-Imdina, Horatius (1826), Rosina (1830), Giovann Battista (1835). Il-fatt li spiss kienu jidhru parrini minn barra miż-Żejtun, kien ifisser li Giovanni Battista Diacono kellu ħafna kuntatti ma' diversi irħula u l-Ibliet. In-negozju mhux biss għamlu sinjur, iżda wkoll ipprovdielu ħbieb saħansitra minn barra minn Malta.

Fid-dar Via Spiritus Sancti, Casa 20, Gwiedi twelid ta' Orazio Diacono nħar l-20 ta' Novembru, 1826, u ġie mgħammed dak in-nħar stess, mill-kappillan Dun Bert Sant, għal kemm il-fonti tal-magħmudija ta' irħam li kien ħallas għaliħ dan il-Kappillan dan il-fonti għadu jeżisti sal-lum, imma dak in-nħar kien għadu mhux lest.

Orazio kien ngħata dawn l-ismijiet: Vincentius, Horatius, Salvator u Caietanus, il-Kappillan kien niżżel sinjal taħt l-isem Horatius biex juri lill-ġenituri hekk riedu jsejħu lit-tarbija tagħhom. Hu kien ġie mogħti dan l-isem għal nannuh, missier ommu Katarina mwielda Mangion, li kienet bint Horatius u Marua Annunziata, bħala parrinu fil-maghmudija, Orazio kellu lil Dun Dumink Pace.

Fit-22 t' April, 1849 Giovanni Battista Diacono kien inkiteb mal-Konfratelli ta' l-Agunija, u ftit xhur wara nkiteb Orazio wkoll. Huwa kien miet proprju nħar il-Kunċizzjoni, fit-8 ta' Diċembru, 1849, meta kellu 78 sena. Mietet ukoll is-Sinjura Katarina Diacono, u nħar l-24 ta' Marzu, 1878, Orazio Diacono ħallas għal żewg quddisiet kantati għal ruħ ommu, għas-snin 1857 u 1858, u fit-18 ta' Jannar, 1881, ħallas għal quddiesa għal ruħ missieru.

Meta ġiet imwaqqfa I-Banda Beland, Orazio Diacono kien għadu ġuvni, għaliex iżżewweg kbir fl-eta'. Fil-fatt hu diġa' kellu 47 sena meta żżewweġ lil Domina Francesca Xaveria Darmanin fiż-Żejtun nħar it-22 ta' Ġunju, 1873. Huma żżewġu fil-knisja ta' l-Ispirtu s-Santu u żewwiġhom il-Kappillan Gann Mari' Tabone. Il-ġenituri ta' Francesca Xaveria, li t-tnejn jissejħu Domini, kienu Pawlu Darmanin u Carolina, mwielda Dedomenico. Bħala xhieda kellhom lin-Nutar Ottone Dedomenico, bin Domino Michaelis, mill-Belt Valletta, u Domino Laurentius Diacono, hu l-għarus. Dun Pietru Pawl Cachia tahom il-barka taż-żwieġ.

Huma ferm interessanti ċerti ismijiet li jidhru f'din irregistrazzjoni taż-żwieħ. Dun Pietru Pawl Cachia Abela, hemm kwadru tiegħu fil-Mużew Parrokkjali, kien saċerdot prominenti ferm. Għamel żmien fid-diplomazija, kien rapprezentant tal-kleru fil-Kunsill tal-Gvern, u Kappillan tan-Naxxar ghal xi snin. Kien hu li ħallas għall-paviment ta' l-irħam fil-kappellun tal-Kurċifiss. Il-kunjom Dedomenico mill-ewwel ifakkarna fil-Kan. Giovanni Dedomenico, kanonku tal-Kolleġġjata ta’ l-Isla, organista u saċerdot li ħadem bosta mal-familji Żwieten. Carolina, omm Francesca Xaveria, mill-ewwel tfakkarna f'ħadd inqas minn Karlu Diacono, li ovvjament ġie msemmi għaliha, jiġifieri għal nanntu.

Nħar il-15 ta' Settembru, 1874. twieled Gio Batta iben Orazio, li kien semmieħ għal nannuħ Giovanni Battista. Għammdu Dun Ġuzepp Darmanin, u bħala parrini kellu lil żijuh Domino Laturentius Diacono u lil Domina Carolina. Iċ-ċkejken tarbija ġie moghti xejn anqas minn għaxar ismijiet! Interessanti wkoll li jingħad Ii l-ġenituri kienu joqgħodu "Gujedi". Allura Orazio kien għadu ma telgħax joqgħod fil-Pjazza, illum imsejħa Girgor Bonici.

Nħar l-1 t' April, 1876, twieled Carolus Diacono, għal darb' ohra ex Gujedi. Bhala parrini kellu lil Domino Petrus Paulus Darmanin u Domina Marianna Diacono. Snin wara, 1-Arcipriet Dun Lawrenz Degabriele nizzel nota marġinali fejn qal li dan Carolus iżżewweg Iill Maria Stella Cannataci fis-17 ta' Novembru, 1908. Sentejn wara Carolus, twieldet Carolina.

Orazio f’xi jum bejn l-1878 u l-1879 kien ħalla l-Gwiedi, u mar joqgħod fid-dar tal-pjazza, biswit is-Salib, fejn illum naraw il-bust ta' ibnu Karlu. Huwa kellu tlett ulied Gio. Battistam, Karlu u Carolina.

Orazio Diacono miet fil-18 ta’ Lulju, 1899, f’eta ta 73 sena waqt li martu Xaveria kienet għadha ħajja u Karlu kellu biss 23 sena.