Omar Coleiro

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Omar Coleiro twelid fit-28 t’April, 1968 fl-isptar tas-Servizzi Ingliżi fl-Imtarfa. Huwa ġej minn familja mużikali, Iben is-Surmast Andrew Coleiro, Surmast magħruf għal marċi popolari li kiteb fejn ukoll kien Surmast direttur ta’ diversi Baned lokali, bħal is-Soċjeta Filarmonika Sliema, Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal-Luqa, Soċjeta Filarmonica La Vittoria A.D. 1907 tal-Mellieħa, Duke of Connaught Own Band Club ta’ Birkirkara, Stella Maris Band Club ta’ Sliema, u s-Soċjeta Mużikali Santa Katarina ta’ Iż-Żurrieq, s-Soċjeta Filarmonika King's Own tal-Belt Valletta, Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun, Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq), Soċjetà Filarmonika G.M. Fra Antoine de Paule (Banda Kristu Re) u Soċjeta Filarmonika Prekursur - Xewkija Għawdex fost l-oħrajn.

Nannuh Frans ukoll kien muzicista u kien idoqq is-Sax Sopran ma diversi baned rinomati.

Omar ma setax ma jimxix fuq il-passi ta’ familtu u ta’ 4 snin beda jitgħallem il-Piano għand is-Sorijiet Franġiskani fejn kien imur skola.

Fl-eżamijiet tal-pianu beda jibbrilla mill-ewwel fejn il-mużika saret il-ħajja ta’ kuljum. Mużika, festi u baned. Missieru u nannuh dejjem ikaxxruh magħhom kull fejn imorru jdoqqu. Il-ħin tal-loghob tiegħu kien marbut mal-festi, jew f’ xi maħżen tal-festa jew fil-kamra tal-bejt jarma l-knisja u jorganizza l-festa lill-Padrun San Ġorġ.

Pavaljuni tal-karti arbli fuq il-bejt bil-bnadar, liedna bil-karti, u statwi żgħar bil programm tal-festa u murtali bil-boċċi tal-ħġieġ iħabtu ġo xi kexxun tal-injam. Proċessjoni bl-istatwa, quddiesa kantanta, daqq ta’ qniepen, u marċi mad-dawra tal-bejt bit-tlugħ tal-istatwa fuq il-pedistal, bil-ġirien jittawlu u jaraw il-festa fuq il-bejt.

Dejjem jigri ma missieru fil-kazini tal-Banda fejn kien surmast il-gibda lejn il-festi u l-baned kibret hafna. Peress li jien idoqq il-pjanu minn meta kien żgħir kien imur idoqq fil-quddies f’diversi knejjes jew fuq xi farfisa ġo xi tieġ meta kien ikun mal-familja mistieden u kulħadd imdawwar miegħu jarawh idoqq u jiggustawh.

Baqa jistudja il-pjanu għand is-sorjiet u t-teorija l-istess fejn umbad kompla jistudja it-teorija għand is-Surmast Carmelo Pace u għand is-surmast Ronnie Debattista. Missieru beda jgħallmu ukoll it-trumbun bil valvi fejn ħareġ iddoqq mal-Banda tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina f'Iż-Żurrieq fejn missieru Mro. Andrew Coleiro kien Assistant Surmast ta’ 10 snin. Mill-ewwel ġibed l-attenzjoni ta’ diversi baned fejn bdew jingaġġawh magħhom. Kien ukoll ta’ eta żgħira jikkomponi diversi Kanzunetti u arranġamenti mużikali għal kanzunetti. Bħala Pjanista kien jieħu sehem f’ ħafna konkorsi fl-iskola fejn kien jattendi u wara beda jdoqq fit-tiġijiet.

Peress li missieru kien surmast direttur tal-Banda Duke of Connaught’s Own Band Club ta’ Birkirkara u dejjem kien jieħdu miegħu għamel ħafna ħbieb karkariziz u daħal fil-kumitat żgħażagħh tal-Banda għax kien iħobb ħafna l-armar u briju tal-Festa. Saħansitra kien ukoll fil-kumitat ċentrali tal-Banda bħala Segretarju Ġenerali fejn dam aktar min 20 sena. L-imħabba lejn il-festi u l-amministrazzjoni tal-festi kienet wisq għal qalbu. Il-Mużika kien xorta ġo fiħ fejn kien jikteb diversi kanzunetti tal-Festa u wara li l-każin tal-Banda Duke of Connaught’s Own wera’ xewqa li jagħmel Musical dwar il-ħajja ta’ Santa Liena kien intriga biex jikteb il-Mużika hu stess.

Wara xi sena jiprepara u jirrekordja l-Mu#ika kien ittellgħa’ dan il-Musical fl-Istitut Kattoliku fil-Floriana fejn kien suċċess kbir il-Musical HELENA. Beda ukoll jikteb ukoll xi marċi għal istess banda fejn malajr beda jiġi mfittex għal marċi tiegħu.

Omar wara li ħareġ mix-xena amministrativa tas-Soċjeta Kazin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own beda triq oħra fix-xena mużikali fejn baqa dejjem idoqq l-euphonium ma diversi baned fejn esegwixxa solijiet u kunċerti. Fl’ 2020 ġie appuntat Assistent Surmast tal-Banda tas-Soċjeta Mużikali tal-Karmnu, Balluta]] u beda jgħallem l-istrumenti tar-Ram fl’ 2020 fl-stess żmien, għalliem wkoll l-istess sezzjoni mal-Għaqda Banda Żejtun fejn fi ftit snin bdew joħorġu bandisti minn taħt idejħ.