Neville Pace

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Neville Pace DIP. Wind Band Studies (University of Malta); FLCM; A. (Mus) LCM; LLCM; ALCM.

Twieled f’Ħal-Qormi fil-31 ta’ Diċembru 1979. Minn eta’ żgħira beda juri l-interess fil-mużika. Huwa ħa l-ewwel tagħlim tiegħu fi ħdan iż-żewg baned dik ta’ Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan u ‘l-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal-Luqa. Ta’ ħdax -il sena ħareġ idoqq għal-ewwel darba mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal-Luqa.

Wara kompla javvanza mas-Sur Christopher Michael Camilleri fit-teknika tal-Klarinett biex b’hekk fl-2006 kiseb l-ewwel Diploma tiegħu ALCM Barra minn hekk kompla javvanza fl-istudju tiegħu fil-prattika tal-klarinett taħt is-Sur Godfrey Mifsud fejn fl-2011 kiseb Diploma oħra fil-prattika LLCM u fl- 2015 FLCM rispettivament.

Fl-1998, Neville beda jistudja t-teorija taħt Mro. Dominic Darmanin FLCM u fis-sena 2000 kompla l-istudju tat-teorija taħt it-tmexxija ta’ Mro. Raymond Sciberras FLCM, biex b’hekk kompla javvanza fl-istudju tiegħu u wasslu biex kiseb diversi ċertifikati.

Mro. Neville Pace għamel kors fil-kompożizzjoni u strumentazzjoni taħt il-mibki u qatt minsi Mro. Ronnie Debattista FLCM, fejn fl-2012 kiseb Diploma fit-teorija A.(Mus) LCM. Wara kompla javvanza fil-kitba tal-mużika mas-Surmast Raymond Sciberras u Surmast Etienne Spiteri FLCM. F’Ottubru ta’ 2018 beda kors ta’ sentejn ġewwa l-Universita’ ta’ Malta fil-qasam tal-mużika u gradwa fis-sena fl-2020.

Fil-2008 beda bħala għalliem tal-istrumenti tal-qasba mall-Banda Duke of Connaught Own Band Club ta’ Birkirkara u fil-2017 ġie maħtur bħala Assistent Surmast mal-istess Banda. Fl-2014 ġie maħtur bħala Assistent Surmast u għalliem tal-istrumenti tal-qasba mal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata Ħal Tarxien A.D. 1862, fl-2016 ġie maħtur ukoll bħala Assistent Surmast mall-Banda tal-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta’ Ħal-Luqa, fl-2018 beda bħala għalliem mall-Banda tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Ħal Għaxaq) u fis sena 2021 ġie maħtur Assistent Surmast ma l-istess banda, fl-istess sena beda jgħallem il-prattika u t-teorija mall-banda tal-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċiżżjoni tal-Ħamrun.

Mro. Neville Pace kellu diversi opportunitajiet li jdoqq bħala solista ma’ diversi Baned Maltin kif ukoll Għawdxin. Kien jagħmel parti mid-Denner Clarinet Quartet taħt it-tmexxija ta’ Mro. Lino Pirotta FLCM, fejn dan il-kwartett daqq xogħolijiet moderni ta’ diversi kompożituri Maltin, fosthom Mro. Raymond Sciberras, Ruben Zahra, u l-mibkija u qatt minsija Prof. Joseph Vella u Mro. Charles Camilleri. F’ Marzu tas-sena 2022 attenda kors ġewwa Konservatorju f’Madrid Spanja, rigward il-Pedagoġija fuq l-istrumenti tal-injam, grazzi għal opportunita’ li kienet ingħatat mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

Mro. Neville Pace ikkompona diversi marċi brijjużi kif ukoll Funebri, marċi Proċessjonali, Valzi, arranġamenti għall-banda u kompożizzjonijiet għall-banda, bħal Fanfare and Theme, Eulogy u oħrajn, innijiet popolari għall-banda u għal-Orkestra, kif ukoll għamel arranġamenti ta’ kanzunetti famużi.

Mro. Neville Pace ilu jaħdem bħala mużiċist mall-Banda tal-Forzi Armati ta Malta sa mill-2010. Fis-sena 2010, 2012 u 2014 kellu l-opportunita’ li jitla’ l-Ġermanja mall-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn il-banda ħadet sehem fil- Military Tattoos ġewwa Bremen darbtejn u Muncheongladbach. F’Awissu tas- sena 2014 il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta ħadet sehem fil-Miltary Tattoo internazzjonali ta’ Edinburugh ġewwa Scotland u fis-sena 2016 l-istess banda ħadet sehem fil-Military Tattoo ġewwa l’ Isvizzera.