Nazzareno Vassallo

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

M’hemmx dubju dwar l-origini tas-Sur Nazzareno Vassallo. Twieled fir-raħal tal-Mosta fis-26 ta’ Diċembru 1951 u bħal missieru Piju u ommu Karmena ġie mgħammed fir-Rotunda, il-knisja storika u monumentali li hija fost il-ġojjelli tal-gżejjer Maltin. Kiber u sar popolari dejjem għad-dell ta’ raħal twelidu li tant ħabb u għadu jħobb.

Mill-1946 sal-1965 missieru kien bi sħab ma’ żewġ neputijiet tiegħu, l-aħwa Gatt, fl-industrija tal-bini, imma mbagħad rama għal rasu flimkien ma’ uliedu subien. Sentejn wara nagħqad magħhom Zaren, li dak iż-żmien kellu biss 16-il sena. U dan fi żmien ta’ boom ta’ bini fil-gżejjer Maltin.

Fl-1971 Zaren, kif inhu magħruf minn kulħadd, laħaq Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Vassallo Builders Ltd. li dak iż-żmien kienet tħaddem mal-140 ħaddiem, u daħlu għal diversi xogħlijiet kbar li fosthom jinkludu d-Danish Holiday Village fl-Għadira, il-Mellieħa.

Zaren huwa l-iżgħar minn ħames subien f’familja ta’ tnax u qatt ma kien kuntent bit-tieni post! Fl-1985 xtara s-sehem ta’ missieru u ħutu u l-kumpanija Vassallo Builders Group saret fost l-ewlenin fl-industrija tal-bini u l-inġinerija ċivili. U Zaren ħadem u stinka kemm felaħ biex ikabbar l-interessi tal-kumpanija f’diversi oqsma tan-negozju.

Daħal fl-industrija tat-turiżmu b’mod qawwi u kien wieħed mill-fundaturi u Ċerman ta’ Island Hotels Group għal 22 sena sħaħ, waqqaf ditta tal-għamara Vassallo Joiners, kien il-pijunier f’Malta fi djar residenzjali għall-anzjani fejn illum CareMalta Group tmexxi sebat idjar madwar Malta u tieħu ħsieb aktar minn 800 mitt anzjan u anzjana u żamm l-attività kuntrattwali regolari tal-kumpanija. Fuq kollox approva lilu nnifsu bħala ~erman effettiv ħafna tal-ewwel konsorzju ta’ kumpaniji Maltin bl-isem ta’ N.O.V.I.T.A. Ltd u N.O.V.I.T.A. Construction Company Ltd., li ġew mogħtija kuntratt għall-bini tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Ħal-Luqa u l-estensjoni tal-Malta Freeport. Huwa wkoll Ċerman ta’ CaterGroup Ltd, grupp ta’ kumpaniji fl-industrija tal-Catering.

Mat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali huwa rnexxielu jġib l-akbar ammont ta’ voti fl-ewwel elezzjonijiet li saru, f’dak tal-Kunsill tal-Mosta. U fl-1994 sar l-ewwel Sindku tal-Mosta sal-1998. Illum il-ġurnata jiddedika ħafna mill-ħin tiegħu fl-interess ta’ belt twelidu, il-Mosta. Huwa President Onorarju kważi fl-Għaqdiet kollha Mostin.

Fl-1982 kien il-Fundatur u l-ewwel President li għadu jokkupa din il-kariga sal-lum, tal-Fondazzjoni Arkati, Fondazzjoni Filantropika li tgħin lil kull min jintlaqgħat minn xi diżgrazzja jew diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol, speċjalment il-ħaddiema fi ħdan il-Grupp Vassallo li llum jaqbżu l-elf u ħames mitt ħaddiem.

Fl-2001 Zaren ġie maħtur President tas-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard, fejn għadu jokkupa l-istess kariga sal-lum. Bit-tmexxija dinamika u għaqlija tiegħu rnexxielu jtella’ lil din ‘l-ewwel Soċjetà fil-Mosta’ fost l-ewlenin fil-gżejjer Maltin. Irnexxielu jbiddel il-mentalità fl-amministrazzjoni kif ukoll l-atteġġjament tal-membri u taħtu l-Banda Nicolò Isouard irnexxielha ddoqq fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fit-Teatru Manoel kif ukoll fl-aqwa swali f’Malta. Bil-ħidma u l-insistenza tiegħu l-Banda Nicolò Isouard irnexxielha ddoqq fil-Kwartieri Ġenerali tal-Ġnus Magħquda f’Ġinevra, kif ukoll għamlet mawra storika f’Toronto, il-Kanada, u f’Dearbon, San Francisco u Millbrae fl-Istati Uniti tal-Amerika.

Huwa dam President tas-Soċjetà Nicolò Isouard sal-2013. Wara ġie maħtur President ad vitam. Huwa ħadem ħafna bħal Ċerpersin tal-Kummissjoni 150 Sena, fejn stinka biex wettaq ħafna inizjattivi fl-okkażjoni tal-150 anniversarju tas-Soċjetà f’Ottubru 2021.