Difference between revisions of "Muskettieri u Commandos: Oral History"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Line 430: Line 430:
[[Category:M3P activities]]
[[Category:M3P activities]]
[[Category:Spazju Kreattiv]]
[[Category:Spazju Kreattiv]]
[[Category:Charles Clews]]

Revision as of 05:06, 15 June 2019

During the Muskettieri u Commandos Concert on the 10 December 2016 at St James Cavalier Centre for Creativity, several persons were interviewed by Joe Julian Farrugia about Stage Commandos and Radju Muskettieri personalities.

Mr Victor Laiviera was interviewed a few days before as he could not be present for the concert.

Listen to Laiviera Oral History HERE

Listen to Concert Oral Histories HERE




Following is the transcript of the interviews:

29 ta’ Novembru 2016

VICTOR LAIVIERA DWAR NESTU U GIOVANNA LAIVIERA

JJF: X’tiftakar lil missierek jgħid dwar kif mit-Tarzna spiċċaw l-iStage Commandos?

VL Ftit niftakru jgħid. Iktar niftakru jgħid kif spiċċa mit-Tarzna u daħal fil-politika. Mal-iStage Commandos kien ghal qalbu, meta kont żgħir niftakru jiġri ma’ Malta kollha. Aktar tard meta daħal fil-politika ma kienx ikun hemm mill-bidu, imbagħad kien jiġi wara għax ovvjament kien ikun f’xi laqgħat.Jien niftakru meta kien diġa waqaf jirreċta.

JJF: Imma mhux Nestu biss kien jirreċta. Kienet tirreċta l-mama wkoll...

VL Iva, jisimha Giovanna u kienet waħda mil-leading lights tal-iStage Commandos.

JJF: Imma kienet taħdem it-Tarzna jew għax kienet il-mara ta' Nestu?

VL Le, il-mama kienet stil antik, qatt ma ħarġet barra mid-dar u l-introduzzjoni għall-palk kienet il-baptism of fire għax kien hemm xi reċta u l-attriċi prinċipali għal xi raġuni ma ġietx, għandikun għax ma kienx ħadem il-vapur t'Għawdex bil-maltemp u kien hemm panic kbir u qaltilhom jien il-parti nafha. Kellha memorja fenominali, avolja ma kinitx se tirreċtaha hi.

JJF: Kienet diġa miżżewġa?

VL Iva, ippruvawlha l-ħwejjeġ malajr u għamlitha

JJF: Ma kinitx tgħid xi ħaġa l-mama, allura, dwar l-iStage Commandos?

VL Ma niftakarx kliem eżatt. Niftakar li kont inkun hemm magħhom, narahom jirreċtaw, ħafna drabi kont nispiċċa taħt il-palk nilgħab fit-trab mat-tfal ta' Charlie Clews. Huma jirreċtaw fuq u aħna nilgħabu taħt il-palk, qisu cave tal-pirati hemm taħt. Li niftakar ukoll li darba ħadt parti ta' tifel, kien hemm play partikolari ta' xi familja fqira u t-tifel fqir għamlu lili.

JJF: X'kien jisimha l-play?

VL Jekk minix sejjer żball kienet "Dar fuq ir-Ramel". Kienet dwar familja sinjura u familja fqira. Il-foqra kienu talbu l-għajnuna u ġiet irrifjutata. Imbagħad instab li s-sinjuri saru hekk minn xi att kriminali u spiċċaw il-ħabs... dat-tip ta' plays li kienu jagħmlu fl-antik.

JJF: Intom mill-Birgu hux...

VL Iva l-familja kollha mill-Birgu. Fil-gwerra marru refuġjati B'Kara u l-Mosta u kif marru lura ma marrux il-Birgu, marru Raħal Ġdid. Fil-fatt jien hemm twelidt u trabbejt. Imma dejjem baqa' marbut mat-tarzna u mal-Birgu. Konna mmorru hemm spiss.

JJF: Qed nara li ġibt xi kitbiet ta' missierek, qed nara hawn li xi sena qabel ħareġ għall-politika kiteb skeċċ dwar...

VL dwar in-nisa fil-parlament, dak iż-żmien lanqas kont toħlomha. Veru kien hemm Agata Barbara u xi oħrajn imma kienu għadhom rarità. Kienet eċċezzjoni, u l-fatt li kienet titqies bħala suġġett għal skeċċ komiku turi l-mentalità ta' dak iż-żmien.

JJF: Interessanti nara li fuq dan l-iskript handwritten, jidher it-timbru taċ-ċensura Dr Paul Schembri 16/8/47

VL Interessanti wieħed janalizza u jara kif kienu poġġuti l-kliem, wieħed jieħu idea aktar tal-mentalità ta' dak iż-żmien. Qrajtha fuq fuq u hemm ħafna riferenzi għall-make-up, u parti mill-ispeech biex tagħmel il-make-up... affarijiet li llum jekk tgħidhom...

JJF: Qed nara kitba oħra li naħseb ġiet l-oħra għax waħda Nestu Laiviera u l-oħra Ernest...

VL Għax l-ewwel kien Ernesto, imbagħad sar Ernest u wara sar Nestu u kulħadd baqa' jafu hekk sallum.

JJF: Tiftakru jitkellem dwar il-kitba? Missierek x'karattru kellu, kien jiġi jgħidilkom x'ġara?

VL Assolutament le. L-aktar bniedem li fejn jista' jgħid kelma jgħid nofs u fejn jista' jgħid nofs ma jgħid xejn. Kwiet, kalm u meta daħal fil-politika rarità kien ikun id-dar. Kien joħroġ kmieni, jiġi tard u waħda mill-affarijiet li niftakar hi li dejjem kien ikun barra minħabba l-impenji politiċi li kien ikollu. Kważi kważi meta kien ikollu xi riħ konna nieħdu gost għax kien jibqa' d-dar.

JJF: Innutajt fl-affarijiet li wrejtni, li meta daħal fil-politika xorta baqa' marbut mal-arti għax kien anki jmexxi l-kumitat tal-karnival.

VL Iva, fl-iStage Commandos ma baqax jirreċta imma sar id-direttur, kien jieħu ħsieb l-organising u meta jkollhom xi reċta, għalkem ma kienx ikun preżenti għax ikollu l-parlament jew hekk, imma dejjem kien jiġi fl-aħħar u jara li kollox sew.

JJF: Jiġifieri meta kien fil-politika xorta baqa' kap tal-kumitat

VL U kien ic-chairman tal-kumitat tal-karnival

JJF: U mhux waħdu kien mill-iStage Commandos...

VL Kien hemm Charlie Clews u ħafna ismijiet li juruk li dak iż-żmien il-kumitat tal-karnival kienu jagħmlu ċerti nies. Hemm l-Profs Aquilina, il-Perit Privitera, Iva Muscat Azzopardi... nies ta' kultura, ta' piż fil-kultura.

JJF: bħalma fil-kumitat tal-iStage Commandos kien hemm bniedem li wara sar Ministru...

VL Johnnie Cole, mingħalija kien Ministru tal-Industrija u wara irriżenja u emigra.

JJF: Kien jaħdem it-Tarzna?

VL Probabbli, sa fejn naf jien.

JJF: Ġieli kellimkom missierek biex iħajjarkom taqbdu l-linja tal-palk?

VL Totalment l-oppost tal-karattri tiegħi imma oħti l-kbira kienet tirreċta sew, oħti Rose, illum Riolo, mama ta' sitta u nanna ta' xi ħmistax. Kienet tieħu parti regolari kemm mal-iStage Commandos u kemm mar-Radju Muskettieri u anki barra minnhom, kien hemm entità oħra nsejt x'jisimha. Ħadmet anki l-Manoel, u żżewġet attur, Vanni Riolo u igħadha sa llum, jekk minix sejjer żball, tieħu parti, imma mhux fuqil-palk, imma fuq ir-radju.

JJF: Kien ikun hemm komunikazzjoni b'mod artistiku bejn il-missier u l-bint?

VL Jekk kien hemm jien ma nafx bih, ngħid li ma kienx hemm imma ma nafx bih.Kien bniedem riservat immens.

JJF: Tara paradoss kbir li dan filli attur u filli bilkemm jgħid kelma d-dar?

VL Hija paradoss imma milli nisma' u naqra, mhux xi ħaġa rari. Johnie Navarro li kien komiku slapstick fuq il-palk, fil-ħajja privata kien bniedem riservat, jiġifieri ma naħsibx li hi xi ħaġa rari li jkun bniedem hekk, jiġifieri dak li għandu joħroġ joħorġu fil-palk u fil-ħajja privata jirtira lura

JJF: Nirringrazzjak

VL Nirringrazzja lilek u nawguralek suċċess fl-inizjattiva li qed tieħdu...


10 ta’ Dicembru 2016

VALERIE SEYCHELL DWAR JOHNNY NAVARRO

JJF: Johnny Navarro kien bniedem li joħroġ fuq il-palk u kulħadd jidħak. Kif kien id-dar?

VS Kien ħelu, imma kellu ħafna dixxiplina. Ġeneralment l-atturi hekk ikunu, id-dar jagħmlu r-role ta' missier. u hekk għandu jkun, allaħares noqgħodu niċċajtaw il-ħin kollu. Kieku aħna m'aħniex li aħna llum. Jien li nista' ngħid li d-dixxiplina mingħand missieri ħadtha.

JJF: Nirringrazzjak



CHARLES MICALLEF DWAR JOHNNY CATANIA

JJF: Inti tiftakar lil Johnny Catania qabel mar il-Kanada għax int kont miegħu hawn Malta. X'tiftakar?

CM Niftakar meta konna żgħar, jien u oħti, għax iz-ziju jiġi ħu ommi u ma kellux mara, kulma kellu lilna. Nhar ta' Sibt konna mmorru l-Belt, daqqa lili u daqqa 'l oħti. U niftakar konna nieħdu x-xarabank mill-Imsida għall-Belt. Konna nidħlu mill-gate tal-Belt, u niftakar mill-gate tal-Belt sal-Premier konna ndumu sejrin sagħtejn għax every couple of steps jiġi xi ħadd: "Johnny Johnny..." u ngħidlu "Zi, dak min kien?" "Jien naf?" Konna ndumu sagħtejn sal-Premier għax kulħadd kien iwaqqfu.F'dak iż-żmien iz-ziju kien fl-aqwa żmien tiegħu. Ħaġa oħra li niftakar, kelli xi 10 snin jew xi ħaġa hekk, kien qed jirrekordja r-Rediffusion, għax hu kien jikteb is-songs, jikteb il-kliem tas-songs bil-Malti, u kien qiegħed jirrekordja ma' Oscar Lucas ir-Rediffusion il-Belt, Melita Str, u dak iż-żmien fejn kienu jirrekordjaw, barra l-kamra kien hemm bozza kbira ħamra, meta tkun on, ħadd ma jista' jidħol għax qegħdin jirrekordjaw. U niftakar iz-ziju qed ikanta ma' Oscar Lucas u ġie jiġri Victor Galdes... u dieħel hemm ġew u "Żomm, żomm, żomm, qed jirrekordjaw" qalulu. Qalilhom "Le!" Ftakru li dak iż-żmien ma kienx hemm internet jew CNN, ma kien hemm xejn. Qalilhom "Għadha kif ġiet l-aħbar li kkraxxjaw il-Manchester United." U daħal hemmhekk u waqqaf il-programm u lin-nies ta' Malta qalilhom li kkraxxjaw il-Manchester United. Dik niftakarha. Imbagħad tlajna l-Kanada. Aħna tlajna f'Mejju jien id-daddy, il-mummy u ħuti, u z-ziju tela' xahrejn warajna u meta tela' l-Kanada, dawk ix-xahrejn qabel ma ġie bdew jgħidu "Veru ġej Johnny hawnhekk u jibda jirreċta? Għamel shows hemmhekk f'London, Ontario, Toronto, għallimhom il-parata tal-Karnival. Ftakar li z-ziju kiteb l-Innu tal-Karnival ma' Jimmy Dowling. U z-ziju Johnnie darba qalli żewġ affarijiet "Qalli jien immut u jinsewni imma dik is-song l-Innu tal-Karnival ħadd ma jinsih għax it's nice, song tal-widna" u qalli wkoll "Mill-affarijiet li għamilt jien u achievements, l-aktar ħaġa importanti u l-ikbar ħaġa meta għallimt lill-handicapped" Qalulu li qed jaħli l-ħin, imma għallimhom il-parata, daħlu l-Belt, paxxew ħafna nies, ħadhom l-isptarijiet. L-ewwel ħaġa li kien jagħmel imur l-isptarijiet ħabba l-morda. Dik għalih kienet big achievement li qatt għamel hu. Il-bqija l-Kanada baqa' attiv. Bgħatu għalih l-Awstralja. Darb naf li tela' ma' Charles Clews u ħadu gost bihom ħafna għax għandi ħbieb l-Awstralja u qaluli li ġew hemm u n-nies iġġennu. Baqa' attiv sal-aħħar u miet żgħir. Kulma kellu 66, tagħtu stroke.

JJF: Meta ngħidu "Baqa' attiv" hemm ma kellux programm kull ġimgħa bħar-Radju Muskettieri. Immissjaha lil Malta minn dak il-mod?

CM Uh! iz-ziju bis-saħħa tiegħu ħafna nies il-kanada saru jafu fejn hi Malta, saru jafu fejn hi l-Imsida u saru jafu fejn hi l-għajn tal-ħasselin! Kellu programm once a week fuq ir-radio, station f'Detroit, jagħmel xi nofs siegħa songs bil-Malti, kellu qassis miegħu kien jgħid xi vanġelu jew xi ħaġa hekk. Ftakar li hu fil-bidu tiegħu kien għamel programm fuq ir-Rediffusion biex jibda t-talent Malti, kien programm tal-Marsovin. Kellu song "Marsovin, inbid tajjeb kollu bnin, jekk trid l-aqwa nbid ta' Malta ixrob Marsovin." Dik għadni niftakarha, ma nkantax tajjeb jien. Naħseb hawn min jafha iżjed minni.

TLB: Meta kantajniha, quddiem id-direttur tal-Marsovin kantajna "jekk trid tmut ħesrem ixrob il-Marsovin!"

JJF: Dawwrulu l-kliem!

CM Iz-ziju kien iħobbok ħafna lilek (lil Terry). Lilek niftakrek tkanta Margerita in Fior, meta rbaħt.

JJF: Grazzi ħafna



FILIBERTO URSO DWAR ARMANDO URSO

JJF: Armando Urso fuq il-palk, u Armando Urso missierek. X'tiftakar minn dal-personaġġ li n-nies kienu jirċevuh f'darhom fuq ir-Rediffusion imma int tafu d-dar miegħek.

FU Id-dar iktar serju. Fuq il-palk jinbidel.

JJF: Timmaġinah lil Armando Urso serju?

FU Ifhimni... jien niftakru meta kont żgħir, konna noħorġu bil-libsa, bil-kappell, dejjem miexi, hekk niftakru, serju. Imma mbagħad xi ċajta 'l hawn u 'l hemm kienu jgħidu u jidħku. Dak iż-żmien hekk niftakar. Ovvjament ħuti għandhom il-paġni tagħhom, jien għandi tiegħi. Qattajt ħafna żmien miegħu għax il-papa kien dejjem bżonn xi ħaġa? Jaqbad u jagħmilha. San Ġwann kien għamel minn ġewwa... jibnih smaller size imma bil-linef... tal-għaġeb. ma nafx kif kien isib il-ħin għax jien ma nlaħħaq nagħmel xejn id-dar imma hu, bejn rehearsals, bejn jiltaqa', imur għand Gemma, terry, anki għandna u kien ikollu ċans jagħmel xini. Għad għandna xini. Meta morna d-dar biex nikklerjaw l-affarijiet, kien hemm affarijiet malandati u ħadthom miegħi biex l-ewwel ċans li jkolli nirrestawrahom.

JJF: Semmejt li kellu passatempi jibni mudelli, imma fejn kien iħobb jikteb?

FU Kieku taf x'sibna tal-karti id-dar għand il-mama! HU ġie nieqes żgħir, 58, naħseb il-ħsieb kien li jibda jorganizza, imma m'organizza xejn. Ġbart kollox u l-istess, irrid nibda nissortja karti, imma problema fuq li qalet Valerie, hija verita li ma sibna xejn anki aħna, ippruvajna nfittxu x-Xandir. M'għandna xejn aħna.

TLB Is-sensiela tal-operetti li konna nagħmlu lanqas? Għax kien hemm il-papa, Johnnie Navarro... għandi l-operetti kollha, għandi cd tal-operetti, sabiħa ħafna, oltre li konna nkantawhom, parti niżfnuha, niżfnuha... kienet sabiħa ħafna.

FU Kont nisimgħa jirriħersja, imma...

TLB Imma ma kien hemm xejn ir-rediffusion. Għamilli pjaċir wieħed, irrekordjali, imma ma ħallew xejn.

FU Sfortuna kbira. Il-fatti huam dawk u ma jistgħux jinbidlu.

JJF: Ġieli kien jieħdok miegħu ir-Radju Muskettieri?

FU To be fair, il-papa ma kienx isuq, allura il-mama kienet kolonna għalih, kienet tieħdu 'l hawn, tieħdu 'l hemm, issuq hi. Wara ċertu età ma tantx rajtu jien sfortunatament, I mean fuq ir-rediffusion konna nisimgħuh, konna nidħku d-dar, imma il-palk kien idur Malta kollha, imma ma konniex immorru. Rajnih imma mhux li tiftakar, sfortunatament.

JJF: Qed ninnota rabta ta' Armando Urso mal-baħar... kien jibni x-xini, kellhom villeġġjatura Birżebbuġa, kiteb Lanċa Ġejja u Oħra Sejra...

FU Ovvjament kif tlajna Birżebbuġa għall-villeġġjatura ra kif għamel ġab dgħajsa u rrranġajniha, jien kont ngħinu, imbagaħd xtara mutur, immorru nistadu. Għalih issemmilu xejn meta jkun fuq il-baħar. Kien jieħu gost mhux bħal-lum. Illum ma taqbad xejn, imma dak i-żżmien kien jeċċita ruħu.

JJF: Imma waqt is-sajd kien jiċċajta magħkom kif kien jiċċajta man-nies?

FU Mhux partikolari! Il-papa ma tantx kien se joqgħod jgħid jokes u hekk, imma missier normali. Ma kienx xi bniedem li jippretendi ħafna, anzi dejjem jipprova jagħti, iktar milli jirċievi. Bniedem very humble. Kellu kreazzjoni... jikkrea l-affarijiet speċjalment affarijiet tad-dar u dolls house, linef u hekk, kont żgħir... biros iqattagħhom, u pittura jpinġi. Għamel ħafna affarijiet u bil-fuljetta, qed ngħidlek, bunk beds, villeġġjatura kont ngħinu jien, li jara b'għajnejh tarah jagħmilha.

JJF: Grazzi

TSant Lanċa Ġejja u Oħra Sejra Armando kitibha oriġinarjament bħala Il-Laneċ ta' Marsamxett. Kiteb il-kliem għaliha mill-mużika ta' La Barchetta in Mezz al Mar ta' Enzo Luigi Poletto. Smajna l-oriġinali ta' Nilla Pizzi. Hija konsiderevolment differenti mill-verżjoni popolari li jaf kulħadd.

TMicallef Probabbli hemm raġuni politika ghax dik f'ċertu żminijiet fis-sittinijiet kienu jattribwuha għall-Perit Mintoff.Imbagħad flok il-kelam Perit daħħlu l-Kaptan imma din tifkira ta' tfuliti biss. Ma nafx xejn storiku, imma niftakarhom ikantawha, flok jgħidu l-Kaptan, jgħidu l-Perit bil-pipa f'ħalqu.

TSant Jista' jkun li dik iż-żieda ġiet wara, għalhekk mhix fil-verżjoni oriġinali.

TLB Kont immur inkanta għall-anzjani dak iż-żmien, qatt ma għamilniha dik il-part Għamillu karta għal tax-xjuħ, għax kerha

TSant Jiġifieri qed tikkonferma li dik il-parti ġiet wara u ma għamluhiex Armando jew il-Muskettieri.

TLB Le, le... Kont nippreferi l-karnival meta Armando kien jidħol bil-kowt u l-lobbja u nistennew lil Armando jagħmel dik it-taqsima u jibda l-karnival. Dik kienet ħaġa tiegħu personali.



ALAN CLEWS DWAR CHARLES CLEWS

JJF: In-nies jafu lil Charles fuq il-palk u r-radio. Kif kien id-dar? Kemm kellu tfal?

AC Tmienja hux, la kellu video u lanqas tv. Charles ma kienx xi wieħed joqgħod idejjaqna, il-ħin kollu serju. Kien dixxiplina kbira ma' kulħadd. Jekk int se tiekol trid taħsel idejk, mhux biss, trid tagħmel idejh ma mnieħru ħa jxommhom. Make it a point li int ħsilthom idejk. Poġġejt bilqegħda u ara ma tagħmilx ħoss waqt l-ikel, mhux se tmeċlaq, dik il-kwalita ta' dixxiplina. Xagħrna, ma ngħidlekx kull nhar ta' Sibt, kien hemm wieħed fit-telgħa tal-knisja ta' Bormla, il-Profs Bartolo. Tgħidx kemm kienu jidħku bija l-iskola għax dejjem crew cut. Imma mbagħad, per eżempju, dejjem moħħu li jrid jitmana sew, il-Ħadd kien isib ħin jagħmel it-tadam magħsur biz-zokkor biex itihulna ħalli ħadid hux. Jagħmlilna xi breakfast, imbagħad isib ħin għall-familja, anki Ġimgħa Kbira, u purċissjoni jlesti l-basket bis-sandwiches, "Dis-sena sejrin, per eżempju, Ħal Għaxaq, bil-mixi, xi mkien viċin. Konna ħafna u mmorru bil-mixi, naraw il-purċissjoni, nieklu u wara niġu lura... Kien hemm id-dixxiplina imma kien hemm il-ħin tal-familja sabiħ.

JJF: It-tmeċliq kien idejqu imma t-tektik tat-typewriter...

AC It-typewriter... l-iskeċċ trid tagħmel 6 kopji għax id-direttur u 5 jieħdu sehem. Issa skeċċ ikun fih 6 paġni, trid tagħmel 6 kopji bil-carbon paper magħhom. Ara kemm kienet b'saħħitha dir-Remmington. U jien jaffaxxinani li wara, per eżempju jien irrid kwiet perfett. Missieri kien ikun mal-mejda tal-ikel, aħna kollha hemm, dak jgħidlu dis-somma kif tiġi, l-ieħor dal-Ingliż kif irrid niktbu, l-ieħor hekk ecc, u dan qed jittajpja u jikkrea. Din wara rrealizzajtha. Jien irrid kwiet bla ma nisma' xejn, imma missieri hekk għamilhom l-iskeċċis. Imma kellu vantaġġ li kien jorqod ftit, jiġifieri meta jqum bil-lejl ikollu skeċċ diġa f'moġġu, ikun diġa ħaseb imbagħad imur mat-typewriter u jittajpja f'dak l-ambjent.

JJF: Fil-Who's Who tal-1965 kien qabeż 3000 skript. Int għandek ħafna minnhom. Taħseb li għandek kollox?

AC Le... waħda mir-raġunijiet hi li aħna għamilna żmien bin-nanniet jgħixu magħna. Missieri kellu kamra fuq il-bejt u hemm kien jisstorja. Kellu jnaqqas minnhom għax il-kamra kienet se tisplodi. U hu beda minn kull 6 kopji jerfa' waħda u l-oħrajn kellu tank fuq il-bejt u beda jaħraqhom. L-għada mar id-Dockyard u tela' n-nannu u qal "Dan mhux qed inaqqas minnhom?" u beda jnaqqas kollox għax tgħidx kemm ħaraqlu minnhom! U kif ġie mix-xogħol! Dik waħda mir-raġunijiet li ma hemmx kollox.

JJF: Jiġifieri l-problema ta' Charles Clews mhux il-kunjata kienet imma l-kunjatu!

AC Kunjatu ta' veru kien problema! għax problemi ta' kollox kellu! Xtaqt ngħid xi ħaġa dwar li qalu Terry u Valerie. Dwar ir-recordings, jien għamilt ħafna research biex infittex u sibt. Ir-raġuni li intom ma sibtux ir-Rediffusion, għax anki jien ġieli ma sibtx. Joe Scicluna qalli li kienu jagħmlu recordings kbar u dak iż-żmien ma kienx hawn budget biex tħallihom hemm. Ir-reels kienu jirrekordjaw fuqhom , jitħassru u jagħmlu xi ħaġa oħra fuqhom., Dik hi r-raġuni li ma hemmx ħafna affarijiet tagħna. Hemm għax jien sibt. Jekk suppost kien hemm 100%, ngħidlek li hemm biss 20%.

JJF: Nirringrazzjak.



JOE FARRUGIA D-DULLI DWAR IR-RADJU MUSKETTIERI

JJF: X'tiftakar dwar ir-Radju Muskettieri?

DULLI Ir-Radju Muskettieri skappawli jien, fl-aħħar bdejt insegwihom fuq ir-Rediffusion. Kulħadd, meta se jibda l-programm ma tara lil ħadd fit-triq. Qabel ma tantx kien hawn karozzi imma dakinhar iktar ma tarax karozzi barra. Xi ħmar għaddej, u anki l-ħmar kien jidħol jisma', għax kellu widnejh kbar. U jien għandi ħafna memorji tal-mibki Charles Clews u kumbinazzjoni għandi ġrajja... għandi karozza tajtha lit-tifel, ħadhieli nsomma. Ngħidlu ibżgħali għailha għax tifkiriet biss nara ġo fiha. Konna nagħmlu l-programm Ħallina Minnek, Mr Brown, jien Salvu Werwer, Joyce Guillamier, Josephine Zammit Cordina, Tony Gatt, Cassar Darien... u kien programm ħelu. Kellna lil Peter Caruana tax-xtieli kien ukoll magħna. Kien sostitut. U Vitorin kienet ukoll sostituta magħna. Sostituta għax ma kellhiex ċans tagħmel il-programmi kollha magħna. Darba minnhom ġie Charlie u qalli hawn Johnnie Catania ġie mill-Kanada. Qabżet Vitorin "Veru?" "IVA. Wara l-programm sejjer niltaqa' miegħu." Għidtlu "Issa nwasslek jien." Qalli "kieku tajjeb" għax Charles ma kienx isuq. Vitorin tħajret ukoll, qaltli "Anki jien niġi." Insomma morna għal Johnnie, ħadt pjaċir, qalli "Nisma' fuqek anki l-Kanada!" U qegħdin jitkellmu u xtaqu jmorru jaraw lil Lorrie Bellizzi għax kien se jerġa' jitlaq Johnnie, kien San Vinċenz. Lorrie kien wasal fl-aħħar ta' ħajtu, kien pupletku. Għidtilhom "Kif qegħdin fis-saħna mmorru kulħadd. Morna l-erba', Vitorin, jiena, Charles Clews u Johnnie Catania. X'ma niftakarx il-karroza, 4 artisti bħal dawk! U morna infittxuh, tkellimna ma' xi nurse u qalulu fejn qiegħed u morna u nsibu lil Lorrie u Johnnie Catania x'ħin rah tar għal fuqu, Lorrie bdejt nara dmugħ ħiereġ u ma setax jitkellem, jitgħannqu, jirtogħod. Jien dawwart wiċċi 'l hemm, anki issa jaqbadni bard, Vitorin bdiet tibki qisha tarbija, Charlie serju serju imma xorta dawwar wiċċu u jimsaħ id-dmugħ, imma dik ix-xena għadni niftakarha mgħannqin ma' xulxin. Illum x'ħin nara l-karozza nara lil dawk l-4 karattri. Bis-saħħa tagħha gawdejt jien ukoll għax iltqajt ma' dawn l-atturi li kif qed nagħmlu l-programm il-lejla li ħaqqhom ma ninsewhom qatt. Dawn kienu tal-bidu, meta kien hawn il-gwerra, meta kien hawn bżonnhom ħafna dawn in-nies. Għalija dawn in-nies ħaqqhom l-unuri kollha, maħbubin minn kulħadd. Tgħiduli ddaħalx politika, imma l-politikanti għandhom nofs iħobbuhom, jew tliet kwarti, u kwart ma tantx jarawhom sbieħ. Imma dawn kulħadd kien jarahom sabiħ. U llum bix-xieraq ukoll li dawn l-atturi insellmulhom minn hawnhekk u grazzi wkoll lilkom li kellkom ġenituri li għamlu dak kollu bħalma konna nagħmlu. Ma nafx kif konna nlaħħqu. Għax bniedem irid ikun imħabbat ħafna biex jagħmel dax-xogħol. Jekk bniedem ma jkollu xejn x'jagħmel, dax-xogħol ma jagħmlux. Trid tkun imħabbat b'ħafna affarijiet. U bħalma semma' t-tifel t'Urso, kien jaf jagħmel ħafna affarijiet. Kollha kienu jafu jagħmlu ħafna affarijiet, jiġifieri għax illum jgħidulek, "M'għandix ċans". X'għandekx ċans? Anki għal rehearsal, imma għax ma tħobbx l-arti. Insellmilkom u nħossni onorat li qiegħed fostkom.

JJF: L-umoriżmu minn dak iż-żmien 'l hawn inbidel. Tiskanta kif kien ikollok dawk il-ħafna plays, operetti fuq ir-radio u dejjem ċajt nadif...

DULLI Jien dejjem ngħid għal Charles għax hu l-aktar li kien jikteb, darba għidtlu "Charles, kultant nisraqlek xi ċajta għax tiegħek dejjem nadifa."

JJF: Kif kienu jsibu l-ideat?

DULLI Charles kien jara ħafna rivisti barranin, pero ċajta tista' tiġik minn sitwazzjoni li toħloq ċajta minnha. Tista' tkun ċajta oriġinali.

TMicallef: Pero Charles Clews kien iffurmat anki b'mod akkademiku, mill-klassiċi. Kont qrajtha li Clews kien bniedem intiż ħafna fuq il-letteratura klassika. Ma nafx it-tfal tiegħu jistgħux jikkonfermaw. Ma nistax niftakar fejn kont qrajtha, imma ma nistax niftakar fejn.

TSant Huwa faċli nikkonfermaw għax il-kotba li ħalla warajh li llum qegħdin maħżunin fl-istess post minn Alan, li jindukrahom, tinduna li l-għażla tal-kotba tiegħu, kien bniedem kolt. Grazzi Joe.



NORMA CRISTINA DWAR VITORIN GALEA

JJF: Ommok Vitorin kienet bdiet meta darba kienet ma tiflaħx Ġuża Caruana. X'tiftakar dwar Ġuża Caruana?

NC Li niftakar li tgħidli l-mummy. Jista' jkun għandi xi ritratt qalb l-eluf ta' ritratti li s'issa għadni m'għamilthomx f'album. Jien ma nafhiex sew. Deru xi ritratti. Valerie u Terry bdew jgħidu "Dik Ġuża", imma jien ma nafhiex. Imma niftakar lil ommi tgħid li Ġuża mardet, kienu se jagħmlu play li dik il-kanzunetta tal-bidu nett li kanta Alex u ma jafux x'jisimha, jien għandi l-mużika tagħha, lanqas jien ma naf x'jisimha. Dik kienet f'operetta li kitbu l-familja t'ommi, il-kumpanija Bronk dak iż-żmien kienet għadha tiġi ffurmata minn ġuhom il-kbir Benny, jiġi n-nannu ta' Benny Casha llum. U kienu kitbu din l-operetta jisimha Fufli bbażata fuq stil Ċiniż u dis-song tal-bidu kantatha hemmhekk. Issa tgħidli x'għandha x'taqsam Ġuża? Ġuża kienet qed tagħmel il-parti tal-mara l-attriċi f'din Fufli, u mardet u naturalment ma setgħetx tirreċta u l-mummy kienet għadha ta' 14-il senau kienet tkun mal-kor fuq wara, ma tafx, tkun taf kollox, il-play inside out, il-kliem kollu... u l-atturi l-oħra qalulu lil Benny, "Issa jekk tgħid forsi lil oħtok forsi tagħmilha hi?" U twerwret. Il-mummy tgħid li bbieset b'biża' kbir imma minn hemm u minn hawn għamlitha u marret tajjeb, ħarġet bl-unuri u minn dakinharqalu "Issa flok inġibu lil Ġuża mhux aħjar taqla' sold oħtok?" Bdiet tirreċta l-mummy magħhom, daqqa tiġi Ġuża għax skont l-età, ommi kellha 14-il sena u l-oħra kellha xi 30, hemm differenza, skont il-parti li kien ikollhom, imma dik dejjem niftakarha li ħadet post Ġuża.

JJF: Vitorin fir-Radju Muskettieri u Stage Commandos. Fiex kienet involuta?

NC Kif qalet Valerie, kienet tkun mistiedna għax kien ikollha plays 'l hemm u 'l hawn, kienu jmorru jirreċtaw bħala kumpanija għax apparti l-iStage Commandos, in-nannu, missier ommi li kien minn Bormla kienu jsibuh Manwel Bronk, u Bronk kienet ġejja min-nanna Veronica, in-nanna tiegħu u fil-qosor kienu jgħidulha Bronka u fil-qosor ġiet Bronk. U l-kumpanija ssemmiet Bronk. Kellhom il-kumpanija tagħhom u kienu jmorru jirreċtaw 'l hemm u 'l hawn u l-kumpanija kienet kollha tal-familja, ziju, nannu, mara ta' dak, kuġina tal-ieħor, il-familja kollha. Kien ikollha x-xogħol tagħha mal-kumpanija u mal-oħrajn, Radju Muskettieri u hekk, għax semgħu li kienet attriċi qed tipprogressa, kienu jistednuha, imma mhux li kienet tagħmel parti minnhom. Pero niftakarha ssemmihom u tkanta l-innu, signature tune għax tgħid li kienet tieħu sehem, ommi kellha vuċi tajba, għax kienet tkanta tajjeb. Għadni kemm rajt ftit ilu "4 għal 4", Dulli wieħed mill-aħwa, ommi, imma l-vuċi li kellha titla' ta' sopran kienet tgħaġġibni. Jien studjajt il-mużika, kellha grad, scale ta' noti enormi, ta' xi 3 ottavi jekk mhux iktar, tinżel u titla' ħafna, vuċi minnha.

JJF: Vitorin, minbarra fuq il-palk bħala attriċi, magħrufa wkoll bħala ħajjata. Ġieli kellha xi sehem fl-iStage Commandos b'dawn l-affarijiet?

NC Ma niftakarx. Jista' jkun li silfet xi kostumi. Bħalissa għandi wġigħ ta' ras kbir li għandi l-kostumi kollha tagħha onestament, minn qalbi, ma nafx x'se nagħmel bihom għax jien qed nikber, it-tfal mhux mhux interessati, l-bniet imsefrin, it-tifel mużika biss u dal-kostumi għandi ħafna minnhom għadhom tan-1900, li kienet ġabret jew ħietet... u għandi ħafna kostumi għadhom tajbin immens u qegħdin hemm ma jintużawx. Hija ħasra kbira. Nuża jien. Ikollna palk dejjem inġorr meta... Jiena għamilt 31 sena ngħallem u 31 prize day u dejjem jien, għax it-tifla ta' Vitorin jitfgħu il-prize day f'idejja u kull darba li nagħmel prize day inġorr 10, 12-il basket kostumi minn tiegħi, skont x'se nirreċtaw. Per eżempju Cinderella, inġorr kollox jien għax ommi kellha allura dejjem inġorr. Imma dal-kostumi, jien qed nixjieħ. Ma jistax ikun jibqgħu hemm, xi ħaġa jrid isir bihom u għadni ma nafx x'se nagħmel bihom.

JJF: Dan punt interessanti għall-proġett tagħna. L-aħħar punt il-memorji ta' Vitorin...

NC Kienet tgħid jekk jagħtuha parti u m'għandhiex kostum, kienet taqbad u tagħmlu. Għandi l-libsa ta' Karmena Abdilla, għax wara Nosi Ghirlando kienet tagħmilha l-mummy, u għandi l-libsa tal-bridesmaid għax bdejt nagħmilha jien, jien ilbistha xi 30 darba imbagħad infetaqli z-zipp għax kont tqila bit-tifel u ħxint u ħierġa fuq il-plak u nfetaqli z-zipp u manafx min għamiluli bil-labar wara. Għdtilha daqshekk irreċtajt għax diġà kelli 4 xhur tqala. U hi għamlitha 88 darba. Il-kostum għadu għandi minn rasha sa saqajha. Kollu għadu hemm u għandi, kienet għamlet xi operetta kienet kitbitha hi, għax ommi wkoll kienet tikteb... Tliet Qmura, jinżlu 3 qmura mis-saqaf, jien kont inkun waħda minnhom, imma jpoġġuna bil-qegħda fil-qmura, jien fin-nofs u l-kuġini n-naħa l-oħra, ninżlu minn hemm fuq... għad għandi l-libsa tat-tieġ li tiżżewweġ biha f'din l-operetta... U għandi ħafna kostumi oħra ta' ċertu operetti partikolari li kienu jagħmlu l-kumpanija Bronk, tagħha, Ċiniżi, Spanjoli, Ċiniżi l-aktar li kelli u Spanjoli għax imbagħad għamlet "4 għal 4" stil Spanjol. Jekk m'għandhiex kienet taqbad id-drappijiet u tħit. Tmur il-Birgu s-suq, kien għadu jibda tal-JB Stores kien għadu bil-kannestru, Joe u ġuh Bertu, kienu jkunu fuq il-monti u tgħidlu "Iftaħli balla, Bert" u ommi tqalleb u tieħu u kien jagħtihomlha bin-nofs lira l-biċċa biex tħit il-kostumi tat-teatru.U tħit f'nifs u kif qalu dawn, ftit torqod għax tqum bil-lejl toqgħod tħit. Jekk għandha play sal-għada tlestiha l-libsa. Għandha x'għandha, u tivvinta stili differenti... Għandi magażin tagħha tan-1916, tal-kostumi, għadu għandi li kienet tara minnu. Għalkemm ma kinitx xi skulara imma kient tiffolowja ħafna u meta fil-gwerra kienet refuġjati l-Imdina, kienet taħdem ġo ħanut ta' Abela Lowinger u hemm kienu jiġi Ingliżi jagħtuha magażins u dak kien jgħinna. Kienet tara l-istampi, taqra l-istejjer u jiftħilha moħħha, kienet it-tagħlim tagħha ħaditu minn hemm għalkemm m'għamlitx ħafna skola.

JJF: Jiġifieri ejja naraw il-pożittiv. Minkejja li m'hawnx ħafna recordings, semmejna kunċett ieħor, hawn il-kostumi għadhom miżmumin tajjeb ħafna. Grazzi Norma.

DULLI Vitorin ma kinitx tħit għaliha biss, kienet tlibbes lil kulħadd.



FRANS RIPARD DWAR MARY RIPARD U LORRIE BELLIZZI

JJF: Fuq min se nibdew?

FR Il-Bellizzi familja ta' palk għax in-nannu kien is-Surmast Frans Bellizzi, anki kien tat-Teatru Rjal u l-Ammiraljat u hekk. Imma qabel il-gwerra kien hemm l-aħwa Bellizzi li kienu Lorrie, ommi, z-zija Agnes u z-ziju Twanny, u kienu jiżfnu u jkantaw flimkien. Zijuwi baqa' anki jgħallem iż-żfin u anki daħal f'tal-Acrobelles. Issa zijuwi qatt ma kien jagġmel exercise imma daħħal u għallem l-akrobazija hawn Malta. Imbagħad niġu għall-iStage Commandos. Jien kont għadni żgħir u t-tlieta kbar ta' Charlie dejjem konna nkunu flimkien, konna qisna Kindergarten. Huma jirreċtaw u meta bdejt nitfarfar, taf int, jien kont jew nitlagħlkhom fuq is-saqaf tat-teatru jew nara xi nħuf. Imma kienet familja l-iStage Commandos, dak li niftakar, u kont nieħu pjaċir meta man-nanna Pawlina, zijuwi u anki ommi konna mmorru x-xalata. Jiġifieri darba fis-sena kienu jagħmlu xalata u konna mmorru u għad għandi r-ritratti għax Alan, għidtlu dik il-banadalora żommha, dik sibtha f'kaxxa meta miet zijuwi l-Lorrie u sibt ħafna skeċċis, u mhux ħafna skeċċis għax meta tatu puplesija darba mort id-dar il-Ħamrun u sibtu jqatta' l-iskeċċis għax moħħu qal li dak imbarazz u li stajt insalva, imma meta kienu jiktbu, zijuwi kien jikteb imbagħad beda jittajpja. Ma kinix jagħmlu kopja waħda, jagħmlu 6, u zijuwi kien jgħidli "Ara dan, mur il-Ħamrun", mhux bogħod minn fejn kienet toqgħod Ġuża Caruana, kont noħodhom għaċ-ċensura. Kien jagħtini tmintax irbiegħi fil-ġimgħa talli nagħmilha tas-suġġeritur, nirranġa x-xeni, jiġifieri dejjem trabbejt f'dak is-sens. L-iStage Commandos tant kienu popolari li l-biljetti full house kull fejn imorru. Ħaġa oħra li meta qalbu għall-Muskettieri, zijuwi sibt karta darba d-dar, u fil-fatt tajtha 'l Alan. Dan zijuwi kellu, mingħalija April 1948, qabel twelidt jien, meta marru jagħmlu r-recording kiteb nota, li ħadd ma sata' jagħraf leħnu. Meta semgħuha ħadd ma sata' jagħraf leħnu fuq ir-radju, affarijiet interessanti. Aħna żammejna records għax jien ħajti ma' Charles Clews bqajt kuntatt. Per eżempju fil-karnival kellek problema għax fil-laqgħa tal-kumitat trid twaqqfu mill-jgħid iċ-ċajt. U wkoll kien iħobb ħafna anki lil ħija, li kien persuna b'diżabiltà u ommi dejjem ħaditu magħha. Qatt ma falliet milli tieħdu magħha.

NC Meta kienu jirreċtaw Ħal Qormi, mal-Caballeros, il-mummy kienet iġġibu lil ħuk u kienet iġġiblu ċ-ċintorini jaqfel il-bokkli u jħollhom u jien kont inżommhomlu bilqiegħda ħdejh u kien joqgħod jilgħab veru kwiet. Kelli xi 6, 7 snin. Kien ikun ħdejja, hekk niftakru.

FR Ħija miet f'April li għadda u kien baqa' jilgħab. Ħaġa oħra ma' Charles Clews kienet li, tajjeb wieħed ikun jafha, dejjem jinqala' xi ħaġa meta kienu jirreċtaw. Darba niftakar xena meta zijuwi tqattagħlu l-qalziet u kellhom iqattgħu biċċa mix-xenarju biex iħetulu waqt li baqa' għaddej bil-kanzunetti. Oħra hija importanti li Johnnie Catania qisu z-ziju tiegħi għax jara lil zijuwi Lorrie u l-oħrajn, u anki fl-aħħar kien ġej bi grupp mill-Kanada għall-karnival imbagħad miet għax kien kitibli "Issa daqt narak" imbagħad ġara li ġara imma ħa pjaċir ħafna u jien ukoll meta ġibt lil Johnnie Catania u Jimmy Dowling flimkien. Hu ħabib u Jimmy Dowling, oħtu kienet iz-zija tiegħi għax miżżewweġ liz-ziju Twanny imma ħadu pjaċir li ltaqgħu fil-pjazza tal-karnival, it-tnejn kitbu l-innu... Naturalment iż-żmien ibiddel. Ommi dejjem kienet attiva. Tneħħilha l-palk ma kellha xejn. Fil-fatt ngħidilha "Ma ejja ħa ssiefer" "Le" dejjem skuża minħabba ħija. Allura m'hemmx x'tagħmel ikolli nċedi, il-bqija tkanta u ħija meta twieled kien normali imma kellu menenġite ta' sena u 3 xhur. Imma kellu l-echolalia, jisma kanzunetta, ħalli jivvinta l-kliem hu, imma t-tune hemm kien ikun, allura dan l-aħħar dejjem tqabbad ir-radio xi kanzunetta antika jirrepetiha. L-aktar li laqatni s-sena l-oħra meta għamlu ta' Wenzu u Rożi u kien qiegħed il-Vajrita Wied il-Għajn, għidtilhom iftħulu t-televixin. U kien qed jagħmel daqqa ħaġa u daqqa oħra. Kif ra lil ommu qal "Dik il-mama!" Qatt ma tkellem... Meta ommu ma tkunx in xena jkompli, kif terġa' tiġi jerġa' jħares hemmhekk. Dik xi ħaġa li dejjem bqajt impressjonat f'moħħi. Johnnie Catania niftakar kienu qishom vaudeville l-iStage Commandos, min ikanta min jagħmel skeċċ, min jagħmel makkjetta, min jagħmel ħaġa u min oħra. U l-kanzunetta li kienet togħġobni ta' Johnnie Catania "Lili jgħiduli tapp, tapp għax inzertajt qasir... " Kienu jiċċajtaw fuq il-persuna tagħhom, il-jokes kienu nodfa... diżgrazzjatament illum jużaw ħafna doppju sens anki biex idaħħku, imma kienu nodfa. U jien naħseb li fid-demm toħroġ, it-tifla tiegħi ħarġet attriċi u qiegħda l-Amerika u għamlet Shakespeare u kienet tagħmel musicals Broadway u għamlet sentejn, jiġifieri d-demm jiret minn xi mkien.

JJF: Tajjeb insellmu l-memorja ta' Mary Ripard partikolarment kemm ħadmet għall-persuni b'diżabilità f'Malta mhux biss għal binha... Grazzi ħafna Frans



MARLENE CASSAR DWAR MIKE CASSAR

JJF: Min kien Mike Cassar?

MC Mike Cassar kien il-papa tar-raġel tiegħi. Noqgħodu bieb ma' bieb ma' xulxin. Nafu dejjem allegru u kellu sense of humour, dejjem jikteb u dejjem bil-pjanu għaddej u jagħmel makkjetti, skeċċis. Dak li niftakar jien għax ma kontx għamilt snin kbar... għax fis-65 kien miet, wara sentejn li żżewwiġt. Imma l-memorja dejjem jikteb, niftakar jiġu d-dar jagħmlu rehearsals. Jien ngħidlek 3 jew 5 snin qabel iżżewwiġt dejjem jikteb u allegru imma dejjem fuq il-pjanu, nies jiġu jirrehearsjaw.

JJF: Ħalla skripts jew partituri?

MC Għandi anki skeċċis u plays id-dar, irrid infittxuhom għax f'xi bagalja. Kien surmast tal-affari tiegħu, kien il-moħħ tal-Muskettieri u Stage Commandos. Kien ukoll pjanist ma' xi kumpanija teatrali ta' Senglea. Għandi bust li kienu tawh present, anki d-dockyard għamel pantomimes Cinderella u Jack and the Beanstalk jikteb għall-Ingliżi.

JJF: Interessanti li l-pantos kienu jkunu bl-Ingliż.

MC Iva għad-dockyard...

JJF: Jiġifieri probabbli kienu jiktbuhom għall-Ingliżi.

MC Iva kien jiktibhom għall-Ingliżi. Jalla għandix xi panto id-dar ukoll. U barra li kien surmast tajjeb, kien anki joħroġ il-partituri jagħmilhom hu. Kelli r-raġel, ibnu, kuntrabaxxista tajjeb ħafna anki pjanu kien idoqq. Ir-razza kollha, ġuh per eżempju kien idoqq il-vjolin, in-naħa tar-raġel kollha kienu mużikanti, jiġifieri għandhom xi ħaġa, niftakar kienet tgħid il-mama tar-raġel li meta kellu 4 years kienu jlibbsuh il-ful biex ilaħħaq mal-pjanu għax idejh kienu żgħar ta' 4 snin.

TLB Skużani. Li idejh kienu... tort tiegħi. Kien jakkumpanja lili fi kwalunkwe kanzunetta mal-Muskettieri għax kont il-kantanta t'hemmhekk. Darba ġejt tard u Charles Clews għamilli sinjal. Jien ġrjet niġri u minflok tajtu l-mużika u qegħdthielu f'postha għalaqtlu t-tastiera u waqgħet fuq subgħajh. Miskin. Jiġifieri... jiddispjaċini imma...

MC Ir-raġel tiegħi ġieli kien jiġi għalikom. Tiftakru lil Joe tiegħi...

TLB: Ġieli anki kien iwassalni d-dar.

MC Kull min ikun hemm kien iwasslu r-raġel.

JJF: Marlene nirringrazzjak ħafna



IRENE BONDIN nee CLEWS DWAR ĠUŻA CARUANA, FRANCES SPITERI U GEMMA PORTELLI

IB L-ewwelnett nirringrazzjak għax qed tqanqlilna memorji ta' tfulitna.

JJF: Din ħolma ta' Toni Sant. Dan proġett ta' riċerka u anki matul din is-serata qed niskopru affarijiet ġodda.

IB Per eżempju lil Armando Urso nafuh bħala Gori f'Karmena Abdilla, assolutament differenti mill-karattru li pinġielna t-tifel tiegħu, kemm kien ħelu, u ta' Taljan mad-daddy kien jaħdem. Kien iqaxxarha l-parti eh!

JJF: Għax missierek kellu missieru Ingliż u Armando kellu missieru Taljan jiġifieri ltaqghu. Mela ħa nitkellmu dwar tliet nisa partikolari: Ġuża Caruana x'tiftakar int?

IB Ġuża Caruana kienet mara ħelwa, qisha tal-familja. Kienet tiġbor l-atturi madwarha...

JJF: Kienet il-kbira fl-eta fost il-grupp?

IB Waħda mill-kbar kienet. Infatti imbagħad irriplejsjaha Nosi Ghirlando. Meta kienet warrbet hi mir-Radju Muskettieri u hekk, imbagħad beda jidħol Nosi. Kien bellezza wkoll eh! Pero Ġuża kienet veru ħelwa. Ġuża niftakar, darba minnhom kellhom play, u dil-play kienet li tant kienu foqra li biċċa ħobż jiġġieldu għaliha, kulħadd jaħtafha minn idejn xulxin... U rrealizzaw li lanqas kellhom biċċa ħobż biex jaħdmu biha. Il-mummy dejjem iġġorr magħha għax aħna dejjem magħha u ġġorrilna basket affarijiet. U kienet tagħmlilna l-ħobż bil-klunserva u bl-ispinaċi moqli u biż-żebbuġ. U qaltlu lid-daddy "Ħa nġibilkom waħda minn tiegħi u ħudu lilha." Kif daħlet din Ġuża marret tgħannaqha lill-mummy, qaltilha "Veru bdejna niġġieldu għaliha dik il-ħobż kemm kienet tajba!" Qatt ma ninsiha. Kienet ħelwa, anki tirreċta, kienet gustuża ħafna. Kienet toqgħod il-Ħamrun, u ġieli anki Birżebbuġa konna mmorru, jew kellha xi villeġġjatura... Konna mmorru għandha wkoll.

TLB Skużawni se ninterrompi imma Ġuża Caruana jien introduċejtha fuq il-palk tal-Manoel meta għamilt Zeza tal-Flagship. Qaltli "Int trid lili niġi?" Għidtilha "Mela." Missieri ma riedx jiġi jarani. Lil ommi qalilha: Tgħid mhux se mmur nara lil Tereżina taħdimha ta' Zeza! Zeza waħda kien hawn: Ġuża Caruana. U aċċettat, ġiet fuq il-palk, kienet liebsa veru sabiħ, kellmet lin-nies, ħadu pjaċir biha, imbagħad qaltli "Int ma kantajtx fiha?" Għidtilha iva. "Jien Zeza minn Strada Stretta, magħrufa sew mill-każin, jafuni wkoll Balzunetta.... " qaltli kemm tajtni pjaċir. Veru ħadt pjaċir iltqajt magħha hemmhekk, verita. Xtaqt li kont l-aqwa, imma le... HI kienet l-aqwa.

IB Rajniha fir-ritratti, fis-Cinderella kienet il-fairy. Kemm kienet ħelwa.

JJF: Għadna qatt m'għarafna liema hi...

IB Il-fairy, dik li qiegħda bil-bizzilla... Ġuża Caruana.

Miriam Zammit Ir-rehearsals tal-plays daqqa kienu jsiru għand Lorrie Bellizzi l-Ħamrun, fuq kellu sala enormi, u ġieli kienu jsiru is-Sinjura Ġuża, għax għalina dejjem is-Sinjura Ġuż kienet. Konna mmorru mad-daddy u konna noqgħodu narawhom jippruvaw il-play. Niftakar kellha ommha magħha u kienet tkun fis-soddamarida miskina u konna noqgħodu ħdejha nżommulha kumpanija. Veru kienet is-Sinjura Ġuż għax kienet mara sinjorili ħafna.

FR Qatt ma kienet titħallas u jagħtuha rigal. Għax bħalma taf Miriam konna nkunu tfal aħna u jagħmlu get together. U għandi xi ritratt fil-ġenb, kont daqshekk! Kienu jagħtuha rigal. Niftakarha għax kont noħdilha l-bajd frisk, għalhekk naf eżatt fejn toqgħod. U kiente tagħtini Trufruit u wafer.

JJF: Frances Spiteri l-inqas li smajna dwarha.

IB Frances Spiteri kienet għadna xebba meta kienet taħdem magħhom, iktar fuq il-palk. Infatti rajniha anki fil-parti ta' Cinderella, rajniha wkoll. Imma mbagħad kienet siefret, ma tantx ħadmet magħhom.

CM Kienet toqgħod xi 100 jarda bogħod miz-ziju Johnnie. Kienet mill-Imsida imbagħad marret l-Awstralja u qatt ma ġiet lura.

JJF: Qed naraw xi ritratti u l-fairy bl-istilla hija Ġuża Caruana.

CM Milda Xikluna kienet ukoll għarusa taz-ziju Johnnie. Kien se jiżżewweġ imma mbagħad marret mal-familja tagħha l-Awstralja u z-ziju kien għad fadallu l-mama tiegħu ħajja u baqa' Malta.

JJF: Mela, fir-ritratt fejn Charles Clews qiegħed għarkupptejh, mil-lemin naraw lil Dante Gatt, Frances Spiteri, Giovanna Laiviera, Johnnie Catania, is-Surmast Abela, Charles Clews taħtu, Ġuża Caruana, Milda Xikluna, Lorrie Bellizzi u Freddie Underwood fuq wara.

AC Wara xi 16-il sena, ir-raġuni għala l-iStage Commandos ma baqgħux joperaw kienet, u kiteb l-istorja tagħhom Lorrie Bellizzi, għax Frances Spiteri emigrat u emigraw l-aħwa Xikluna u bdew jitnaqqru naqra naqra, Freddie Underwook emigra wkoll u ma setgħux isibu replacement tajbin daqshom. Dik kienet ir-raġuni ewlenija għala l-iStage Commandos ma baqgħux.

JJF: Għidilna dwar Gemma Portelli dak iż-żmien...

IB Gemma Portelli kienet fuq ir-radio. Niftakarha ħafna lil Gemma. Tal-għaġeb kienet Gemma, anki per eżewmpju qed nagħmlu rehearsal ta' play, darba kelli anki jien sehem magħhom. Kellha parti fuq wheelchair hi, konna għamilniha l-Alhambra u ħadna l-ewwel biha. Għamlet kejk u pinġiet il-whellchair u kollox. Għall-ħelu kienet tajba wkoll.

JJF: Kienet magħrufa li ssajjar għal kulħadd u bil-ħelu b'kollox għat-technical rehearsal.

IB Kulħadd jieħu pjaċir u tara x'se tivvinta u ssajjar. Kienet tħobb tagħmel l-imsielet, kont immur mad-daddy għar-rehearsal, u kont għidtilha li nħobb naqra, kienet iġġibli l-iSchool Friend u niftakar kien hemm bank kbir fejn ikun hemm l-orkestra, u ftaħt l-iSchool Friend biex sakemm jirrekordjaw naqraha kollha u darba minnhom ħassejt kwiet kbir, ngħolli wiċċi u nsibhom kollha jħarsu lejja għarkuptejja, il-patata fl-arja qed naqra. "Mitlufa" qalu. Miskina kienet iġġibhomli hi. Il-magażins kienet tieħu pjaċir tarani interessata. Konna qisna familjari magħhom, kienu jħobbuna, kienu jħobbu lill-mummy, trabbejna lanqas qisu l-palk ta' llum. Semma' x-xalata, kemm konna nieħdu pjaċir. Kienu jiftiehmu s-Sibt u l-Ħadd filgħodu.

LB: Għandi ritratti wkoll. Tajjeb li xi ħadd jiġborhom, anki lest li nagħtihom, basta ma jiġux fl-idejn li nintremew.

JJF: Illum nafu kemm ikun hemm piki bejn l-atturi. Imma dawn kienu familja magħquda?

IB Iva tagħna kienu familja magħquda. Kienu jintgeressaw ruħhom f'xulxin u kif bdew jgħidu, jekk ma jkollokx inġiblek ħa ngħinek. La piki, lanqas nafu bihom dawn l-affarijiet!

FR Illum hawn ħafna piki. Jien inkun stage manager ħafna u diżgrazzjatament ftit issib kumpaniji li jkunu familja. Jidħlu ħafna piki u ħafna drabi teffettwa. Dak ħadlu linja u għax l-oħra ħadet linja... u flus!

IB Il-flus, dik hi. M'għadhomx jagħmluh bil-qalb, għax qabel, per eżempju d-daddy kien jikteb u d-dockyard u aħna d-dar, qatt ma qata' qalbu li joħroġ il-plays u dawn l-operetti. Għandna memorja tagħhom! Konna mmorru xi mkien Santa Venera nikru l-kostumi, ħdejn il-knisja, kont għadni żgħira, kienet xtrat tat-Teatru Rjal u kienet tikrihomlhom, dawk ta' Cinderella u hekk. Konna mmorru miegħu , nidħlu taħt id-dbielet. Għandna memorji veru sbieħ.

JJF: Grazzi Irene. Tixtieq tagħmel punt Miriam.

Miriam Zammit Semmejna d-dixxipplina ta' missieri. Fuq il-palk kellu dixxipplina meraviljata. Ma kienx iħalli l-palk vojt. Jekk il-play, dik ħarġet minnn hemm, l-oħra trid tkun pronta biex tidħol. U jekk isir hekk, għid li ġewwa ikun hemm traġedja. Kien ikollhom 3 suġġerituri, wieħed quddiem il-palk Benny u fil-ġnub tnejn oħra, Dante... biex min imiss irid ikun pront. Dik id-dixxipplina d-daddy, meta nara plays bil-palk vojt ngħid "Mur ġib lil missieri jarah hekk!" Id-dixxipplina kienet perfetta.



TERRY L. BENCINI

TSant Għidilna kif ġiet l-ittra L f'ismek.

TLB Fil-fatt Terry Bencini kont fuq il-palk, pero, qisu xi 3 ijiem qabel izzewwigt, qbadt, kont mgħaġġla u tlaqt, konna Vincenti Buildings, u ħareġ Charles Clews u qalli "Prosit, għamilna l-programm, issa kif se nindirizzak?" Għidtlu "indirizzani kif trid" u hemm daħħalli l-L, allura jien sirt Terry L. Bencini, L = Lubrano, imma bqajt xorta Bencini għax ir-raġel meta jiftaħ il-bieb jgħidli "Bencini, fejn int?". Jien Bencini bqajt, imma xorta għanid l-preżenza tiegħu, kritiku tiegħi kbir! Meta ħadt il-palk iktar bis-serjeta kien manager tiegħi, għax kien kritiku u meta kont nispiċċa play kont nistaqsih u jgħidli "Fit-tieni att x'fettillek?" "Fl-ewwel att x'fettillek?" jikkritikani kemm jiflaħ imma mnalla kien hu għax għamilt karriera twila.

JJF: Kif bdejt fir-Radju Muskettieri?

TLB Darba ċempilli Nestu Laiviera d-dar u rrisponda missieri, is-Sur Ġann Bencini, fundatur tal-Melita FC, u Nestu jpaċpaċ... qallu "Fuq Terry trid tkellimni?" il-mama... ħeqq, imma baqa' jpaċpaċ imbagħad ċempilli Armando Urso u rrisponda l-papa, qallu "Fuq Terry ċempilt?" Qallu "Iva Sur Ġann għax għall-Muskettieri għandna bżonn kantanta u bi pjaċir irriduha." Il-mama ma kinitx assolutament tkun tridni nirreċta. Qalilha "Tereżina, taf min hu dan? Armando Urso, missieru kien dentist tagħna l-Belt" Qaltlu "Sellili għalih". U kompla fuq it-telefon "Kollox sew, għiduli meta triduha" u b'hekk dħalt mal-Muskettieri, bl-għajnuna ta' Armando għax riedni assolutament li mmur.

JJF: Kontu tkunu fuq ir-radju, Charlie kien jagħtikom l-iskripts qabel jew dak il-ħin? U kontu tkunu live?

TLB L-iskripts ngħidlek ġieli anki t-tfal tiegħu kienu jiġu jnewwluli, kont noqgħod il-Blata l-Bajda. Inkella dak il-ħin, Charles kien jikteb għalina, għall-karattru tagħna, per eżempju fit-Tieġ ta' Karmena Abdilla, jien ma ħadtx parti fit-teatru, però għamiltha throughout, Johnnie Catania kien ħelu wisq Ninu, kien hemm Ġemma Portelli parti tat-tifla gustuża mmens, u lili kien jgħidli "Imitali waħda minn Tas-Sliema" Għidtlu "Ħalli f'idejja." Lil Karmena kont insibha tajjeb għax kienet robusta, u kienet ilsienha jiġri biha u jien kont ninkiha b'dal-paroli

JJF: Fuq ir-Rediffusion, mhux fuq il-palk.

TLB Hekku. Ngħidilha "Buongiorno Karmena, kif qed tħossok dalgħodu?" U hi ssabbat it-tieqa "Qamet din." U kont ngħidilha "Għamilli pjaċir. Ibgħatli lil Ninu it-tifel għax għandi bżonn imur jaqdini." "Ninu! Ninu! Tridek din il-ksir id-devozzjoni!" U miskin Ninu jiġi, imma jien mhux veru kont nibgħatu jixtrili, kont inqabbdu l-aktar oġġetti, inaddaf il-ġnien, jixkupa l-bejt, fejn jimtela' kollu ħmieġ u mbarazz, imbagħad ngħidlu "Mur għand il-mama għax issa jien irrid nistireħ." U malli tarah maħmuġ jinten "Qed tara! Jien għalhekk ma ridtx nibgħatek għand dil-kiesħa ta' quddiemna." Ma kinitx tista' għalija. Kienet karattru ħelu ħafna. Jiddispjaċini ma kontx għamiltha fuq il-palk, għandujkun kien se jkolli t-tfal, ma kontx niflaħ u tliftha. Ir-Radio City, imma throughout li għamilnieha fuq ir-Rediffusion għamiltha kollha jien.

JJF: Int tiftakar iż-żmien li kienu jagħmlu kollox live, bilfors?

TLB Le, ma jidhirlix, dejjem irrekordjati, u jekk nieħu żball, nieħu take oħra.

JJF: Minbarra r-rabta ma' Charles Clews fir-Radju Muskettieri, Charles Clews ġieli kitiblek xi tkanta.

TLB Charles Clews kiteb kanzunetta sabiħa ħafna, jisimha l-Emigrant u din waslet fi lsien Commander Meridew meta kien hemm l-Ingliżi diretturi tar-Rediffusion, u Meridew ċempilli u qalli jekk irridx nixtieq inkanta kanzunetta L-Emigrant ta' Charlie Clews. Qalli "Għandek pjaċir?" Għidtlu "Iva għandi pjaċir ħafna". Aċċettajt. Issa dil-kanzunetta qiegħda dwar id-dwana fejn ikun hemm l-emigranti Maltin li sejrin l-Awstralja, imbagħad fuq is-swar kien hemm ħafna Maltin iħarsu lejn dawn l-emigranti sejrin. Ix-xena kienet bellezza u jien peress li kantajtha fl-opening tat-televixin ta' Malta, kont magħżula minn Commander Meridew biex inkanta L-Emigrant. Sabiħa ħafna.

JJF: Hija dil-melodija li qed idoqq Dominic, hux hekk! Agħtina r-refrain...

TLB (tkanta) U kif nista' ninsik, għażiża Malta. Ta' kuljum noħlom bik, 'il bogħod minn Malta. Mal-addio flimkien għax int art twelidi... għax jien noħlom u ma nixtieqx ninsik. Għalkemm l-ixmajjar, għadajjar, muntanji ġo fik Malta m'hemmx, imm int pajjiżi, imbierka imfawra imnissla bix-xemx. U kif nista' ninsik, għażiża Malta. Mal-addio flimkien għax int art twelidi. Ngħidlek biss au revoir għax int tiegħi id-dar. Nagħmel il-ħila tiegħi kollha. Għad nerġa' lura lejn Malta tiegħi.

JJF: Dik kienet improvizzata

TLB Kanzunetta sabiħa ħafna, kitibha Charles Clews. Hu kitibha. Veru sabiħa kelli x-xorti li kantajtha jien Malta.

JJF: Xi tgħidilna dwar meta tara l-ġenerazzjoni ta' wara, dawn il-persuni?

TLB Jien mal-iStage Commandos ma kontx, xejn ma kont. Però għalhekk, jien mal-Muskettieri dħalt, konna ħamsa, Charlie Clews, Armando Urso, Johnnie Catania, imbagħad dħalt kiena u ftit wara daħlet Gemma Portelli.Konna ħamsa u bqajna sakemm spiċċajna minn hemm ġew. Għamilna minn kollox, anki l-Imnarja, għamilna l-Imnarja fit-teatru tar-Rediffusion u Gemma ssajjar il-fenek u aħna nieklu l-fenek.

AmanteSant Kont hemm jien. Kont qed indoqq il-kitarra. Dak iż-żmien kien 1964 għax għandi miktub għax l-unika darba li jien kelli x'naqsam mar-Radju Muskettieri. Kien ġie Alla jaħfirlu Navarro. Kien ġie għandi l-Ħamis għax jien kelli ħanut, kien hemm ħafna dilettanti tal-kitarri u mandolini u konna niltaqgħu hemm...

TLB U bħalma qalet Valerie, konna nistednuh f'affarijiet hekk...

AmanteSant Kien ġie għandi l-ħanut u qalli "Taf x'nixtieq? Se nagħmlu programm fuq it-televixin" u kien il-Music Shop. Meta semmejt ir-riħa tal-fniek, għadni nxommha sa llum għax kienu għamluh propja, dak il-ħin. Imbagħad kellna l-inbid u kulħadd jixrob l-inbid... kollox live. Kienet sabiħa ħafna.

TLB Immeximxu l-fenek aħna konna tafx!

AmanteSant Dik memorja kbira għax l-unika darba li kelli x'naqsam, u kienu ħadu l-film tagħha wkoll u jdawruh fit-Trade Fair. U hemmhekk kien hemm palk u kienu jdawruha. Tant dawruha drabi biex juruha lin-nies li tħassret, u minn dakinhar 'l hawn qatt ma smajna biha. Issa jekk għadhiex teżisti, dik waħda milli ntilfu bħalma qed tgħidu. Music Shop kien programm ta' Victor Aquilina.

TLB Kien hemm Mario Ascione wkoll u Victor Galdes... uh!

TSant Victor Galdes l-inqas li semmejna iżda għalkemm kien Effie Ciantar li beda jistieden lir-Radju Muskettieri, Victor kien l-aktar li ħadem biex ipproduċa r-Radju Muskettieri.

TLB Jien ma' Effie ħdimt ħafna fuq il-palk, irreċtajt miegħu. Effie Ciantar, xejn ma kont nitkessaħlu, s-segretarja. mela l-mara tiegħu ħadet fastidju bija. Qalilha "Ma tafhiex tafx! Dik tirreċta!" Qaltlu "Ma rajthiex tagħmillu hekk?" Għidtilha "Dażgur, domt nippruvaha d-dar bid-dublett, intellgħu naqra 'l fuq!"

JJF Mhux ta' b'xejn ma riditekx il-mama

TLB Imma spiċċat tal-mama għax jien domt 45 sena fuq il-palk, u rtirajt il-Manoel wara play tiegħi It-Twajba Susanna, għax It-Twajba Susanna mhu veru xejn li twajba jien, qatt m'għamilt waħda ta' twajba, fin-1993, kien hemm teatru ma' Johnnie, ma' Vitorin Galea imbagħad naf li n-nies għidtilhom "Stenna stenna" għax spiċċat il-play, għamilna final sabiħ. Għidtilhom "nixtieq ngħid kelma" Kulħadd reġa' niżżel is-siġġu, u għidtilhom "Illum l-aħħar darba li se taraw lil Terry L. Bencini fuq il-palk għax kieku ma kontux intom li għamiltuni, kieku jien minix hawn." Il-booking kien jiftaħ fid-9 ta' filgħodu u f'nofsinhar fully booked. Jien l-udjenza nibqa' nħobbha u nibqa' nirrispettaha sal-ġurnata mqaddsa ta' llum. Għalikom ilkoll nafkom u ma nafkomx, ħbieb tiegħi, għax l-artista jien, intom għamiltuni.

JJF Grazzi Terry