Difference between revisions of "Philip Gatt"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Included Page: Philip Gatt)
(Arranged Page: http://www.m3p.com.mt/wiki/index.php?title=Mro._Philip_Gatt&action=edit)
Line 12: Line 12:
L-aħħar żewġ baned li żamm taħt id-direzzjoni tiegħu kienu l-Banda San Filep u [[Għaqda Mużikali L’Isle Adam]], iżda fl-1986 kellu jtemm il-kariga tiegħu minħabba problemi ta’ saħħa. Iżda għall-grazzja ta’ Alla huwa reġa’ ħa saħħtu u reġa kien kapaċi jidderieġi u jikkomponi. Fil-fatt il-Banda ‘L’Isle Adam’ ħatritu Surmast Supplenti u kien jidderieġi lil din l-banda kważi kull sena. Dan baqa’ jagħmlu sa l-1991 fejn għall-aħħar darba dderieġa lil din l-banda b’dik l-enerġija u s-saħħa li kien magħruf għaliha. Huwa kien idderieġa l-premiere tal-kompożizzjoni tiegħu ‘The Battle of Britain’.

Lejn tmiem is-snin tmenin, is-surmast Philip Gatt beda jiffrekwenta b’mod regolari l-Każin tal-[[Banda 12th May]]. Fejn kien jattendi l-provi u wara kulħadd kien idur miegħu sabiex jisma l-kummenti tiegħu. Waqt ir-recordings tal-marċi, kien ikun bil-partituri tal-marċi f’idu fil-control room biex jekk jisma’ xi ħaġa li ddejqu jindikaha. Kien anki jkun bilqiegħda mal-kumitat waqt funerali, programmi mużikali u okkażjonijiet uffiċjali.  
Lejn tmiem is-snin tmenin, is-surmast Philip Gatt beda jiffrekwenta b’mod regolari l-Każin tal-12th May Band and Social Club. Fejn kien jattendi l-provi u wara kulħadd kien idur miegħu sabiex jisma l-kummenti tiegħu. Waqt ir-recordings tal-marċi, kien ikun bil-partituri tal-marċi f’idu fil-control room biex jekk jisma’ xi ħaġa li ddejqu jindikaha. Kien anki jkun bilqiegħda mal-kumitat waqt funerali, programmi mużikali u okkażjonijiet uffiċjali.  

Bħal ma kien jkun fil-bar tal-każin imdawwar mill-membri jirrakkonta u jaqsam l-esperjenzi tiegħu magħhom. F’dak iż-żmien, membri u bandisti kienu spiss jitolbuh mużika u marċi minn tiegħu u ta’ missieru sabiex jirregalawhom lill-[[12th May Band and Social Club]] u huwa għamel dan mill-qalb. Barra minn hekk, is-Surmast Philip Gatt ikkompona marċi propjament għall-Banda 12th May. Dawn huma ‘Our Patron’ (1990), ‘Aġira Palace’ (1993) u ‘Tracy’ (1995) dan, huwa l-aħħar marċ li kkompona, propjament ftit xhur qabel mewtu.  

Revision as of 12:58, 24 June 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Philip Gatt

Mro. Philip Gatt twieled f’Ħaż-Żebbuġ nħar it-12 ta’ Settembru, 1927. Iżżewweġ lil Karmena nee’ Azzopardi u kellhom sitt ulied: Carmen, Marthese, Rita, Camilla, Doriette u Helen. L-ewwel tagħlim tal-mużika ħadu mingħand missieru stess, is-Surmast Adeodato Gatt (1898 – 1966). Huwa kompla jistudja għand is-Surmast Carmelo Pace (1906 – 1993). Issokta bl-istudji tiegħu f’Londra taħt il-professur N. Richardson u kkwalifika bħala bandmaster bid-diploma ARCM (Associate of the Royal College of Music) fir-Royal Air Force School of Music ta’ Uxbridge.

Lura Malta, huwa daħal fl-RAF biex jieħu t-tmexxija tal-banda, u dam imexxieha għal tnejn u għoxrin sena sħaħ. Minn żmien għal żmien huwa kien ukoll Surmast direttur tal-Għaqda Każin Banda San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ (1962-1986), Għaqda Melita banda San Ġużepp. Msida (1964-1975), is-Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun (1977-1984), u Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat (1978-1986).

Matul il-karriera tiegħu, is-Surmast Philip Gatt ikkompona għadd ta’ mużika, ta’ min insemmu s-Sinfonia ‘Jeunesse’ (1953), l-Intermezz Sinfoniku ‘Argyria’ (1961), il-Fantasia ‘The Village Fiesta’ (1968), is-Suite ‘A Man’s Life’ (1969), il-Concert Waltz ‘Silver Anniversary’ (1979), Il-Preludju ‘A Silver Monument’ (1988) u t-Tone Poem ‘The Battle of Britain 1940’ (1990). Ta’ min isemmi wkoll il-marċ ‘A Small Big Step’ (1970) li huwa ddedikat lill-ewwel astronawti Amerikani li kienu niżlu fuq il-qamar. Illum il-ġurnata, dal-marċ jinsab merfugħ għand in-NASA3, fi Houston, Texas.

Bħala apprezzament għal dan, kien irċieva ittra ffirmata mill-President tal-Amerika ta’ dak iż-żmien, Richard Nixon. Naturalment, is-surmast Philip Gatt kien ferm kburi b’dan l-apprezzament.

L-aħħar żewġ baned li żamm taħt id-direzzjoni tiegħu kienu l-Banda San Filep u Għaqda Mużikali L’Isle Adam, iżda fl-1986 kellu jtemm il-kariga tiegħu minħabba problemi ta’ saħħa. Iżda għall-grazzja ta’ Alla huwa reġa’ ħa saħħtu u reġa kien kapaċi jidderieġi u jikkomponi. Fil-fatt il-Banda ‘L’Isle Adam’ ħatritu Surmast Supplenti u kien jidderieġi lil din l-banda kważi kull sena. Dan baqa’ jagħmlu sa l-1991 fejn għall-aħħar darba dderieġa lil din l-banda b’dik l-enerġija u s-saħħa li kien magħruf għaliha. Huwa kien idderieġa l-premiere tal-kompożizzjoni tiegħu ‘The Battle of Britain’.

Lejn tmiem is-snin tmenin, is-surmast Philip Gatt beda jiffrekwenta b’mod regolari l-Każin tal-12th May Band and Social Club. Fejn kien jattendi l-provi u wara kulħadd kien idur miegħu sabiex jisma l-kummenti tiegħu. Waqt ir-recordings tal-marċi, kien ikun bil-partituri tal-marċi f’idu fil-control room biex jekk jisma’ xi ħaġa li ddejqu jindikaha. Kien anki jkun bilqiegħda mal-kumitat waqt funerali, programmi mużikali u okkażjonijiet uffiċjali.

Bħal ma kien jkun fil-bar tal-każin imdawwar mill-membri jirrakkonta u jaqsam l-esperjenzi tiegħu magħhom. F’dak iż-żmien, membri u bandisti kienu spiss jitolbuh mużika u marċi minn tiegħu u ta’ missieru sabiex jirregalawhom lill-12th May Band and Social Club u huwa għamel dan mill-qalb. Barra minn hekk, is-Surmast Philip Gatt ikkompona marċi propjament għall-Banda 12th May. Dawn huma ‘Our Patron’ (1990), ‘Aġira Palace’ (1993) u ‘Tracy’ (1995) dan, huwa l-aħħar marċ li kkompona, propjament ftit xhur qabel mewtu.

Minbarra dawn il-marċi ikkompona b’entużjażmu l-overture ‘Skorfina’ li kien ukoll se jidderieġi huwa stess, fl-okkażjoni tat-tberik tar-rinovazzjoni mill-ġdid tal-planċier artistiku tal-Banda 12th May, li sar nħar is-Sibt 31 ta’ Mejju, 1997.

Sfortunatament ma’ laħaqx temm din l-overture peress li ħalla din d-dinja nħar il-Ħamis 16 ta’ Novembru, 1995. Grazzi għall-familja tiegħu, l-disnin ta’ din l-overture, flimkien mal-partitura li kien diġà beda joħroġ tinsab fl-arkivju mużikali tal-Banda 12th May. Fil-funeral tiegħu daqqet banda ffurmata mit-tliet baned ta’ Ħaż-Żebbuġ u l-Banda ‘L’Isle Adam’ tar-Rabat.