Monica Attard

From M3P
Revision as of 03:08, 28 July 2017 by Joejulian (talk | contribs) (broken link)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Monica Attard ħadmet bħala attriċi sa minn età żgħira ħafna. Hija ssemmi tliet elementi ewlenin li sawru l-formazzjoni u x-xogħol tagħha fuq il-palk. Fost dawn, insibu qabelxejn it-talent spontanju – li fuqu Attard kienet partikolarment tistrieħ meta ħadmet l-ewwel interpretazzjonijiet tagħha mal-grupp Chains (Tas-Sliema). It-tieni element huwa l-osservazzjoni ta’ atturi oħrajn; fosthom Johnnie Navarro, Ġemma Portelli, Karmen Azzopardi u Charles Clews. Clews kien propju l-bniedem li inkoraġġiha biex taħdem fuq ir-rejdjow. Aktar tard, Attard saħħet dawn iż-żewġ elementi bl-esperjenza aktar teknika li kisbet mit-taħriġ li ħadet fl-iskola tal-iMTADA. Fost l-għalliema tal-iMTADA, hija ħadmet ma’ Adrian Rendle u Peter Cox u tgħid kif l-għarfien tal-impostazzjoni tal-vuċi kienet l-aktar prassi teknika importanti li kisbet minn dan il-kuntest.

Attard ħadmet ma’ kumpaniji varji bħal Maleth, Atturi, Koperatturi u, aktar riċenti, Masquerade. Hija tiddeskrivi x-xogħol fuq il-palk bħal opportunità li tesperjenza karattri u emozzjonijiet differenti, riżultat tal-varjetà kbira ta’ interpretazzjonjiet li tat matul karriera li llum tlaħħaq l-erbgħin sena. L-ewwel li Attard għamlet isem kien permezz ta’ interpretazzjonijiet fi drammi ta’ William Shakespeare, fosthom Hermione (The Winter’s Tale), Cleopatra (Anthony and Cleopatra), Lady Macbeth (Macbeth), u Beatrice (Much Ado About Nothing). Ma’ dawn, Attard iżżid bħala milestones personali x-xogħol tagħha fuq il-karattri ta’ Selima (Il-Ġaħan ta’ Binġemma, kitba ta’ Francis Ebejer) u, aktar riċenti, Sylvia Gellburg (Broken Glass, kitba ta’ Arthur Miller) u Sister Aloysius Beauvier (Doubt: a parable, kitba ta’ John Patrick Shanley).


Monica Attard in The Taming of the Shrew, MADC
Monica Attard in Anthony and Cleopatra,MADC
Monica Attard in Iħirsa, directed by Joe Friggieri
Monica Attard in Lady Macbeth, MADC
Monica Attard in Lady Macbeth, Talenti
Monica Attard in L-Omm l-Oħra, written and directed by Lino Farrugia

See also

Category:Monica Attard Photos