Mikiel Gonzi

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Sir Mikiel Gonzi twieled il-Birgu, fit-13 ta’ Mejju, 1885. Trabba fil-Birgu fi Triq ta' Biswit il-Kwartier. Bin Ġużè u Margerita mwielda Tonna, hu ġie mgħammed fil-Knisja Kolleġġjata ta' San Lawrenz. Meta kellu ħames snin il-familja marret tgħix f'Il-Kalkara. Hu attenda l-Iskola Primarja tal-Birgu.

Wara li studja fis-Seminarju ta’ Malta huwa ġie ordnat saċerdot n]ar id-19 ta' Diċembru 1908. Mill-Universita ta’ Malta fejn ġab il-Baċellerat fil-Letteratura u d-Dottorat fit-Teoloġija. Fl-1909, Gonzi mar jistudja fl-Università Gregorjana ta' Ruma, mnejn ġab id-Dottorat fil-Liġi Kanonika.

Attenda wkoll l-Istitut Bibbliku. Meta fl-1912 ġie lura Malta, beda jgħallem l-Iskrittura fis-Seminarju u iktar tard il-Liġi Kanonika. Fl-1922 beda jgħallem l-Ebrajk u l-Iskrittura fl-Università ta' Malta. Bħala saċerdot żagħżugħ, Dun Mikiel Gonzi ħadem fil-parroċċa tal-Kalkara. Kien ukoll Rettur tal-Iskola ta' San Pawl, il-Belt Valletta, u Direttur Spiritwali għall-Iskejjel tal-Gvern.

Matul l-Ewwel Gwerra Dinnija kien Kappillan Militari fl-Isptar tal-Imtarfa. Fl-1919 sar Defensor Vinculi, avukat fil-kawżi ta' żwiġijiet.

Fi żmien meta s-saċerdoti kienu mħajra jieħdu sehem attiv fix-xena politika, Dun Mikiel Gonzi daħal membru tal-Partit Laburista li kien għadu kif twaqqaf fil-15 ta' Mejju 1921, u kien jissejjaħ La Camera del Lavoro. Mal-Partit Nazzjonalista kien hemm Mons. Dandria u Mons. Panzavecchia.

Probabbilment kienu ħajruh is-Sur Fons u l-Kurunell William Savona. Wara li mar ħa parir mingħand l-Isqof Mauro Caruana, dan qallu: Mhux intik parir – nobbligak... biex ikun hemm bniedem ekkleżjastiku fil-Kumitat... Mur, nobbligak.

Huwa attenda l-Kumitat Ġenerali tal-Partit Laburista għall-ewwel darba fis-7 ta' Ottubru 1921 u ħareġ kandidat għas-Senat fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1921. Kien hemm kandidat ieħor għamillu kawża għax qal li Gonzi ma kellux età biżżejjed biex joħroġ għas-Senat imma tilifha għax Gonzi kellu 35 sena.

"Imbagħad ġiet l-elezzjoni," jgħid Gonzi, "ifforma ruħu l-partit tal-Labour sewwa, kellhom nies jagħmlu unur lill-Partit, tant mill-punt di viżta politiku u wkoll reliġjuż." Il-Partit Laburista tella' 7 deputati fil-Kamra Leġislattiva u 2 senaturi, fosthom Alfons Maria Galea fuq l-Ewwel Distrett u Mikiel Gonzi fuq it-Tieni Distrett. Gonzi daħal fis-Senat fl-1 ta' Novembru u għamel biss nofs il-leġislatura: tliet snin mis-sitta li seta' jagħmel (għax fl-1924 sar Isqof t'Għawdex). L-ewwel liġi li għaddew kien The Religion of Malta Declaration Act. Gonzi jgħid li fiż-żmien li kien fis-Senat inkoraġixxa l-istudju tal-ilsien Malti, xi ħaġa li kienet fil-Programm Elettorali tal-Partit Laburista.

Fl-1922, l-Isqof Mawru Caruana ħatru segretarju privat tiegħu. Lejn nofs is-sena 1924 irriżenja mis-Senat u sar il-ħames Isqof t’ Għawdex. Dam dsatax-il sena f'din il-kariga sakemm fl-1943 inħatar Isqof ko-adjatur ta' Malta. Fl-eqqel tat-tieni Gwerra Dinjija, l-Isqof Gonzi għen ħafna biex tittaffa l-problema tal-ġuħ minħabba n-nuqqas ta' qamħ f'Malta, li seta' jwassal biex Malta ċċedi. F'laqgħa sigrieta nhar il-5 ta’ Lulju 1942, li sejjaħ il-Gvernatur Lord Gort kien hemm preżenti l-Isqof Gonzi Gonzi serva bħala Isqof ta’ Għawdex u mbagħad sar Arċisqof fl-1944 meta Malta ġiet elevata għal Arċidjoċesi.

Kien strumentali biex jgħin lill-familji mingħajr abitazzjonijiet diċenti biex isibu djar tajbin. Huwa kkummissjona l-bini ta’ appartamenti għall-familji u kien ukoll il-mutur wara l-bini ta’ ħafna knejjes speċjalment dik fil-Kalkara. Gonzi rriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Arċisqof ta’ Malta fl-1978 biex imissu Ġużeppi Mercieca. Gonzi inħoloq Kavallier Kmandant tal-Ordni tal-Imperu Brittaniku, li jintitolah ikun magħruf bħala Sir Michael Gonzi, fl-Unuri tas-Sena l-Ġdida tal-1946. Waqt li tgħaddi minn triq l-Arċisqof Mikiel Gonzi fil-Birgu, wieħed għadu jista’ jara d-dar fejn twieled (faċċata tas-sala L-Armerija/ Kavallieri). Fl-1949, fl-okkażjoni tal-ġublew tal-fidda tal-konsagrazzjoni tiegħu bħala Isqof, il-Papa Piju XII għamillu Assistent fit-Tron Pontifikali u ħalaqlu Konti Papali għall-opri tiegħu f’isem il-Papat. Fl-istess sena ingħata LL.D onorarju. grad mill-Università ta’ Malta.

Monsinjur Mikiel Gonzi kien miet fit-22 ta’ Jannar, 1998.