Marvic Farrugia

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Maria Victoria (Marvic) Farrugia twieldet San Ġiljan fil-31 ta’ Jannar, 1951. Waħda minn l-ulied tal-koppja Victor Farrugia u Josephine nee’ Polidano hija mużiċista.

Ta’ ħames snin Marvic kienet studenta fis-skola ta żfin ta is-Sinjura Lina Perry f’San Gillian. Ta’ tifla kienet Marvic kienet attiva ħafna.

Għalkemm is-snin li għamlet tiżfen il ‘ballet’ kienu ta’ esperjenza sabiħa, ta’ disa’ snin, meta il-familja jindunaw li għanda widna għal mużika, waqfet iż-żfin u ikkonċentrat fuq il-pjanu li wassalha biex tikkwalifika mill-London Trinty College of Music f’Malta.

Ta tfajla kienet iddoqq ukoll il kitarra ma xi dilettanti fil Teens and Twenties Talent Trust. Din l’organizzazzjoni kienet tinkoraġġixxi iz-żgħażagħ biex itellgħu programmi tad-drama, żfin u mużika f’avvenimenti f’l-okkażjonijiet bħal Teatru Astra f’Għawdex, l-Istitut Kattoliku fil-Floriana fost postijiet oħra, fejn ma xi mużiċista jew tnejn kienet iddoqq u tkanta. B’vuċi ħelwa kienet ukoll tipparteċipa fil-Kor tan-Nazzarenu għal numru ta snin.

Marvic wirtet it-talent mhux bis tal-mużika imma ukoll ta’ tgħalliem minn għand il-Bużnannu tagħha, is-surmast Antonio Micallef. L-istudenti tal-pjanu kollha kienu jgħaddu tajjeb u xi ftit minn dawk li għamlithom il kitarra iffurmaw baned u għadhom idoqqu sal-lum.

B’dan kollu Marvic ma kienetx kuntenta u aktar tard fil-karriera tagħha applikat għal kors ta ‘recording’ inġinier u produzzjoni tal-mużika. Imtella’ dejjem f’atmosfera ta’ teatru u mużika, Marvic għamlet xi snin taħdem ‘Camera Logger’, ma il-kumpanija tal-produzzjoni Bonaci Media Entertainment li tellgħu serji televiżivi bħal ‘Ipokriti’ u ‘One Star Hotel’.

Marvic kienet wkoll dilettanta tal-fotografija sa minn xbubita u wara xi snin taħdem ma Bonaci Media Entertainment ġiet offruta parti ta fotografu uffiċjali tal-grupp ta drama ‘Nonsuch Players’ fejn ġiet ukoll involuta fil-produzzjoni u id-dwal meħtieġ fit-teatri u lokazzjonijiet oħra. ‘Nonsuch Players’ kienu jipproduċu siegħa drama meħuda minn letteratura popolari ħafna drabi umoristiku biex jiġbru fondi li ingħataw lil xi karità jew oħra.

Illum Marvic irtirata imma bi pjanu ‘grand’ u ieħor elettroniku, xi żewġ kitarri, Ud, u istrumenti oħra fil-kamra tal-mużika fid-dar tagħha, titfa idejha għal xi biċċa mużika li t’irrekordja għal xi okkażjoni jew oħra. Preżentement, għadha tipparteċipa ukoll f’Kor tas-Salesiani ta’ Don Bosco f’tas-Sliema.