Mario Testa

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.
Mro. Mario Testa

Mro. Mario Testa (Dip.Mus.in Bb Tuba. A.T.C.L.) twieled fl-isptar Santa Katarina f'Ħ'Attard nħar is-7 ta' Awwissu fl-1970, iben Joseph u M'Dolores nee' Bonello t-tnejn minn Ħal-Qormi. Huwa beda l-edukazzjoni tiegħu skolastika għand is-sorijiet ta' Santa Monica, wara attenda Saint Albert il-Belt Valletta u għamel is-sekondarja fis-Saint Michael School tas-Soċjeta' tad-duttrina tal-Museum.

Fl-1991 iżżewweġ lil Silvana nee' Camilleri u għandhom tlett it-tfal Rowena, Jean Paul u Giorgio. Ta' seba snin beda jistudja l-mużika fil-każin ta’ Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri. Meta kellu għaxar snin reġa beda jattendi għal-lezzjonijiet għand is-surmast Archibald Mizzi. Nħar il-Ħadd 2 ta' Ġunju 1984 Mario Testa ħareġ idoqq għall-ewwel darba mall-Banda San Ġorġ Martri ta' Ħal-Qormi bl-isturment Althorn fil-festa tat-Trinita' Qaddisa ġewwa Il-Marsa.

Mario Testa studja t-teorija għand il-professur Charles E.Zammit ta' Ħal-Luqa, fejn għamel bosta eżamijiet tar-Royal Schools u tal-London College of Music. Fl-1989 daħal membru fil-Banda tal-Forzi Armati ta Malta fejn beda jdoqq il-baxx. Huwa kompla l-istudju fil-prattika għand is-surmast Paul Borg tal-Ħamrun. Mario Testa huwa wieħed mill-aqwa baxxisti ta' pajjiżna. Kompla l-istudju tiegħu fl-armonija u l-kontra punt għand is-surmast Raymond Sciberras. Fl-20 ta' Jannar tas-sena 2000 huwa ġie onorat bid-diploma fil-baxx mill-Universita tal-Euro University for Higher Education ta' Niue, mill-Kanċillier ta' l-Akkademja F.C. Parsons. Fis-26 ta' Lulju tas-sena 2003 huwa reġa ġie Onorat b'Diploma oħra, il-Fellow fil-mużika mill-istess Universita ta' Niue. Fil-preżent huwa jifforma parti mill-Corp of Drums tal-Forżi Armati ta' Malta.

Mro.Mario Testa ġie mistieden idoqq ma' l-Orkestra ta' Firenze, ma' l-Orkesrta ta' Ateni u ma' l-Orkestra tal-provinċja ta' Milan. Ħa sehem ukoll f'diversi opri li jiġu mtellgħin f'Għawdex, għamel ħames snin part-timer mal-Orkestra Nazzjonali bħala baxx solista, daqq taħt diversi diretturi kemm Maltin u barranin fosthom mal-Professur Michael Laus, Professur Joseph Vella, Dr Dion Buhagiar u oħrajn.

Ħa sehem fl-Orotorju Paulus ta' Mendilson ma' direttur Germaniz fil-Konkatidral ta' San Ġwann. Ġie mistieden jidderieġi l-banda taż-żgħażagħ minn fost ħafna diretturi li applikaw sabiex jidderiegu meta ġie l-mużiċista mondjali Bob Child ġewwa il-Corinthia Hotel Ħ'Attard.

Fis-sena 2000 u fl-2002 huwa mar Bremen il-Germanja flimkien mall-banda tal-Forzi Armati ta' Malta għall-Festival tal-Baned Militari. Fl-2003 żar Modena fl-Italja jirraprezenta lil Malta f'Military Tattoo ieħor, fl-2007 flimkien mall-Banda tal-Forzi Armati Ta' Malta attenda festival ġewwa Brussels fil-Belgjum u f'Mejju wkoll attendew Military Tattoo ieħor ġewwa St. Petersburg ir-Russja fejn ħa esperjenza ma' ħafna mużiċisti u diretturi militari madwar id-dinja. F'Lulju ta' l-2008 żar ukoll Ċetona u Montepulciano f'Toscana fejn daqq ma ħames perkussjonisti fosthom professur, żewġ għalliema f'konservatorju u żewġ studenti.

Ta' kull sena nisimgħu kompożizzjonijiet ta’ Mario Testa bħal marċi funebri, marċi brijużi, innijiet ta' baned u anke mużika serja jew klassika fost ħafna arranġamenti li jiġi mitlub jagħmel lill xi kantanti kemm pop kif ukoll klassiċi. Qed ikollui suċċess anke fid-direzzjoni għall-mod klassiku kif jidderieġi l-programmi mużikali.

Is-surmast Mario Testa kellu bosta responsabbiltajiet ma' diversi baned Maltin. Beda bħala assistent surmast mal-baned tal-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura),Soċjeta Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880 ta' Ħal-Luqa; Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola A.D 1990 ta’ Raħal Ġdid; Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri f’Ħal-Qormi fejn ukoll waqqaf personalment is-Saint George's Festival Brass Band. Dam jokkupa l-kariga ta' Surmast Direttur mill-2002 sa ma rriżenja f'Novembru tal-2007; Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. f'iż-Żurrieq. Minn Settembru 2011 sar direttur Mużikali ta’ Għaqda Mużikali Santa Marija - Qrendi.

Kien surmast fundatur mal-Banda Għaqda Soċjali u Mużikali Kristu Re ta' Raħal Ġdid ukoll. Kien surmast direttur mal-baned Soċjeta Mużikali La Stella Levantina A.D. 1984 ta’ Ħad-Attard u Soċjeta Mużikali Banda Marija Reġina tal-Marsa.

Is-Surmast Mario Testa xandar diversi programm mużikali fuq lis-stażżjon tar-Radju Leħen il-Belt Ġorġjana li xandra mill-Kolleġajta ta’ San Ġorġ f’Ħal-Qormi. Apprti san huwa għalliem ta' ħafna bandisti, li jressaq ukoll għall-eżamijiet tal-London School of Music u Royal Schools, tant li qiegħed jigi rikonoxxut ma' dawn l-iskejjel għaliex l-istess studenti tiegħu qiegħdin jiksbu rizultati tajbin ħafna fosthom anke distinction li hija waħda mill-għola marki f'dawn l-eżamijiet.

Fl-2021 kien maħtur bħala l-ewwel Surmast tal-Banda iffurmata ġdida f'tal-Pietà b'isem ta' Soċjetà Filarmonika Madonna ta' Fatima.