Mario Micallef (bassoonist)

From M3P
Revision as of 03:24, 7 January 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Mario Micallef (bassoonist))
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Mario Micallef

Mario Micallef Twieled fit-13 t' April 1953. Meta kien l-iskola primarja ta’ Ħaż-Żabbar kien jiġi Mro. Joseph Vella jagħllem l-mużika u fist l-oħrajn kien jagħallimhom l-istrument Recorder dak li kien magħruf bħala Flauto Dolce mat-Taljani. Mario flimkien ma’ tifel ieħor kienu idoqqu strument tipo ta flawt, l-Innu Malti kull filgħodu waqt l-assembly fil-bitħa.

Fl-1965 Mario beda jitgħallem il-banda (l-Althorn) mal-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae, Żabbar ma' Mro. Paul Buttigieg.

Beda idoqq mal-banda tal-Grazzja sena wara fl-1966. Sadattant kompla jistudja strumenti oħra bħal kitarra akustika, il-kurunetta li tixbaħ ħafna l-Althorn, u slide Trombone, (kollox waħdu).

Fl-1971 ingħaqad mas-Società Filarmonica Nazionale La Valette fejn kien hemm is-Surmast Joseph Sammut li nżerta kien ukoll is-surmast tal-Orkestra tal-Manoel kif kienet magħrufa dak iż-żmien. Dan kien semgħu jdoqq u għoġobu ferm. U darba fost l-oħrajn kien issuġġerielu biex jibda mmur mal-Orkestra bl-Althorn. Mario din kien raha kemm xejn stramba peress li l-Althorn mhux strument tal-orkestra, imma mar u beda jdoqq partijiet tal-Kornu.

Aktar tard kien issuġġeriet lilu, biex jibda jitgħallem il-Fagott peress li dak iż-żmien anqas Archibald Mizzi ma kien għadu beda jdoqq hemm. Mario kien aċċetta u kompla jieħu il- lezzjonijiet mas-Surmast Sammut stess, peress li hu qabel sar Surmast kien idoqqu. Kien hemm perjodu li Archibald Mizzi waqaf u l-orchestra kienet bla fagotista, u maż-żmien spiċċat bit-tnejn meta kien daħal Mario u reġa irritorna Archibald Mizzi.

Fl-1974 - 1975 kien beda jaħdem part timer mal-orkestra bil-fagott. Sadattant fl-1975 fetħet l-iskola tal-Mużika li kienet immexxija minn tlett Awstrijaċi. Għamilt tlett snin sħaħ jistudja hemm bħala full time student. Esperjenza sabiħa ħafna li ħadet madwar tlett snin sakemm kien hemm l-Awstrijaċi, u kompliet ftit wara sa 1981, b'kollox sitt snin. F' Jannar 1981 kien ġie impjegat full-time mal-orkestra bħala fagottisa. Dak iż-żmien kienu żewġ fagottisti Maltin, Mario u Archibald Mizzi sakemm spiċċjaw it-tnejn bil-penzjoni.

Mario Micallef

F'Ottubru 1981 ħa scholarship tal-Gvern Taljan u mar jistudja l-fagott fil-konservatorju Luigi Cherubini ta' Firenze sa Lulju 1982. Esperjenza oħra sabiħa mmens. Kellu diversi esperjenzi kbar bħala Mużiċist mal-Orchestra Nazzjonali fosthom, isemmi il-kunċerti ta’ Joseph Calleja, fejn kien mistieden wkoll Claudio Baglioni. Baqa indoqq mal-Orkestra u ma' La Vallette (anki bl-Althorn għal xi żmien) sal-2015 meta ħareġ bil-penzjoni.

F’dan il-perjodu ma’ l-orkestra anki daqq f'Opri kollha li ta' kull sena saru f’Għawdex, u mhux l-ewwel darba li marru lejn Għawdex f’maltemp w irritornaw lura lejn Malta anki f’maltemp.

llum għadu ma' waqaftx idoqq, imma bil-fagott biss. Ġieli daqq f’xi kunċerti mal-baned lokali imma l-aktar ma' orkestri privati bħal St. Paul's Orchestra taħt id-direżżjoni ta' Mro. Mark Agius apparti li hu membru regolari tal-Cappella Diacono taż-Żejtun taħt Mro. Raymond Sciberras. Kien għamel staġun sħieħ indoqq fil-knejjes speċjalment fil-pontifikali fil-festi mal-Cappela. Naturalment fis-sena 2020 minħabba l-Covid tħassru ħafna festi u ma’ tantx kien wisq involute f’daqq.

Mario apparti li kien idoqq, kien anki għamel żmien jgħallem il-brass kemm mas-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae, Żabbar u anki mas-Soċjeta’ Filarmonica Nazionale La Valette wkoll. Apparti li kien idoqq il-kitarra ma’ beat grupp f’diversi lukandi u tiġijiet mal-band The Music Lovers f’perjodu ta’ madwar tnax il-sena.