Difference between revisions of "MARA"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Included Page: MARA)
 
(Arranged Page: MARA)
(2 intermediate revisions by the same user not shown)
Line 1: Line 1:
{{cleanup}}
{{cleanup}}
{{stub}}   
{{stub}}   
|-
{{MT}}
Il-grupp '''MARA''' kien iffurmat f' Settembru, 2021. Huwa ffurmat minn 5 tfajliet: [[Annabelle Vella]], [[Ruth Portelli]], [[Maria Spiteri]], [[Rachel Lowell]] u [[Alexia Farrugia]], li ġie ffurmat proprju bil-għan li jwassal messaġġ ta’ ferħ u pożittività permezz tal-kanzunetta bil-Malti, il-lingwa materna.


Il-membri ta’ dan il-grupp huma kollha mħarrġa bħala solisti. Tant hu hekk li bejniethom pparteċipaw f’xejn anqas minn 25 festival b’materjal oriġinali, inklużi: il-[[Malta Eurosong]], [[L-Għanja tal-Poplu]] kif ukoll il-[[Konkors Kanzunetta Indipendenza]], li fih Annabelle, Maria, Rachel u Ruth kisbu suċċess fis-snin 2009, 2018, 2019 u 2020.


Alexia, iż-żgħira fost il-grupp, hija pjuttost ġdida għax-xena tal-mużika iżda titħarreġ fil-vuċi taħt il-gwida t’Annabelle, allura tistgħu taħsbu kemm hi eċitata li ħa tkun qiegħda tkanta fuq palk daqstant grandjuż magħha!


Fis-sena 2022, huma waslu sal-finali ta’ [[Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija]] bis-silta “Aħjar Hekk Inkella Agħar”, u spiċċaw fir-4 post, kif ukoll it-3 post bil-vot tal-pubbliku. Segwew din l-avventura b’parteċipazzjoni oħra. Din id-darba fil-festival L-Għanja tal-Poplu bis-silta “Ħelu Manna” li klassifikat fit-3 post. Iż-żewġ siltiet kellhom lirika ta’ [[Emil Calleja Bayliss]] u mużika ta’ [[Philip Vella]].
Bejn dawn iż-żewġ parteċipazzjonijiet ta’ suċċess, il-grupp MARA nieda wkoll verżjoni tiegħu tas-silta “X’Jimpurtani”, kanzunetta fuq lirika ta’ [[Joe M. Farrugia]] u mużika ta’ Philip Vella li oriġinarjament ġiet ippubblikata lura fl-1995. Rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu 27 sena ilu, il-grupp MARA tawha libsa ġdida u reġgħu ġeddew il-memorji tal-interpretazzjoni li taw ma’ Philip Vella waqt it-tieni serata ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija, dik tal-klassiċi. Din niżlet għasel man-nies fis-sala, tant li wieħed faċli jisma’ ċ-ċapċip tul is-silta kollha.


{{DEFAULTSORT:MARA}}
{{DEFAULTSORT:MARA}}
[[Category:A-Z of the Malta Music Scene]]
[[Category:A-Z of the Malta Music Scene]]

Revision as of 15:54, 12 August 2022

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Il-grupp MARA kien iffurmat f' Settembru, 2021. Huwa ffurmat minn 5 tfajliet: Annabelle Vella, Ruth Portelli, Maria Spiteri, Rachel Lowell u Alexia Farrugia, li ġie ffurmat proprju bil-għan li jwassal messaġġ ta’ ferħ u pożittività permezz tal-kanzunetta bil-Malti, il-lingwa materna.

Il-membri ta’ dan il-grupp huma kollha mħarrġa bħala solisti. Tant hu hekk li bejniethom pparteċipaw f’xejn anqas minn 25 festival b’materjal oriġinali, inklużi: il-Malta Eurosong, L-Għanja tal-Poplu kif ukoll il-Konkors Kanzunetta Indipendenza, li fih Annabelle, Maria, Rachel u Ruth kisbu suċċess fis-snin 2009, 2018, 2019 u 2020.

Alexia, iż-żgħira fost il-grupp, hija pjuttost ġdida għax-xena tal-mużika iżda titħarreġ fil-vuċi taħt il-gwida t’Annabelle, allura tistgħu taħsbu kemm hi eċitata li ħa tkun qiegħda tkanta fuq palk daqstant grandjuż magħha!

Fis-sena 2022, huma waslu sal-finali ta’ Mużika Mużika - Festival Kanzunetta Maltija bis-silta “Aħjar Hekk Inkella Agħar”, u spiċċaw fir-4 post, kif ukoll it-3 post bil-vot tal-pubbliku. Segwew din l-avventura b’parteċipazzjoni oħra. Din id-darba fil-festival L-Għanja tal-Poplu bis-silta “Ħelu Manna” li klassifikat fit-3 post. Iż-żewġ siltiet kellhom lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Philip Vella.

Bejn dawn iż-żewġ parteċipazzjonijiet ta’ suċċess, il-grupp MARA nieda wkoll verżjoni tiegħu tas-silta “X’Jimpurtani”, kanzunetta fuq lirika ta’ Joe M. Farrugia u mużika ta’ Philip Vella li oriġinarjament ġiet ippubblikata lura fl-1995. Rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu 27 sena ilu, il-grupp MARA tawha libsa ġdida u reġgħu ġeddew il-memorji tal-interpretazzjoni li taw ma’ Philip Vella waqt it-tieni serata ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija, dik tal-klassiċi. Din niżlet għasel man-nies fis-sala, tant li wieħed faċli jisma’ ċ-ċapċip tul is-silta kollha.