Luigi Bongailas

From M3P
Revision as of 08:58, 26 February 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Luigi Bongailas)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Is-Surmast Luigi Bongailas twieled fi Frar ta' l-1911 ġewwa Ħaż-Żabbar. Kienu tlett subien aħwa w tifla. Wieħed minn ħutu s-subien, Manwel kien tilef ħajtu fl-aħħar gwerra.

Is-Surmast Bongailas beda l-karriera tiegħu mal-Banda tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar. Huħ Ġużeppi kien idoqq il-baxx ma' l-istess banda. L-ewwel strument li beda jdoqq Bongailas kien il-klarinett, iżda mbagħad bidel dan l-istrument u beda jdoqq is-Saxaphone Tenur.

L-ewwel tagħlim bdieħ taħt il-ħarsien ta' Mro. Carmelo Palma. Ta' 22 sena kien diġa' kiteb l-ewwel marċ. L-istudji tieghu fl-armonija kien bdiehom għand is-Surmast Abdilla. Flimkien ma' Bongailas kien hemm Jimmy Warrly Ii kien qed jieħu t-tagħlim tiegħu mingħand is-Surmast Abdilla wkoll. Is-Surmast Bongailas u s-Surmast Warrly kienu saru ħbieb kbar, tant Ii meta Bong kien spiċċa ltim u ma setax ikompli bl-istudji tiegħu fl-armonija minħabba nuqqas ta' finanzi, Warrly kien jgħaddi l-lezzjonijiet Ii kien jieħu hu lil Bongailas biex b'hekk seta' jkompli fl-armonija.

Fl-1962, il-Banda tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar kellha lil Surmast Adeodato Gatt ta' Ħaż-Żebbuġ bħala s-surmast tagħha. Ġara Ii minħabba raġuni ta' saħħa, s-Surmast Gatt ma’ setax ikompli f' dik il-kariga. Għalhekk l-għażla tal-kumitat tal-Banda San Mikiel waqgħet fuq il-persuna Ii rawmet hija stess, jiġifieri s-sassofonista Luigi Bongailas. Bongailas dam f'din il-kariga mill-1962 sa l-1978, meta kellu jħalli din il-kariga minħabba raġuni ta' saħħa għalkemm kien ikun dejjem preżenti fil-każin. Kemm dam surmast direttur tal- Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar, Ii tista' tgħid Ii kienet l-unika banda Ii kellu taħt idejh, ikkompona għadd kbir ta' marċi brijużi u popolari Ii bosta għadhom jindaqqu sal-ġurnata tal-lum flimkien ma' marċi funebri.

L-Innu Marċ San Mikiel huwa wkoll kompozizzjoni tas-Surmast Bongailas. L-innu għadu jferraħ liż-Żabbarin sal-ġurnata tal-lum. L-hena ta' Bongailas kienet il-kumpanija tal-ħbieb. Trid tara lil Luigi meta ġieli l-għada tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja flimkien ma' ħbiebu kien jorganizza banda żgħira u jitilgħu mill-lokal sajfi tax-Xgħajra sal-Kazin tal-Banda San Mikiel. Meta kien għadu bandist min jaf kemm il darba kien jorganizza Jazz Group ħalli jgawdu x-xalata.

La semmejna l-Jazz tajjeb li wieħed ikun jaf, li Luigi Bongailas kellu Jazz Group imfittex ħafna, tant li kien idoqq f' ħafna dances speċjalment f' dawk tal-Karnival kif ukoll kien idoqq f' ħafna ħwienet ġewwa I-Belt Valletta speċjalment fil- Vemon Club. Wieħed mill-ħbieb kbar Ii kellu kien il-Maġġur Anthony Aquilina, kompożitur ieħor imsemmi għall-marċi li kkompona.

Wieħed mill-isbaħ marċi li kiteb Bongailas proprju jismu Lill-ħabib tiegħi, il-Maġġur Anthony Aquilina. Mur għid lil Bongailas Ii hu u l-Maġġur kellhom jiġu msejħin mill-Mulej fl-istess sena. Meta spiċċa minn Surmast Direttur tal-Banda San Mikiel minħabba raġuni ta' saħħa, is-Soċjeta' kienet onorat lis-Surmast Bongailas billi ħatritu Surmast Onorarju. B 'hekk il-Banda San Mikiel onorat persuna Ii minn tfulitu sa mewtu għex ħajja fi ħdan din il-banda Żabbarija. Il-Mulej għoġbu jsejjaħ Iii Luigi Bongailas nħar il-21 ta' Jannar, 1985. Dakinħar Ħaż-Żabbar bl-Għaqdiet kollha tiegħu flimkien mal- Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar, kien ħareġ bi ħġaru biex jagħti l-aħħar tislima lil wieħed minn uliedu. Is-Surmast Luigi Bongailas m' għadux magħna iżda warajħ ħalla diversi marċi sbieħ brijuzi Ii kkompona u li bihom ferraħ tant Maltin kif ukoll Żabbarin li għaddhom jidgawdew sal-lum fl-gżejjer tagħna.