Luciano Apap

From M3P
Revision as of 05:42, 11 May 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Luciano Apap)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Luciano Apap kien l-ewwel iben tal-koppja Ġorġ u Vitor Apap, li kellhom tnax-il wild: sitt ibniet u sitt subien. Huwa twieled fl-Ħal-Qormi fit-22 ta’ Novembru tal-1941. Kien miżżewweġ lil Salvina u kellhom ħames ulied: żewġ subien u tlett ibniet.

Il-professjoni tiegħu kienet fil-qasam tat-telefonija u spiċċa l-karriera tiegħu bħala Officer in Charge, fl-exchange tal-Belt Valletta, mal-kumpanija Telemalta (kif kien jisimha dak iż-żmien il-kumpanija responsabbli biex daħħlet l-ewwel sistema tat-telefonija f’Malta).

Matul is-snin ħadem ħafna taħt l-art, fejn dak iż-żmien kienu jiġu mgħoddija l-cables. Kien ta’ spiss jgħid li taħt il-Belt Valletta hemm belt oħra. Meta saret il-laqgħa tas-Summit f’Malta fl-1989, bejn George H.W. Bush u Mikhail Gorbachev, Luciano kien involut fl-organizzazzjoni fl-arranġamenti telefoniċi.

Bħala żagħżugħ kien attiv ħafna fil-Kumpanija Teatrali Anici (1936), li dak iż-żmien kienet taħdem fi ħdan l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri. Kull ġimgħa kienu jittellgħu ħafna produzzjonijiet ta’ drammi, fares jew kummiedji fil-każin tal-istess għaqda jew fit-teatru tal-Oratorju Festiv Sagra Familja. Ħafna drabi Luciano kien jagħmel il-parti tas-suġġeritur (rwol importanti fuq il-palk dak iż-żmien). Huwa ħadem ukoll fuq ħafna xeni, li kienu jintużaw kemm fuq il-palk tal-każin, kif ukoll fil-konkorsi li kienu jsiru bejn l-għaqdiet teatrali Maltin. Ħafna minn dawn il-konkorsi saru fit-teatru tal-Oratorju Qalb bla Tebgħa ta’ Marija, l-Imġarr.

Ta’ età żgħira kien iħobb ħafna l-comics u kellu kollezzjoni ġmielha tagħhom. Beda jinvolvi ruħu fil-banda u kien bandist tal-istess Banda San Ġorġ Martri. ‘Luċjan’, kif ħafna kienu jsejħulu, kien perkussjonista mill-aqwa u kien idoqq strumenti bħall-katuba, il-platti, it-tamborlin u wara ċertu żmien kien idoqq ukoll it-timpani fil-knejjes, f’ħafna festi madwar Malta u Għawdex. Luciano serva f’bosta karigi fi ħdan l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, fost oħrajn bħala delegat tal-banda, membru fil-kumitat għal ħafna snin u snin minnhom serva wkoll bħala Segretarju. Kien ukoll jieħu ħsieb il-kor tat-tfal meta kienu jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Saħansitra kien jagħti għajnuna lill-kor parrokkjali b’diversi arranġamenti mużikali ta’ quddisiet u innijiet sagri u fil-preparazzjoni għad-daqq mal-orkestra waqt il-festa ta’ San Ġorġ.

Apparti l-palk u l-banda, Luċjan ħabb ħafna l-mużika u tista’ tgħid li għamel tliet kwarti ta’ ħajtu bħala kopjista mużikali, fejn ikkopja marċi ta’ bosta surmastrijiet u kompożituri Maltin. Biex wieħed japprezza dan ix-xogħol irid jifhem li kompożitur jew surmast ikun ikkompona biċċa mużika, fuq ktieb wieħed li jissejjaħ Score. F’dan il-ktieb ikun hemm miktub in-noti mużikali kollha li kull strument irid idoqq. Luċjan kien jikkopja dik il-biċċa mużika fuq partitura oħra għal kull strument tal-banda/orkestra, jiġifieri joħroġ il-partituri ta’ kulħadd. Biex jispjega din il-biċċa xogħol kollha, hu kien iħobb jissimplifika b’mod umoristiku għal meta n-nies kienu jistaqsuh x’qed jagħmel, ta’ spiss kien iweġibhom, “Qed inġelled in-nemel!” (b’referenza għan-noti tal-mużika miktubin f’dak iċ-ċokon).

Lejn l-aħħar snin Luċjan kien jippreżenta programm ta’ mużika Naplitana u operetti fuq ir-radju tal-Parroċċa, Leħen il-Belt Ġorġjana. Relatat max-xogħol tal-mużika Naplitana, huwa ħa ħsieb ħafna mill-arranġamenti mużikali li ġew esegwiti waqt il-produzzjonijiet bħal: Canta Napoli u operetti oħra li kienu ittellgħu mill-kumpanija teatrali, Valletta Dramatic Company immexxija minn George Micallef. Huwa kien idoqq ukoll il-mandolina (strument li jmur ħafna mal-mużika Naplitana).

Luċjan baqa’ jagħmel xogħol li għandu x’jaqsam mal-mużika sal-aħħar ta’ ħajtu. Fil-fatt kien għadu kif lesta l-aħħar biċċa xogħol ta’ mużika dik il-ġimgħa stess qabel ħalla din id-dinja fid-19 t’Awwissu tal-2020, fl-età ta’ 78 sena.