Luana Schembri

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Luana Schembri twieldet fit-18 ta’ April, 2005. Tgħix mal-ġenituri tagħha f'Iż-Żurrieq.

Dejjem kellha xewqa li tkanta, u ta’ 8 snin u nofs, bdiet titgħallem il-kant, meta bdiet tattendi La Voix Academy mmexxija minn Gillian Attard, l-għalliema huma [[Matt 'Muxu' Mercieca] ] u Mro. Joseph Chircop.

Id-debutt tagħha fil-festi lokali kien fl-2013 meta, wara tliet xhur ta’ tagħlim, ħadet sehem fil-Kompetizzjoni organizzata minn Erseb Production.

Wara kompliet tieħu sehem f’diversi Festivals oħra li jiġu organizzati minn żmien għal żmien bħal Erseb Production, Ally Gee Entertainment, Shine Singer Festival, organizzati minn DBS Productions,J & A Productions, Voices of the Future. u oħrajn fejn ġieli rebħet u kultant le, iżda dejjem ħadet gost tieħu sehem, u tieħu l-esperjenza.

Luana fl-età tenera tagħha, kellha okkażjoni tkanta barra minn Malta wkoll, meta ħadet sehem f’konkorsi fi Sqallija bħal Oltre Oceana, u Voci Del Sud, apparti minn hekk ħadet sehem ukoll fi programm televiżiv Tra Songio e realta li se jintwera fuq La 5 ta’ Novembru li ġej.

Fuq it-televiżjoni, ħadet sehem ukoll f’konkorsi meta fl-2015 ħadet sehem f’Festival Kalamita li ntwera fuq One TV, u f’Junior Voices 2015 li ntwera fuq F Living.

Fl-2018 bdiet tattendi fis-Singer Stage Academy immexxija minn ‘Kaya’ Priscilla Giordano Psaila.

Fit-22 ta’ Settembru kienet waħda mill-għoxrin finalista li ħadet sehem fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2023 bil-kanzunetta Naqta Linja b’lirika ta Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ ‘Kaya’ Priscilla Giordano Psaila.

Luana hija ħerqana li tkompli tistudja u titħarreġ fil-kant u tkompli tikseb esperjenza f’diversi konkorsi li jiġu organizzati.