Louis Galea

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Dr. Louis Galea

Dr. Louis Galea twieled L-Imqabba fis-sena 1948, iben il-Fundatur tal-Banda Re Ġorġ V. Guzeppi Galea. Fis-sena 1966 Louis Galea ġie maħtur bħala President tal-‘iStudents Catholic Guild’ fl-Università ta’ Malta. Sentejn wara, eżattament fis-sena 1968, bħala student kien wieħed mill-organizzaturi ewlenin tal-kampanja ‘Djar għall-Maltin’. Fis-sena 1971, ikkontesta għall-ewwel darba l-Elezzjoni Ġenerali, biss ma kienx ġie elett. Inħatar bħala President tas-Soċjetà fis-sena 1969 fejn dam f’din il-kariga sas-sena 1973. Huwa ġie maħtur bħala wieħed mill-Presidenti Onorarji tas-Soċjetà. Sa mis-sena 1976 Dr Louis Galea dejjem kien elett fl-Elezzjonijiet Ġenerali u eventwalment serva bħala l-ewwel Shadow Minister għas-Servizzi Soċjali u Xogħol, wara ġie maħtur Ministru tal-Politika Soċjali fis-sena 1987.

Fis-sena 1992 ġie mogħti t-tmexxija tal-Ministeru tal-Intern u Żvilupp Soċjali u fis-sena 1995 Ministru għall-Iżvilupp Soċjali. Bejn 1998 u 2003 Louis Galea serva bħala Ministru tal-Edukazzjoni u ħadem favur l-iżvilupp tal-potenzjal tal-poplu Malti fl-oqsma tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport u kien ikopri wkoll l-oqsma tat-taħriġ tul il-ħajja, politika dwar ix-Xjenza u t-Teknologija, Libreriji u Arkivji. Fis-sena 2008, l-Onorevoli Dr Louis Galea ġie maħtur bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Parlament filwaqt li fis-sena 2010 ġie nnominat sabiex iservi fil-Qrati tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.