Lorenzo Gonzi

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Lorenzo Gonzi jew kif kien ismu propju, Lawrence Joseph Mary Dominic Gonzi, kien it-tifel ta’ Giuseppe Gonzi u Margerita Tonna. Twieled il-Birgu fit-13 t’Awwissu 1887.

Tgħammed l-għada mill-Kan. Anthony Pace. Iżżewweġ lil Emilia Cauchi fil-knisja Parrokkjali ta'il-Kalkara fl-20 t’Awwissu 1912. Beda jitgħallem il-mużika minn età żgħira taħt Dun Pietru Pawl Galea u wara kompla fl-Istitut Mużikali ta’ Paolino Vassallo.

T’għaxar snin kien diġà jdoqq mal-Banda Prince of Wales tal-Birgu illum magħrufa bħala Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, u eventwalment laħaq pjanista, organista u anke Maestro di Cappella ta’ diversi parroċċi. Meta ħuh Mikiel Gonzi, li wara sar Arċisqof ta’ Malta, qaddes l-ewwel quddiesa tiegħu nhar is-27 ta’ Diċembru 1908, il-mużika kienet taħt id-direzzjoni tas-Mro. Lorenzo Gonzi.

Apparti li kien is-Surmast Direttur ta’ diversi baned Maltin, huwa waqqaf u dderieġa l-Banda tat-Tfal tar-Riformatorju Ċivili tal-Gvern. Fost il-ħafna xogħlijiet li ħalla Mro Gonzi lis-Soċjeta Filarmonika Maria Mater Gratiae, huwa jibqa’ mfakkar l-aktar bħala l-kompożitur tal-Innu Marċ Malta u Wliedha li żżanżan fl-1927 meta l-istatwa ta’ Malta Rebbieħa nħarġet għall-ewwel darba waqt il-Marċ tal-Aħħar Salve.

Is-Surmast Lorenzo Gonzi kien Surmast Direttur tal-Banda tas-Societa Filarmonika Maria Mater Gratiæ f’żewġ perjodi differenti fejn l-ewwel mexxeja lis-Soċjeta bejn 1908 u 1913 u wara reġa irritorna bejn 1918 u 1928.

Sadanittant peress li huwa kien dilettant u qrib is-Soċjeta tal-Banda Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja. U hemm anki kien imexxi Orchestra, wara l-1914 kien ħalla din il-banda, u reġa irritorna mas-Societa Filarmonika Maria Mater Gratiæ fejn idderiġa mill-1918 u 1928. F’istess waqt bejn l-1919 u s-sena 1934 kien wkoll, il-President ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja.

Mro Lorenzo Gonzi miet il-Kalkara fil-15 ta’ Lulju 1934..