Lino Farrugia Sacco

From M3P
Revision as of 07:53, 20 November 2020 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Lino Farrugia Sacco)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

L-Imħallef Lino Farrugia Sacco twieled il-Ħamrun fit-22 ta' Awwissu, 1949 iben Anthony u Imelda nee’ Sacco. Attenda skola tal-Gvern, u wara 1-kulleġġ ta' San Albert. Ta' 16-il sena daħal l-Universita ta’ Malta, u ta' 19 il-sena ħa 1-B.A. fl-Ekonomija, 1-Ingliz, u t-Taljan. Tliet snin wara sar Nutar, u sena wara sar Avukat. Ħadem ta' Avukat għal seba' snin u nofs kemm fil-kamp civili kif ukoll f'dak tal-kriminal.

Fil-5 ta' Ġunju, 1981 sar Magistrat u fil-15 ta' Mejju, 1997 sar Imħallef. Bhala Maġistrat ħadem 1-aktar fil-libelli, appelli ta' Għawdex, kumpilazzjonijiet, kawżi ċivili, u distretti, waqt li bħala mħallef ħadem 1-aktar fil-Prim Awla inkluz Sede Kostituzzjonali.

Għal diversi drabi kien eżaminatur ta' studenti fil-Kors tal-Liġi fil-liġi kriminali u ċivili. Attenda seminars internazzjonali fil-liġi fosthom f' Salzburg 1-Awstrija, u rraprezenta lil Malta fuq il-Kunsill tal-Ewropa fuq il-kumitat dwar il-liġi kriminali.

Kien sar President tas-Soċjeta Mużikali San Ġużepp Ħamrun wara li fis-7 ta’Diċembru, 1993 kien irreżenja il-President ta’ qablu Harry Zammit Cordina u dam President sa sena 2005 fejn warajh kien kompla ibnu Dr. David Farrugia Sacco LL.D.

Tu1 il-presidenza tiegħu fis-Soċjeta naħdem ħafna bħal ta' qablu biex jitjiebu r-relażżjonijiet ma1-Għaqda ta1-Muzika San Gejtanu, kien ngħata Ġieħ il-Ħamrun. Kien invo1ut ukoll f'kumitati tal-isports u kien President ta1-Kumitat Olimpiku Malti bejn 1-1996 u 1-2013.

Hu residenti Ta' Xbiex u ġie onorat billi ngħata Ġieħ Ta' Xbiex.

Kien miżżewweġ li1 Susan nee’ Laiviera u kellhom żewġt itfa1: David u Steven.