Leonard Farrugia

From M3P
Revision as of 16:29, 23 October 2020 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Leonard Farrugia)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

File:Leonard Farrugia.jpg
Leonard Farrugia

Leonard Farrugia bla dubju jibqa’ mfakkar fi ħdan is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba bħala wieħed mill-pijuniera ewlenin li ħadem bla heda sabiex is-Soċjetà biex tibqa miexja ‘l quddiem fil-qasam mużikali. Nardu, kif kien l-aktar magħruf mad-direġenti, serva bħala bandist tista tgħid sa mill-ewwel snin tal-banda, u baqa sa ftit żmien qabel ħalliena. Żgur li Nardu ma’ waqafx idoqq għax ried hu. Ċertament kienet saħħtu li waqqfitu. Dan kienet tixhdu l-bixra mdejjqa ta’ wiċċu kull meta kien jisma l-banda waqt il-kunċert u hu ma setax idoqq. Nardu kien ukoll Assistent Surmast tal-Banda Re Ġorġ V, u mexxa għal ħafna snin l-iskola tal-mużika tas-Soċjetà.

Leonard twieled nhar is-26 ta’ Lulju 1931 u kien iben Joseph u Marija Regina, xebba Scicluna.

Iżżewweġ lil martu Mansi nħar is-6 ta’ Novembru 1956. Kellhom erba’ t’itfal: Joseph, Gina, Mario u Susan. Ħadem għal aktar minn 30 sena mad-Dipartiment tal-Posta. Kien raġel iddedikat ferm lejn il-familja tant li kien lest jagħmel kull sagrifiċċju meħtieġ. Wara ġurnata xogħol il-posta, kont tarah jibqa’ sejjer ikompli jaħdem xi xogħol fil-ġebel u mbagħad filgħaxija jmur idoqq f’xi tieġ.

Tgħallem idoqq il-kurunetta l-Ħamrun għand Mro. Twanny Chircop, li jiġi ħu t-tenur ta’ fama mondjali, Oreste. Matul il-karriera mużikali tiegħu tista’ tgħid li daqq mal-baned kollha Maltin. Kien ukoll imfittex biex idoqq mal-orkestra fil-knejjes. Fil-Ġimgħa l-Kbira, ġeneralment kien idoqq ġewwa Ħal Għaxaq u Iż-Żejtun. Jiem ta’ mpenn mużikali għal Nardu kienu jkunu żgur dawk tal-Karnival. Allegra wkoll ħafna nies waqt għadd ta’ tiġijiet, flimkien mal-orkestri ta’ Jimmy Dowling u Julio Tanti. Pero l-aktar għall-qalb Nardu kienet bla dubju l-Banda Re Ġorġ V u warajha l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria ta’ Iż-Żurrieq, fejn għamel ħafna snin idoqq Kurunetta Solista. Il-mużika kien jeħodha b’serjetà kbira. Daqq saħansitra barra minn Malta, ġewwa l-Awstralja fost l-emigranti Maltin. L-arti u l-mużika kienu ġo qalb Nardu.

Fi ħdan is-Soċjetà tista’ tgħid involva ruħu f’ kull qasam. Kien fil-kumitat fejn serva anke bħala President u aktar tard President Onorarju. Fiż-żogħżija tiegħu kien membru tal-Għaqda tan-Nar. Kien ukoll jagħmel parti attiva mal-grupp teatrali Aurora. Min jaf kemm daqq il-kurunetta waqt it-teatrin u min jaf kemm organizza kompetizzjonijiet tal-kant ġewwa s-sala prinċipali tal-każin.

Pero l-aktar ħaġa għall-qalbu fis-Soċjetà kienet bla dubju l-Banda: t-tieni familja tiegħu kienet tista’ tgħid li hi l-Banda. Nardu regolarment kien jisħaq li: Il-Każin huwa tal-Banda. Għalhekk fil-Każin il-mużika għandu jkollha l-ewwel prijorità. Il-Banda għandha tkun is-Sinsla tas-Soċjetà. Nardu sal-aħħar mumenti ta’ ħajtu kien jemmen li: Jekk għandek għal qalbek il-ġid tas-Soċjetà ridt tibni pedament sod għall-Banda, permezz tat-tagħlim kontinwu u r-rispett tal-bandisti tal-post. Kien spiss jgħid: “Daqs kemm iħoss bandist tal-post għall-banda tiegħu, ma jista’ jħoss l-ebda bandist ieħor li jkun qed jiġi maqlugħ bil-flus”. Nardu kien jaf dan mill-esperjenza tiegħu mal-baned. Bandist tal-post mgħallem sew mużikalment iżda li jkollu fil-vini tiegħu jiġri d-demm ta’ Mqabbi ġej minn familja li dejjem kienet qrib il-każin u l-festa ta’ Santa Marija tagħmel id-differenza kollha. Nardu dejjem saħaq li l-banda tkun mibnija madwar l-element Imqabbi. Fit-trufijiet dejjem ried li jkun hemm bandisti Mqabbin!!

Nardu ħadem ħafna biex il-banda tibqa ħajja b’mod speċjali wara li ħafna mill-bandisti emigraw fis-snin sittin. Kien jemmen ħafna fit-tagħlim u nistgħu ngħidu li fis-Soċjetà żera ċertu mħabba u fl-istess ħin dixxiplina sabiex dak kollu li għandu x’jaqsam mal-banda jittieħed bl-akbar serjetà. Minbarra dan, kellu wkoll pinna mużikali tajba u l-melodiji li kien juża fil-marċi li kkompona kienu tiegħu biss! Jekk l-Innu Marċ Marija Assunta huwa t-timbru ta’ Nardu bħala kompożitur tal-marċi tal-widna, il-marċ Funebri tiegħu “Tislima” juri s-sensittività mużikali kbira li kellu.

Nardu baqa’ jħobb il-banda sa l-aħħar nifs ta’ ħajtu. Minħabba saħħtu kellu kontra qalbu jieqaf idoqq. Pero xorta waħda baqa’ jinżel il-każin għall-kunċert. Ma kienx joqgħod mingħajr ma’ jara kif inhi sejra l-banda. Kien ħa gost ħafna meta sar jaf li l-banda kienet ser issiefer l-Italja. Ma kellux ix-xorti li jakkumpanjana lill-banda fl-Italja, għax kien miet ftit xhur biss qabel il-banda marret idoqqu l-Italja. Kien ikun żgur sodisfazzjon kbir għal Nardu kieku kellu jara l-banda tagħmel dak is-suċċess kbir internazzjonali f’Lulju tal-1996. Min jaf kemm kien jifraħ, u bir-raġun jitkabbar, li kieku fl-1998 kien għadu magħna meta primarjament bis-saħħa tal-banda li hu tant ħabb, is-Soċjetà kisbet l-unur prestiġġjuż u uniku, Les Étoiles d’Or du Jumelage. Mhux ta’ b’xejn li t-tifkiriet ta’ dan l-unur illum jinsabu ġewwa l-każin fis-sala tal-kunċerti tal-banda, merfugħa ħdejn il-kurunetta li Nardu daqq għal ħafna snin mas- Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba.