Lawrence V. Farrugia

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Lawrence V. Farrugia twieled fil-Birgu nħar it-22 ta’ Mejju, 1938. Iben Lorenzo u Lorenza nee’ Avellino, li kellhom sitt ulied Mary Anne, Joyce, Lorry, Joe, Charlie u Alfred li kien miet b’inċidenta ta’ ħdax il-sena.

Lorry jew kif aktar nafhuh Lawrence kien ħa’ l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ De La Salle, u wara kompla jistudja f’ Dockyard School. Fejn hemm għal bosta snin għamel il-ħidma tiegħu bħala apprentista u baqa javvanza sa General Manager, Fl-1990 ħass li kellu jagħmel bidla fix-xogħol tiegħu u kien mar ma’ Carmelo Caruana Co. Ltd. sakemm jirtirra bil-pensjoni.

Il-festa ta’ San Lawrenz minn dejjem kienet għal qalbu, kif kienet wkoll is-Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz, fejn nistgħu negħdu li iddedika diversi snin minn ħajtu għal festa ta’ San Lawrence u għal Birgu. Lawrence ma kien idoqq l-ebda strument, fis-snin sittin kien daħal fil-kumitat, fejn kien membru u wara okkupa il-karigi ta’ Segretarju, w anki dik ta’ President fejn dam 32 sena minn 1987 sa 2019.

Fil-fatt qabel ma’ laħaq President kien Segretarju kemm tal-każin tal-banda kif ukoll tal-Kumitat Festi Esterni. Kien ukoll f’kull kumitat ta’ festi speċjali li ġew organizzati mill-Parroċċa u anki fuq skala nazzjonali fejn kien fil-Kumitat organizzattiv tal-miġja tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1990.

Għal 32 sena mexxa din is-Soċjetà ewlenija mhux fil-Birgu biss imma f’pajjiżna. Persuna li ddedika ħajtu għal dak li għandu x’jaqsam ma’ San Lawrenz u l-Birgu.

Lorry Farrugia jibqa’ ukoll imfakkar bħala l-President tal-Għaqda Nazzjonali skola Każini tal-Banda liema kariga okkupaha għal xejn anqas minn 25 sena bejn 1987 u 2012 li fihom kompla fejn ħallew ta’ qablu biex jara li l-baned tradizzjonali tagħna, li ma hemmx dubbju huma wirt u patrimonju tagħna, jibqgħu relevanti għas-soċjetà inġenerali. Lorry kellu għan wieħed: dak li terġa’ tiddaħħal aktar serjetà kif tiġi ċċelebrata l-festa Maltija għaliex dejjem għaraf li l-eċċessi ma jagħmlu ġid u ġieh lil ħadd, aktar u aktar lil dawk li jwettquhom.

Valuri li jispikkaw f’Lorry kienu dawk li kien bniedem serju, dixxiplinat u ta’ prinċipju li qatt ma beża jesprimi l-opinjonijiet tiegħu. Kemm fis-Soċjeta Mużikali San Lawrenz kif ukoll fl-Għaqda Każini tal-Banda Lorry kien dejjem lest li jagħti l-pariri tiegħu b’onestà, b’raġunament oġġettiv u trasparenti. Ħaddieħor forsi wara li jtemm l-inkarigu tiegħu importanti li kellu jitlef l-interess f’dik l-għaqda. Iżda dan ma’ kienx il-każ anzi bil-kontra. Għax dejjem kien lest biex jinkoraggixxi u jgħin bil-pariri anki fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu. Għax l-imħabba tiegħu lejn l-Għaqdiet kienet waħda bla dimensjoni.

Għaliex minkejja li ma baqax jokkupa l-kariga ta’ President, Lorry kien dejjem lest li jagħti l-pariri tiegħu b’onestà, b’raġunament oġġettiv u trasparenti. Ħaddieħor forsi wara li jtemm l-inkarigu tiegħu importanti li kellu jitlef l-interess f’dik l-għaqda. Mhux Lorry, għaliex baqa’ jattendi l-laqgħat tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, u mhux biss jattendi imma aktar importanti kien jikkontribwixxi b’mod pożittiv għaliex hekk kien il-karattru tiegħu. Għandna ngħożżu u nżommu ħaj l-eżempju ta’ Lorry jekk verament irridu li din l-Għaqda u fuq kollox il-każini tagħna u l-festa Maltija jibqgħu relevanti fis-soċjetà Maltija.

Mat-telfa ta’ Lorry Farrugia, l-Għaqda Każini tal-Banda mhux biss tilfet persuna li serva bħala President għall-25 sena, imma aktar minn hekk tilfet persuna li verament ħabb lil din l-Għaqda, ħabb il-festa Maltija, ħabb dak kollu sabiħ marbut mal-fraternità bandistika Maltija, imma fuq kollox ħabb lis-soċjetà Maltija kemm fuq livell ta’ komunità, imma anke fuq livell nazzjonali.

Fit-2 ta’ Lulju, 1961 Lawrence kien iżżewweġ lill Edmea nee’ Pace. Minn dan iż-żwieġ kellhom żewġ ulied Stephanie imwieled fl-1962 u Simon Peter imwieled fl-1967 li huwa wkoll involut fis-Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz fejn daħal fil-Kumitat fl-1986 u serva f’diversi karigi l-aktar bħala delegat tal-banda, sakemm f’2015 inħatar Segretarju u għandu jokkupa din il-kariga. Apparti dan Simon Peter Farrugia nafhuh wkoll bħala ġurnalist sportiv karriera li bdieha fl-1991 waqt li fl-1994 ingħaqad mal-PBS.

Lawrence kellu imħabba kbira lejn San Lawrenz u lejn il-Madonna, ibnu Simon Peter jirrakonta, ‘kienu impressjonanti. Qatt ma’ nista’ nneħħi minn quddiem għajnejja ġurnata biss qabel ħalliena talabni flixkun birra. U jien dlonk ikkuntentajtu. Hekk kif xorob l-ammont li felaħ jixrob fetaħli jdejh u għajjat il-kliem tant sabiħ ta’ ‘Viva San Lawrenz’.

Din l-għajta ser tkun nieqsa minn issa l’hemm. Bħalma l-festi ser tkun differenti għal min kien viċin tiegħu. Imma nemmnu li għall-Festa ta’ Lorenzu, huwa ser ikun qed jiċċelebraha fl-aktar post adattat. Fil-post fejn kulħadd jixtieq imur. Fil-glorja tal-ġenna flimkien mad-Djaknu Lorenzu li tant ħadem sabiex il-poplu Vittoriosan ikabbar id-devozzjoni lejh.

Kien għalhekk xieraq li l-Banda Vittoriosana San Lawrenz issellem lil Lorry bid-daqq ta’ marċi funebri fi tmiem il-quddiesa presente cadavere li saret fil-Kolleġġjata. Iżda l-Birgu minkejja li kien imdejjaq bit-telfa ta’ wieħed minn uliedu kien f’arja ta’ festa jirringrazzja lil San Lawrenz talli rregalalna persuna bħal din. Kien għalhekk li anki kif kienet ix-xewqa tiegħu l-Banda daqqet il-famuż marċ ‘Ċentinarju’ magħruf aħjar bħala l-‘Letter A’ quddiem Palazzo Huesca. ‘Banda tagħna nwegħduk li ġo qalbna nżommuk.’ Dawn huma kliem tal-aħħar noti mużikali ta’ dan il-marċ. U aħna hekk ser nagħmlu. Inwegħduk li kemm lilek kif ukoll il-Banda nibqgħu nżommuk f’qalbna sakemm nerġgħu lkoll ningħaqdu flimkien u nirrakkontawlek x’għamilna u kemm komplejna nżommu fl-ogħla livelli s-Soċjeta, l-Banda, l-Festa u lis-isem ta’ Beltu il-Birgu.

Għax meta persuna tkun qgħattet parti kbira minn ħajjietha fil-volontarjat, allura mingħajr eżitazzjoni wieħed jista’ jiddeskrivi lil Lorry Farrugia bħala persuna tal-komunità li ħabb mhux biss il-Birgu, belt twelidu, imma anke aspetti oħra tal-ħajja komunitarja. Kien kburi li hu Lawrenzjan, Vittoriosan u fuq kollox Malti.

Kien f’dak il-jum li ħalla din id-dinja, fil-ġurnata tat-3 t’April, 2022 li zgur se tibqa’ mfakkra bħala l-ġurnata meta intilef pilastru tal-Festa Lawrenzjana, tas-Soċjeta Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz, Imma fuq kollox il-Birgu tilef wieħed minn uliedu li tant ħadem għalih. ‘Jien kburi li din il-persuna nsejħilha Missieri’ itemm jirrakontar ibnu Simon Peter.