L-Għanja tal-Poplu 2017

From M3P
Jump to navigation Jump to search

Launching of the festival

L-Għanja tal-Poplu

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija (2017) 41 Ed.

Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu iħeġġeġ lill-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi tal-kanzunetta Maltija jipparteċipaw fil-41 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Id-data ta’ sottomissjoni tal-kanzunetti ser tkun f’nofs Mejju, jiġifieri fi żmien xaharejn.

L-awturi u l-kompożituri mistiedna jiktbu fuq dak kollu li jixtiequ u jikkomponu b’liema stil jixtiequ, u ma jillimitatawx irwieħom għal temi soċjali biss, jew bi stil mużikali wieħed biss. Il-festival mistenni se jsir Is-Sibt 2 ta’ Settembru 2017, fi Pjazza Teatru Rjal fuq l-istess linji tal-aħħar edizzjoni u jkun trasmess minn PBS . Għalhekk nistiednu lill-artisti tal-kanzunetta Maltija biex biex flimkien noħolqu festival sabiħ u ta’ kwalita’ kemm fil-kliem kif wkoll fil-mużika.

Ir-regolamenti ser jittħabbru fi żmien qarib flimkien ma’ innovazzjonijiet favorevoli għall-artisti Maltin.

Il-festival se jittella' mill-Għanja tal-Poplu flimkien ma' Pjazza Teatru Rjal u bis-sapport tal-Cultural Partnership Agreement mal-Kunsill Malti għall-Arti, u bis-sehem tal-orkestra li ser taħdem id f'id mal-kompożituri u l-awturi.

Min għandu xi mistoqsijiet jew suġġerimenti jista’ jikteb lil ghanjatalpoplu@gmail.com. Ser jitħabbru iktar dettalji fil-jiem li ġejjin fuq www.ghanjafest.com.