Kristy Spiteri

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Kristy Spiteri twieldet fis-16 ta’ Awwissu 2005. Tgħix San Ġwann.

Fl-2011 meta kellha sitt snin bdiet tkanta, u bdiet tattendi l-Akkademja La Voix immexxija minn Gillian Attard li huwa wkoll l-għalliem tagħha.

L-ewwel festival li ħadet sehem fih kien fit-18 ta’ Diċembru 2011 organizzat minn Erseb Productions, u ġiet fl-ewwel post b’kanzunetta tal-Milied ‘I Want a Hippopotamus for Christmas’.

Wara kompliet tieħu sehem f’diversi konkorsi oħra organizzati bħal Erseb Productions, Ally Gee Entertainment, J & A Productions, Phyllisienne Brincat Productions, Gaffiero Productions, Starlight u Shine Singers.

Kristy dejjem kellha riżultati tajbin f’dawn il-konkorsi, u kemm-il darba ġiet fl-ewwel post, fejn anke f’dawn l-erba’ snin rebħet ‘overall’ xejn inqas minn seba’ darbiet. Fost l-aktar kanzunetti li bihom tirbaħ hemm ‘Think of Me’, ‘Phantom Of The Opera’ u ‘I Can’t Let Go’ li tkanta b’ħafna qalb.

Apparti dan, Kristy kellha x-xorti tkanta barra minn Malta wkoll, fejn f’Lulju 2014 marret Mascalucia fi Sqallija u ġiet fl-ewwel post bil-kanzunetta ‘Think Of Me’ fejn kienet akkumpanjata wkoll minn Orkestra ‘live’.

Kristy kellha wkoll l-opportunita’ tkanta mal-banda Santa Helena ta’ Birkirkara, u mal-banda Lourdes ta’ San Gwann f’kunċerti Annwali kif ukoll okkażjonijiet oħra mal-istess banda barra l-lokalità.

Sa issa ma jdoqq l-ebda strument, imma jixtieq jibda jdoqq il-pjanu jew is-saxaphone, Kristy ħadet sehem f’drama mtella’ fl-iskola tagħha, dehret fuq it-televiżjoni f’xi maratoni marbuta mal-ġbir għall-foqra u f’xi Musicals ukoll.

Apparti tkanta, Kristy tħobb iddoqq il-pjanu u issajjar kejkijiet.

Meta tikber, trid tkompli tistudja biex issir Accountant u Ballerina, xi ħaġa li tħobb tagħmel ħafna flimkien mal-kant, Apparti li jdoqq is-saxaphone u tkanta mal-banda De Paule f’diversi kunċerti u anki ma baned oħra. Matul is-sena 2022 kellha espejenza sabiħa li tieħu sehem f’programm televizi b’isem ta’ Brillanti fejn irnexxielha tasal ma l-aħħar finalisti.

Fit-22 ta’ Settembru kienet waħda mill-għoxrin finalista li ħadet sehem fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2023 bil-kanzunetta Nistennik b’lirika ta Etienne Micallef u mużika ta’ Dominic Cini.