Karmenu Mallia

From M3P
Revision as of 06:49, 23 November 2020 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Karmenu Mallia)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Karmenu Mallia twieled is-Siġġiewi fl-1 ta’ Ottubru, 1893, minn Salvatore u Marianna nee’ Aquilina. Huwa kien fost il-ħamest aħwa, li kienu Emanuele, Giuseppa, Nazzareno, Nikola u Karmenu.

Karmenu ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tas-Siġġiewi u meta kiber, daħal fir-riġment tar-Royal Malta Artillery (R.M.A.) Ta’ 24 sena laħaq kapural fir-riġment u wara 30 sena servizz ħareġ pjazzant. Kif spiċċa mis-servizz mar jaħdem ma’ l-Ordinanza qrib ir-Ricasoli.

Huwa żżewweġ lil Maria-Ġiuseppa nee’ Attard u kellhom disa’ wlied, u kien mar ukoll jgħix il-Marsa. Karmenu kien bniedem ta’ karattru kwiet u umli u minbarra l-mużika, kien iħobb jaqra ħafna.

Huwa ta’ min ifakkar li missier Karmenu kien il-magħruf Surmast Salvatore Mallia, li mill-1902 sal-1937 kellu f’ idejh il-Banda tal-Każin Banda San Nicola. Karmenu bla ma qatt ma jistudja l-mużika f’ xi skejjel mużikali , kien jikkomponi mużika li ssaħrek, tant li jista’ jissejjaħ li kien ġenju fil-qasam mużikali. U hawn ma tistax ma ssemmix il-kapolavur tiegħu l-Innu Popolari lil San Nikola ta’ Bari, li tappertjeni l-Każin Banda San Nicola.

Dan l-innu kien ikkomponieh fis-sena 1939 u ndaqq għall-ewwel darba mill-Banda San Nikola fis-sena 1946. Wara din is-sena, l-Innu kien reġa’ beda jindaqq regolarment kull sena mis-sena 1964 ‘il hawn, bl-eċċezzjoni li qabel kien jitkanta minn tenur biss u llum jitkanta minn Tenur, Baxx u Kor. Ta’ min isemmu li meta dan l-innu kien ġie f’ idejn id-Direttur tal-Banda Mro. John Mamo, propju fis-sena 1964 ħareġ kliem ta’ l-akbar foħrija għall komposizzjoni tiegħu u kkwotah bħala opra-kapolavur tal-kompożitur.

Mro. Karmenu Mallia kien assistent Surmast ta’ missieru mis-sena 1934 sal-1936, u wara l-mewt ta’ missier Mro. Salvatore Mallia fl-1939, il-Kumitat tal-Banda San Nikola, ħatar lil Mro. Karmenu Mallia bħala Direttur tal-Banda Minflok missieru u baqa sal-gwerra tal-1943, liema żmien il-baned kienu kollha mietu minħabba l-istess gwerra. Fis-sena 1948 Mro. Karmenu Mallia fuq talba tal-Kumitat beda jgħallem lill-Allievi għall-Banda San Nikola.

Mro. Karmenu Mallia miet nħar is-Sibt, 13 ta’ Mejju 1967, fl-eta’ ta’ 74 sena, u ħalla jibkuħ lis-sitt uliedu.