Karmenu Debono

From M3P
Revision as of 05:02, 3 March 2023 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: Karmenu Debono)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Karmenu Debono twieled fit-2 ta’ Marzu. 1869. Iben Antonio u Anna mee’ Gauci. Huwa kien joqgħod ġewwa dar numru 36, Triq San Duminku. Studja l-arti ġewwa l-Belt Valletta fl-iskola di Belle Arte. Għandu bosta xogħlijiet artistiċi madwar Malta, U b’hekk kienu bosta isibhu bħala Mastru Karm.

Karmenu Debono kien l-Ewwel President u Fundatur tal-Banda tas-Soċjetà Mużikali La Stella Levantina u li mal-mirja taż-żmien illum bidlet isimha għal dik tas-Soċjeta Mużikali La Stella Levantina A.D.1984 – Banda Santa F’Ħad-Attard.

In-nies ta’ Ħ’Attard għandhom x-xorti kbira li għadhom igawdu bosta mix-xogħlijiet li Karmenu Debono kien wettaq mingħajr ħlas għar-Raħal tagħhom, fosthom bosta mill-armar l-antik li għandhom tal-festa, il-lunetti u s-sopraporti tal-Knisja, numru ta' Vent'artali u l-pedestall ta' Santa Marija li ddisinnja hu (u li nħadem mill-membri tal-Każin La Stella Levantina).

Kien il-moħħ prinċipali flimkien mall-Kappillan Karm Azzopardi sabiex infetaħ il-Każin tal-Banda u ħadem ħafna biex il-Festa ta' Santa Marija ta' Ħ'Attard tikber u tisbieħ.

Huwa miet fis-7 t'Ottubru 1929. Xahrejn qabel mewtu, meta kien ma jiflaħx, is-Soċjeta' kienet astjeniet milli tagħti sehma fil-Festa f'dak li għandu x'jaqsam ma' baned u murtali ta' dik is-sena b'sens ta' rispett lejn dan il-bniedem li ta ħafna għar-raħal u li kien qiegħed imut.