Karmenu Aquilina

From M3P
Revision as of 10:19, 17 December 2020 by Tonisant (talk | contribs) (added Category:Born in 1946 using HotCat)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Karmenu Aquilina twieled fl-1946. Huwa jiddeskrivi lilu nnifsu qabelxejn bħala direttur, u jgħid kif iż-żerriegħa fih ta’ dan il-mestier inżergħet fis-snin tat-tfulija. Huwa jiftakar il-ħin li kien jgħaddi jisma’ lill-adulti jitkellmu, kif ukoll s-sigħat li kien iqatta’ ma’ ħutu liebsa kostumi differenti. Minn dawn l-esperjenzi, Aquilina jislet żewġ elementi importanti għax-xogħol tad-direttur: is-smigħ u l-osservazzjoni ta’ dak li jkun qed jiġri madwaru, u l-immaġinazzjoni u l-fantasija. Is-snin tat-tfulija wasslu wkoll biex Aquilina jikteb numru ta’ stejjer qosra miġbura fil-kollezzjoni Stejjer tat-Tfal: Il-Ġnien u l-Arka. Ix-xogħol teatrali ta’ Aquilina jista’ jinqasam fi tliet fażijiet: il-pageants tal-Ġimgħa Mqaddsa f‘Ħal Għargħur, ix-xogħol pedagoġiku mal-Manoel Theatre Academy of Dramatic Art (MTADA) u l-produzzjonijiet imtella’ mal-kumpanija Koperatturi. L-ewwel pageant li dderieġa tmur lura sal-1974, u mill-ewwel uriet it-twaħħid ta’ poeżija, mima, mużika klassika u moderna u siltiet mill-Bibbja, tipiku tat-tradizzjoni f’Ħal Għargħur. Kien propju konsegwenza ta’ dawn il-pageants li Aquilina ġie mistieden minn Adrian Rendle biex, lejn l-aħħar tas-snin sebgħin, ikun wieħed mill-ewwel għalliema tal-iMTADA. Is-snin tmenin raw lil Aquilina jaħdem fi ħdan il-kumpanija Koperatturi, ma’ personalitajiet bħal Alfred Mallia, John Suda, Michael Tabone u Manuel Cauchi, fost oħrajn. Din il-kumpanija pproduċiet xogħljiet li varjaw minn testi ta’ Neil Simon sa dawk ta’ Trevor Zahra u Oliver Friggieri. Aquilina dderieġa wkoll testi ta’ Francis Ebejer, fosthom Menz, Ħitan, u L-Imnarja Żmien il-Qtil.


Aquilina f'It-Tfal Jiġu bil-Vapuri, Għaqda Teatrali Kast, Evenings on Campus
Meta Tgħajjat il-Kokka bil-Lejl, Dramm preżentat għall-konkors Francis Ebejer
Pageant tal-Ġimgħa l-Kbira, Knisja tal-Għargħur


See also

Category:Karmenu Aquilina Photos