Difference between revisions of "Karmen Azzopardi"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
m
m
Line 12: Line 12:


[[File:Karmen Azzopardi Amour.jpg|200px|thumb|left|Karmen Azzopardi in 13 Rue de l’Amour, Georges Feydeau]]
[[File:Karmen Azzopardi Amour.jpg|200px|thumb|left|Karmen Azzopardi in 13 Rue de l’Amour, Georges Feydeau]]
[[File:Karmen Azzopardi BBC.jpg|200px|thumb|left|Karmen Azzopardi during BBC training.]]
[[File:Karmen Azzopardi Cliffhangers.jpg|200px|thumb|left|Karmen Azzopardi in The Cliffhangers, Francis Ebejer]]
[[File:Karmen Azzopardi Desire.jpg|200px|thumb|left|Karmen Azzopardi in A Streetcar Named Desire, Tennessee Williams]]
[[File:Karmen Azzopardi Filumena.jpg|200px|thumb|left|Karmen Azzopardi in Filumena Marturano, Eduardo De Filippo]]

Revision as of 06:35, 18 September 2015

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Karmen Azzopardi twieldet fl-1934, u ma damitx m’għamlet isem bħala attriċi versatili ħafna. Matul is-snin ħamsin, it-talenti tagħha kienu mfittxija minn bosta kumpaniji. Fost dawn kien hemm il-Malta Drama League, il-Kumpanija Gioventù Cattolica, il-Manoel Amateur Dramatic Club u l-Maleth.

Partikolarment importanti kienet l-esperjenza li Azzopardi kisbet mal-grupp Ingliż f’Malta, il-British Institute Players. Din mhux talli wasslet biex Azzopardi taħdem ma’ diretturi professjonali Ingliżi bħal Adrian Stanley, Ken Dodding u Cecil Bellamy, iżda wkoll biex titħarreġ Londra mal-Actor’s Studio fl-arti drammatika, u saħansitra fix-xogħol tar-radju mal-BBC.

Is-snin sittin raw lil Azzopardi taħdem mill-qrib ma’ Francis Ebejer, il-kittieb li hi tqis responsabbli għall-iżvilupp tat-teatru modern f’Malta. Ebejer u Azzopardi rawmu relazzjoni professjonali mibnija fuq l-għarfien li t-tnejn kellhom tal-kwalitajiet ta’ xulxin. Azzopardi tgħid li Ebejer fassal bosta karattri maħsuba speċifikament biex jiġu interpretati minnha u oħrajn biex jiġu interpretati minn atturi speċifiċi oħrajn.

Fl-1974 Azzopardi waqqfet il-grupp Atturi Theatre Group, flimkien mal-Kav. Paul Naudi. Din ġiet deskritta bħala l-ewwel kumpanija ta’ repertorju f’Malta maħsuba biex jittellgħu xogħlijiet ta’ kwalità, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, u dan fuq bażi konsistenti. Azzopardi kienet waħda mill-attriċi ewlenin tal-grupp, u ħadmet partijiet impenjattivi bħal Hedda Gabler (fid-dramm bl-istess isem, ta’ Henrik Ibsen), Filumena Marturano (ta’ Eduardo de Filippo) u Mother Courage (ta’ Bertholt Brecht). Azzopardi serviet ukoll bħala chairperson tal-istess kumpanija, u kienet tikkontribwixxi kemm fl-għażla tat-testi u tal-parteċipanti kif ukoll fil-ħidma ta’ kuljum tal-kumpanija.

Fost premjijiet oħrajn, fl-2002 Azzopardi rċeviet il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, għall-kontribut li tat lejn l-iżvilupp tat-teatru f’Malta.

Karmen Azzopardi in 13 Rue de l’Amour, Georges Feydeau