Josephine Mahoney

From M3P
Revision as of 04:15, 7 August 2017 by Joejulian (talk | contribs) (broken link)
Jump to navigation Jump to search
The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Josephine Mahoney twieldet l-Isla fis 5 t'Ottubru 1932 u, fit-Tieni Gwerra Dinjija, marret toqgħod Tas-Sliema. Kien propju Tas-Sliema li Mahoney bdiet il-karriera tagħha fuq il-palk, mal-kumpanija Sliema Dramatic Company, immexxija minn missierha stess. Isem Mahoney jibqa’ sinonimu mat-teatrin, ġeneru ta’ teatru popolari li l-għeruq tiegħu jmorru lura sas-seklu dsatax. Fuq dan, Mahoney tikteb fid-dettal fl-awtobijografija tagħha Oh Żmien Ħelu fejn, fost l-oħrajn, tgħolli l-istatus tat-teatrin billi titkellem b’mod riflessiv dwar l-elementi li l-aktar kienu jikkaratterizzaw din ix-xena, fosthom il-vestwarju rikk, il-messinxena u x-xenarju, kif ukoll il-passaġġ mid-deklamar u r-reċtar artifiċjali għal interpretazzjoni aktar realistika. Interessanti kif Mahoney tiġbor il-vokabularju u t-terminoloġija li kienu jintużaw bejn l-artisti u tippreżentahom bħala element importanti biex il-palk jiġi rikonoxxut daqs ‘kull sengħa, arti jew professjoni oħra’.

L-għażliet li għamlet Mahoney jirriflettu l-elementi l-aktar popolari fix-xena kulturali Maltija. Fil-fatt, dan l-element jiġri tul il-karriera tagħha, mis-snin ġa msemmija tat-teatrin, għar-Rediffusion u r-radju u finalment is-soap opera fuq it-televiżjoni. Għax-xogħol tagħha fuq il-palk, Mahoney żviluppat prassi ċċentrata fuq bilanċ bejn il-kitba tal-awtur, il-ħsieb tad-direttur, u l-interpretazzjoni personali tagħha. Dan jidher fl-hekk imsejħa ‘għaxar kmandamenti’ li Mahoney fasslet għaliha personalment, fejn tirreferi b’mod ugwali għal dawn it-tliet elementi importanti. Tul is-sittin sena karriera tagħha fuq il-palk, Mahoney ħadmet ħafna ġeneri differenti bħal vaudeville, buzzetti, drammi sagri, oħrajn soċjopolitiċi, traġedji u kummiedji ta’ Shakespeare, xogħol realistiku, u oħrajn.

Mahoney f'Hekk sejra, Maleth, Teatru Manoel, 1970
Mahoney f'L-Arlesjana, Maleth, Teatru Manoel, 1993
Mahoney f'Pater Noster, Blue Arena, Żabbar
Josephine Mahoney ma' Godwin Scerri f'Anastasia, Maleth, Teatru Manoel, 1972
Josephine Mahoney ma' Godwin Scerri f'Id-Dar Tas-Soru, TVM, 1977


See also

Category:Josephine Mahoney Photos