Difference between revisions of "Joseph Tonna (bandmaster)"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: Joseph Tonna)
(Arranged Page: Joseph Tonna)
Line 2: Line 2:
{{stub}}
{{stub}}
[[File:Mrotonna.jpg|300px|thumb|right|Mro.Joseph Tonna]]
[[File:Mrotonna.jpg|300px|thumb|right|Mro.Joseph Tonna]]
Mro. '''Joseph Tonna''' twieled l-[[Imqabba]] fis-16 ta' Frar, 1929. Huwa beda jistudja l-mużika fl-eta ta' 16-il sena fil-każin tal-Banda Lily taħt Mro. [[Joseph Darmanin]] A. Mus. L.C.M. li għallmu jdoqq diversi strumenti. Mro. Tonna huwa magħruf ħafna bħala mużikant li jdoqq il-Bass in E flat. Huwa akkwista ċertifikati minn diversi kulleġġi, ħa lezzjonijiet fil-kompożizzjoni tal-mużika u wieħed mis-suċċessi tiegħu kien meta fl-1962 ġie t-tielet fil-kompetizzjoni nternazzjonali li saret f'Londra għall-mużika ta' l-accordion.  
Mro. '''Joseph Tonna''' twieled [[L-Imqabba]] fis-16 ta' Frar, 1929. Huwa beda jistudja l-mużika fl-eta ta' 16-il sena fil-każin tal-Banda Lily taħt Mro. [[Joseph Darmanin]] A. Mus. L.C.M. li għallmu jdoqq diversi strumenti. Mro. Tonna huwa magħruf ħafna bħala mużikant li jdoqq il-Bass in E flat. Huwa akkwista ċertifikati minn diversi kulleġġi, ħa lezzjonijiet fil-kompożizzjoni tal-mużika u wieħed mis-suċċessi tiegħu kien meta fl-1962 ġie t-tielet fil-kompetizzjoni nternazzjonali li saret f'Londra għall-mużika ta' l-accordion.  


Barra minn dan Mro. Tonna għandu ħafna kompożizzjonijiet shieħ, bħalma huma mażurki, beguines, waltzes, polkas, funeral marches, sambas, Hymn for the Stage, Vexxilla għall-orgni, songs u ħafna marċi militari, ''Fuga in La bemolle'', ''Fuga in Sol'' għal pjanu, Round for voices Soprano, Contralto and Tenor, ''Overture in F minor'' (''Il Mondo'') Serenads for Orchestra, ''Passo Dabled Maria'', ''Silvana'', ''Morning Star'', Missa Grande a Tre Voci, Tenore A, Tenore B e Basso con Organo ecc. Mro. Tonna ġie elett Associate Member of the [[performing Right Society]] fil-11 ta' Lulju 1963 wara ħa ftit lezzjonijiet għand Mro. Abela A. Mus. L.C.M., L.R.S.M.
Barra minn dan Mro. Tonna għandu ħafna kompożizzjonijiet shieħ, bħalma huma mażurki, beguines, waltzes, polkas, funeral marches, sambas, Hymn for the Stage, Vexxilla għall-orgni, songs u ħafna marċi militari, ''Fuga in La bemolle'', ''Fuga in Sol'' għal pjanu, Round for voices Soprano, Contralto and Tenor, ''Overture in F minor'' (''Il Mondo'') Serenads for Orchestra, ''Passo Dabled Maria'', ''Silvana'', ''Morning Star'', Missa Grande a Tre Voci, Tenore A, Tenore B e Basso con Organo ecc. Mro. Tonna ġie elett Associate Member of the [[performing Right Society]] fil-11 ta' Lulju 1963 wara ħa ftit lezzjonijiet għand Mro. Abela A. Mus. L.C.M., L.R.S.M.

Revision as of 03:13, 6 November 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro.Joseph Tonna

Mro. Joseph Tonna twieled L-Imqabba fis-16 ta' Frar, 1929. Huwa beda jistudja l-mużika fl-eta ta' 16-il sena fil-każin tal-Banda Lily taħt Mro. Joseph Darmanin A. Mus. L.C.M. li għallmu jdoqq diversi strumenti. Mro. Tonna huwa magħruf ħafna bħala mużikant li jdoqq il-Bass in E flat. Huwa akkwista ċertifikati minn diversi kulleġġi, ħa lezzjonijiet fil-kompożizzjoni tal-mużika u wieħed mis-suċċessi tiegħu kien meta fl-1962 ġie t-tielet fil-kompetizzjoni nternazzjonali li saret f'Londra għall-mużika ta' l-accordion.

Barra minn dan Mro. Tonna għandu ħafna kompożizzjonijiet shieħ, bħalma huma mażurki, beguines, waltzes, polkas, funeral marches, sambas, Hymn for the Stage, Vexxilla għall-orgni, songs u ħafna marċi militari, Fuga in La bemolle, Fuga in Sol għal pjanu, Round for voices Soprano, Contralto and Tenor, Overture in F minor (Il Mondo) Serenads for Orchestra, Passo Dabled Maria, Silvana, Morning Star, Missa Grande a Tre Voci, Tenore A, Tenore B e Basso con Organo ecc. Mro. Tonna ġie elett Associate Member of the performing Right Society fil-11 ta' Lulju 1963 wara ħa ftit lezzjonijiet għand Mro. Abela A. Mus. L.C.M., L.R.S.M.

Barra milli kkwalifika fil-London College of Music, Mro. Tonna kkwalifika wkoll fi tliet kolleġġi oħra li huma I-British College of Accordionists, ir-Royal School of Music u fit-Trinity College of Music u minn dawn il-kulleġġi ħa ċ-ċertifikati finali with distinction. Mro. Tonna huwa magħruf ħafna għan-numru kbir ta' mużiċisti li ħarġu tajbin bil-ħila tiegħu.

Mro. Tonna studja taħt Geofrey Sayers B. Mus. (Dunelm), F.R.C.O. A.R.C.M., Hon. F.L.C.M. bil-korrispondenza, ħa lezzjonijiet mingħand il-magħruf Surmast Carmelo Pace F.L.C.M., L.R.S.M., O.S.J. u wara kkwalifika għall-A. Mus. L.C.M.

Is-Surmast Joseph Tonna huwa ex -Surmast Direttur tal-Banda Lily li ġiet fdata f'idejh minn Marzu ta' 1-1980 sa 1-1988. Mro. Tonna huwa wkoll ex-Surmast, għalliem u Direttur tal-Banda Santa Marija tal-Qrendi, mill-1979 sa 1-1983.

Is-Surmast Tonna, u s-Surmast Joseph Muscat kienu jiftehmu ħafna u l-akkademja mużikali mxiet 'il quddiem ħafna. Għandna l-pjaċir f'Awissu 2005 li s-Surmast J. Tonna reġa' ġie biex ikompli fejn kien ħalla. Minn dak iż-żmien sal-lum il-kompożitur u surmast kiteb numru kbir ta' kompożizzjonijiet oħra. Is-Surmast J. Tonna u s-Surmast Victor Vella qed jaħdmu flimkien biex il-banda tkompli miexja '1 quddiem.

F' Jannar 2006 waqt is-Seduta Generali li saret fis-Sala Ġawhra b'akklamazzjoni kbira, Mro.Joseph Tonna ġie maħtur Surmast Onorarju fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ċentrali. Mro. Joseph Tonna jagħti l-għajnuna professjonali tiegħu lis-Surmast Direttur Mro. Victor Vella.waqt it-tagħlim ta' l-alljevi u jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat ta' l-Akkademja tal-Banda.