Difference between revisions of "Joseph Sciberras"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Included Page: Joseph Sciberras)
 
(Arranged Page: Joseph Sciberras)
Line 6: Line 6:
Ħa l-edukazzjoni primarja fl-Iskola Primarja tal-Imqabba u dik sekondarja fil-[[Kulleġġ De La Salle]], il-[[Kottonera]]. Kompla jistudja s-sengħa ta’ mekkanik u daħal jaħdem fis-settur privat mal-Kumpanija Malta Rubber (Dowty) bħala Maintenance Mechanic. Fl-1976 ingħaqad fil-[[Korp tal-Pulizija]] u laħaq il-grad ta’ Surġent. Għamel xi żmien jaħdem bħala self-employed f’diversi setturi u wara reġa’ ngħaqad mal-Korp. Fl-1994 reġa’ beda jaħdem speċjalment bħala installatur tad-dawl u ilma. Illum jinsab pensjonant.
Ħa l-edukazzjoni primarja fl-Iskola Primarja tal-Imqabba u dik sekondarja fil-[[Kulleġġ De La Salle]], il-[[Kottonera]]. Kompla jistudja s-sengħa ta’ mekkanik u daħal jaħdem fis-settur privat mal-Kumpanija Malta Rubber (Dowty) bħala Maintenance Mechanic. Fl-1976 ingħaqad fil-[[Korp tal-Pulizija]] u laħaq il-grad ta’ Surġent. Għamel xi żmien jaħdem bħala self-employed f’diversi setturi u wara reġa’ ngħaqad mal-Korp. Fl-1994 reġa’ beda jaħdem speċjalment bħala installatur tad-dawl u ilma. Illum jinsab pensjonant.


Il-festa minn dejjem kienet għall-qalbu, tant li għamel xi żmien jaħdem fid-delizzju tan-nar. Is-sehem tiegħu fil-festa baqa’ dejjem jikber sabiex fl-1984 sar President tas-[[Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba]]. Kellu viżjoni twila tant li għalkemm kellu ħafna oppożizzjoni minn xi partitarji, irnexxielu jaqta’ d-drawwa tal-ħruq tas-sfafar u gassijiet li kienu jsiru fil-marċi brijużi. B’hekk il-banda kellha ħafna aktar sehem f’dawn il-marċi. Din kienet ukoll xi ħaġa ġdida għall-festi Maltin u li nbdiet mis-Soċjetà tagħna – ferm qabel ma ttieħdet l-istess deċiżjoni mill-awtorijiet governattivi. Ħa ħsieb li jkabbar il-programm tal-festa billi fl-1984 nħareġ għall-ewwel darba f’forma ta’ ktieb. Sar ukoll ir-riforniment tal-bar kif ukoll saret z-zokklatura tal-irħam fl-entrata tal-każin.
Il-festa minn dejjem kienet għall-qalbu, tant li għamel xi żmien jaħdem fid-delizzju tan-nar. Is-sehem tiegħu fil-festa baqa’ dejjem jikber sabiex fl-1984 sar President tas-[[Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba]]. Kellu viżjoni twila tant li għalkemm kellu ħafna oppożizzjoni minn xi partitarji, irnexxielu jaqta’ d-drawwa tal-ħruq tas-sfafar u gassijiet li kienu jsiru fil-marċi brijużi. B’hekk il-banda kellha ħafna aktar sehem f’dawn il-marċi. Din kienet ukoll xi ħaġa ġdida għall-festi Maltin u li nbdiet mis-Soċjetà tagħna – ferm qabel ma ttieħdet l-istess deċiżjoni mill-awtorijiet governattivi. Ħa ħsieb li jkabbar il-programm tal-festa billi fl-1984 nħareġ għall-ewwel darba f’forma ta’ ktieb. Sar ukoll ir-riforniment tal-bar kif ukoll saret z-zokklatura tal-irħam fl-entrata tal-każin.


Baqa’ jipparteċipa fil-ħidma tas-Soċjetà billi għall-bosta drabi kien membru attiv f’diversi Kumitati Eżekuttivi.  
Baqa’ jipparteċipa fil-ħidma tas-Soċjetà billi għall-bosta drabi kien membru attiv f’diversi Kumitati Eżekuttivi.  

Revision as of 14:48, 25 October 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Joseph Sciberras

Joseph Sciberras twieled l-Imqabba nħar il-5 ta’ Awwissu 1948, iben Giovanni Sciberras u Vincenza Sciberras.

Ħa l-edukazzjoni primarja fl-Iskola Primarja tal-Imqabba u dik sekondarja fil-Kulleġġ De La Salle, il-Kottonera. Kompla jistudja s-sengħa ta’ mekkanik u daħal jaħdem fis-settur privat mal-Kumpanija Malta Rubber (Dowty) bħala Maintenance Mechanic. Fl-1976 ingħaqad fil-Korp tal-Pulizija u laħaq il-grad ta’ Surġent. Għamel xi żmien jaħdem bħala self-employed f’diversi setturi u wara reġa’ ngħaqad mal-Korp. Fl-1994 reġa’ beda jaħdem speċjalment bħala installatur tad-dawl u ilma. Illum jinsab pensjonant.

Il-festa minn dejjem kienet għall-qalbu, tant li għamel xi żmien jaħdem fid-delizzju tan-nar. Is-sehem tiegħu fil-festa baqa’ dejjem jikber sabiex fl-1984 sar President tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba. Kellu viżjoni twila tant li għalkemm kellu ħafna oppożizzjoni minn xi partitarji, irnexxielu jaqta’ d-drawwa tal-ħruq tas-sfafar u gassijiet li kienu jsiru fil-marċi brijużi. B’hekk il-banda kellha ħafna aktar sehem f’dawn il-marċi. Din kienet ukoll xi ħaġa ġdida għall-festi Maltin u li nbdiet mis-Soċjetà tagħna – ferm qabel ma ttieħdet l-istess deċiżjoni mill-awtorijiet governattivi. Ħa ħsieb li jkabbar il-programm tal-festa billi fl-1984 nħareġ għall-ewwel darba f’forma ta’ ktieb. Sar ukoll ir-riforniment tal-bar kif ukoll saret z-zokklatura tal-irħam fl-entrata tal-każin.

Baqa’ jipparteċipa fil-ħidma tas-Soċjetà billi għall-bosta drabi kien membru attiv f’diversi Kumitati Eżekuttivi. Huwa miżżewweġ lil Georgina née Camilleri u għandu tlett itfal u joqgħod l-Imqabba.