Joseph Nazzareno Sammut

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Joseph Nazzareno Sammut A.MUS.L.C.M L.MUS. L.C.M F.L.C.M. (LOND} twieled il-Mellieħa fit-18 ta' Ġunju 1941. Ħa l-edukazjoni tiegħu fl-lskola Primarja l-Mellieħa u aktar tard fil-Kulleġġ De la Salle il-Kottonera.

Ta' eta żgħira beda jitgħallem il-mużika taħt Kelinu Muscat u wara għand is-Surmast William James Worley. Mar għand is-Surmast Vincenzo Ciappara Ii tah ħafna esperjenza fuq il-Baxx in Mi Bi mol, l-istrument Ii kien idoqq.

Dam idoqq ma' din il-banda għal iktar minn ħamsa u tletin sena. Fl-1982 inħatar assistant surmast mal-istess banda. Kompla jistudja l-istrument u t-teorija tal-mużika taħt is-Surmast William Jimmy Worley sal-grad sebgħa tal-London College of Music u r-Royal School of Music ta' Londra u fl-istess żmien tgħallem ukoll diversi strumenti mużikali fosthom il-pjanu u l-kitarra. Daqq il-kitarra ma' ħafna gruppi imma l-aktar Ii dam mal-Grupp Gira Sole. Dam miegħu 'I fuq minn għoxrin sena, l-aktar f tiġijiet, festini u festivals.

Fl-1955-1956 daħal apprentista fit-Tarzna ta' Malta u fl-1960, meta twaqqfet ii-Banda tat-Tarzna, kien minn tal-ewwel Ii ġie magħżul mis-Surmast Hector H. Dalli biex ikun parti minnha. Aktar tard kien ukoll assistant surmast tal-banda mas-surmast Carmelo Caruana meta spicca Hector Dalli. Fit-Tarzna dam jaħdem għal iktar minn sitta u erbgħin sena.

Fl-1972 kien avviċinat biex jidħol idoqq mal-Banda Nazzjonali La Vallette. Din is-sena jagħlaq 45 sena ma' La Vallette u ndaqqet kompozizzjoni minn tiegħu għall-okkazjoni Anniversarja.

Turu Pace, wieħed mill-akbar mużiċisti Ii kien idoqq mal-Orkestra tal-Armirall u ma' banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, ħajru biex ikompli jistudja. Wasslu għand is-Surmast Carmelo Pace Ii għenu jispeċċjalizza fl-armonija, fil-kontrapont, l-istorja u l-orkestrazzjoni. Bejn 1980 -1981 kiseb id-diploma fit-Teorija A. Mus L.C.M. u d-diploma biex ikun jista' jgħallem il-mużika L. Mus.L.C.M. Madankollu kompla jistudja taħt id-direzzjoni tas-Surmast Carmelo Pace u kompla wkoll l-istudji tiegħu għand il-professur tat-Trinity College of Music ta' Londra, ex segretarju ta' dan il-kulleġġ, Profs Edwin A. Moon, fejn irnexxielu jikseb diploma oħra F.L.C.M. (London) fil-Kompożizzjoni. Fl-1982 kien avviċinat mill-Banda tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp (Għajnsielem) biex jgħallem. Wara l-mewt ta' G. Farrugia fl-1992 sar is-surmast tal-banda fl-2002.

Fl-1995, meta l-banda marret tagħmel pellegrinaġġ ġewwa Ancona f’għeluq is-seba' mitt sena taċ-Ċentinarju, il-banda kienet mistiedna biex iddoqq marċi reliġjużi u marċi brijuzi. Il-banda għamlet ukoll program muzikali fuq iż-żuntier tas-Santwarju taI-Madonna ta' Loretu fejn kien hemm eluf ta' pellegrini ġejjin mill-ltalja kollha. Ġewwa Pompej, ii-Banda daqqet flimkien ma' banda magħmula mill-istudenti ta' dan il-Kulleġġ ta' Bartolo Longo. U wara l-quddiesa sar program mużikali fil-pjazza ta' quddiem il-knisja. F'din il-ħarġa tal-banda sar l-ikbar programm fi Fiuggi, post ta' villeġġjatura ġewwa Ruma, meta l-banda daqqet mal-banda Sinfonika ta' Fiuggi fi pjazza Spada. Il-mużika Ii ndaqqet kienet kollha ta' kompożituri Maltin. Dawn is-servizzi kienu kollha taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Nazzareno Sammut. Kien ukoll surmast Mal-Banda tas-Soċjeta Mużikali Banda Marija Reġina ta' Il-Marsa mill-1986 sal-2001.

L-ewwel Brass Band (Brass Ensemble) Ii kienet twaqqfet tikkonsisti minn sittax -ii mużiċist Ii kienu jdoqqu ġewwa lukandi, festivals u okkazjonijiet oħra. L-ewwel programm Ii kien isir qabel il-festa tal-Vitorja fil-Mellieħa kien ii-Brass Ensemble. Bħala xogħlijiet ikkompona marċi brijuzi, marċi funebri, marċi sinfonici, Overtures, fantasiji, innijiet, quddies u mużika sagra. lkkompona wkoll għall-klarinett, kif ukoll għall-kurunetta, intermezzi, largi fost mużika oħra. Jgħallem it-teorija u l-istrumenti tan-nifs, il-pjanu, il-kitarra, jikteb u jirranġa mużika kemm għall-baned kif ukoll għall-orkestra.

Mro. Joseph Nazzareno Sammut miet fl-4 ta’ Marzu, 2020. Huwa kien ,iżżewweġ lill Carmen u kellhom tlett ulied, Ruth, Oliver u Jessica.