Joseph Magri

From M3P
Revision as of 09:13, 26 February 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Joseph Magri)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Joseph Magri twieled Ħal-Qormi fit-2 ta' Diċembru 1917. Beda jistudja l-Klannett meta kien żgħir u ta' 14 sena daħal fir-Royal Artilary Malta Band. Fl-l936 intbaghat f'Kneller Hall jistudja. Hemm ġie l-ewwel fl-eżami tal-Klarinett, l-ewwwel fl-eżami tal-Armonja u Strumentazzjoni, u l-ewwel bħala student.

Matul il-gwerra kien jagħti kunċerti fuq il-cable radio Rediffussion, bħala solo player. Fl-1946, wara eżami ġie magħżul biex jerga' jmur f'Kneller Hall jistudja għall-tlett snin. Meta temm l-istudju offrewlu jagħżel banda Ingliża jew banda Skoċċiza, Iżda hu għażel jiġi lura Malta, fejn inħatar direttur tal-Banda Royal Artilary Malta Bans sakemm spiċċa fl-1966.

Magri kiteb bosta xoghlijiet Mużikali. fost dawn insemmhu Il-Malta War Requiem kienet rebħet midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni imnedija mil-Performing Rights Society ta' Londra. An Ode to St. Paul Inkitbet fiċ-ċentinarju tal-miġja ta' San Pawl f'Malta (l960). Te Deu indaqq l-ewwel darba fl-għaxar Anniversarju tal-kor Malta Melitensis fit-Teatru Manoe. Għas-Soċjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan kiteb Hymn of Praise f'għeluq il-mitt sena mit-twaqqif tagħha. "Malta G.C." inkitbet biex tfakkar il-Ħamsin sena mit-tmiem tat-tieni Gwerra Dinjija.

Xogħlijiet mistiċi huma: Symphony, Guitar Symphonique, u Symphonic Tone Poem huma ispirati mill-ħajja ta' Ġesu u Marija. Il-Kunċert tal-Klarinett kien indaqq mill-Orchestra tat-Tratru Manoel u huwa daqq il-parti tas-solista.

Xogħlijiet oħra huma: Concert overture Heroique, Symphonic Free Variations, Vittoijuża, Marian Cantata, To our Lady of the Sacred Heart, Millenium Concert, u Sogno.

Meta il-Għaqda Każini tal-Banda kienet qed tħejji biex tfakkar it-tletin sena mit-twaqqif tagħha fl-1977. Kien hemm il-hsieb li jiġi organizzat kunċert fl-Istitut Kattoliku fil-Floriana u s-surmast Magri, flimken mas-Surmast Joseph Sammut, ġew magħżula biex imexxu dan il-Kunċert. Fost ix-xogħlijiet li dderiġa dak in-nħar, kien hemm Ode to St. Paul.