Joseph Giusti

From M3P
Revision as of 06:30, 6 April 2017 by Joejulian (talk | contribs) (info added)
Jump to navigation Jump to search
Joseph Giusti

Joseph Giusti (11 April 1960 - 21 October 1995) was a Maltese broadcaster, dj and bartender from Kalkara.



Żewġt Iħbieb

On 24 October 1995, the day of his funeral, his friend and work colleague Joe Julian Farrugia read this poem entitled Żewġt Iħbieb on radio during a special live programme transitted at the time of Giusti's usual weekly programme, attended by radio broadcasters from all stations

Jekk qalbek, tajba, mdiehba
issikktet milli tħabbat
Jekk leħnek, tant imfittex
ser jieqaf mill-frekwenza
Jekk diski w kanzunetti
daqshekk se ddoqq u ddawwar
Jekk xorb u spirti mħallta
m’aħniex se nduqu aktar
Jekk f’ħajtek xorti kiefra
min-nieqa sa ġol-midfna
Jekk ħass li kien bizzejjed
l-Imgħallem u sejjaħlek
Jekk wiċċek se jispiċċa
ritratt taħt iċ-ċipressa
Jekk ismek, ittra, ittra,
se jonqxu rħama bajda:

Min jista’ jsikket f’qalbi
kunċert ta’ dieqa mdallma
ta’ mużika bla ritmu
ta’ versi ma jaqblux?

Min jista’ minni jnessi
waqtiet ta’ ferħ jew dwejjaq
li konna dejjem naqsmu
fil-ħruġ jew fuq ix-xogħol?

Darb’ oħra mhux f’did-dinja
niltaqgħu, min jaf meta
u ngħidu x’għadda minna
fiż-żmien li beda llum.

U terġa’ ddoqq id-diski
u terġa’ tferra l-wiski
niftakru ż-żmien l’għaddejna
bejnietna, żewġt iħbieb.