Difference between revisions of "Joseph Farrugia (violinist)"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
m (Tonisant moved page Joseph Farrugia to Joseph Farrugia (violinist): disambiguation)
(Arranged Page: Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba)
Line 4: Line 4:
'''Joseph Farrugia''' twieled l-Imqabba fl-1926, iben Pawlu u Rosanna née Ellul. Attenda l-Iskola Primarja tal-Gvern sas-6th Standard, skola preparatorja għall-eżami tad-dħul fit-[[Tarzna]] tal-Armiraljat, fejn beda jaħdem fl-1943. Huwa tħarreġ u ħadem fl-Inġinerija Mekkanika sa l-1958, u kompla jaħdem mas-Servizzi Ingliżi fuq xogħol klerikali sa l-1978. Fl-1979 beda jaħdem mal-Gvern bħala skrivan u fl-1987 irtira bl-età fil-grad ta’ Executive Officer mal-[[Università ta’ Malta]].

Fl-1943 huwa beda jattendi għat-tagħlim tal-mużika fil-Każin Santa Marija u kien idoqq il-vjolin mal-[[Orkestra Santa Marija]]. Fl-1946 assoċja ruħu mas-[[Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba]] sa l-1951. Bejn l-1966 u l-2006 kien membru tal-Kappella [[Frankie Diacono]], fejn kien idoqq il-vjolin.
Fl-1943 huwa beda jattendi għat-tagħlim tal-mużika fil-Każin Santa Marija u kien idoqq il-vjolin mal-[[Orkestra Santa Marija]]. Fl-1946 assoċja ruħu mas-[[Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba]] sa l-1951. Bejn l-1966 u l-2006 kien membru tal-Kappella [[Frankie Diacono]], fejn kien idoqq il-vjolin.
   
Bejn l-1947 u l-1951 kien membru tal-kumitat tas-Soċjetà Santa Marija, rappreżentant tal-Banda Re Ġorġ V fil-kumitat u delegat fil-[[Għaqda Każini tal-Banda]] li f’dak iż-żmien kienet magħruf bħala [[Malta Band Clubs Association]]. Ġie elett membru fl-ewwel kumitat maħtur wara l-ftehim bejn is-Soċjetà u l-Knisja tal-Imqabba tal-10 ta’ Ottubru 1960, u maħtur kaxxier tal-kumitat. Huwa baqa’ jokkupa dawn il-karigi sa l-1966. Bejn l-1966 u l-1969 ġie maħtur President tas- Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba. Joseph Farrugia kkompona dawn l-innijiet u marċi:

Revision as of 14:33, 25 October 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Joseph Farrugia

Joseph Farrugia twieled l-Imqabba fl-1926, iben Pawlu u Rosanna née Ellul. Attenda l-Iskola Primarja tal-Gvern sas-6th Standard, skola preparatorja għall-eżami tad-dħul fit-Tarzna tal-Armiraljat, fejn beda jaħdem fl-1943. Huwa tħarreġ u ħadem fl-Inġinerija Mekkanika sa l-1958, u kompla jaħdem mas-Servizzi Ingliżi fuq xogħol klerikali sa l-1978. Fl-1979 beda jaħdem mal-Gvern bħala skrivan u fl-1987 irtira bl-età fil-grad ta’ Executive Officer mal-Università ta’ Malta.

Fl-1943 huwa beda jattendi għat-tagħlim tal-mużika fil-Każin Santa Marija u kien idoqq il-vjolin mal-Orkestra Santa Marija. Fl-1946 assoċja ruħu mas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba sa l-1951. Bejn l-1966 u l-2006 kien membru tal-Kappella Frankie Diacono, fejn kien idoqq il-vjolin.

Bejn l-1947 u l-1951 kien membru tal-kumitat tas-Soċjetà Santa Marija, rappreżentant tal-Banda Re Ġorġ V fil-kumitat u delegat fil-Għaqda Każini tal-Banda li f’dak iż-żmien kienet magħruf bħala Malta Band Clubs Association. Ġie elett membru fl-ewwel kumitat maħtur wara l-ftehim bejn is-Soċjetà u l-Knisja tal-Imqabba tal-10 ta’ Ottubru 1960, u maħtur kaxxier tal-kumitat. Huwa baqa’ jokkupa dawn il-karigi sa l-1966. Bejn l-1966 u l-1969 ġie maħtur President tas- Soċjeta Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba. Joseph Farrugia kkompona dawn l-innijiet u marċi:

  • 1961 – Innu lil Santa Marija
  • 1994 – Innu lil Marija Assunta
  • 1995 – Marċ – Lill-Fundatur Guzeppi Galea
  • 1997 – Marċ – Lil Raħal Twelidi

Huwa ppubblika wkoll għadd ta’ profili ta’ persuni Mqabbin u diversi artikli oħra relatati mal-Imqabba u Ħal Qormi.

Joseph Farrugia kien miżżewweġ lil Margaret née Mangion u kellhom tlett itfal. Is-Sur Joseph Farrugia huwa missier il-Maġistrata Dr. Marse-Ann Farrugia li għal diversi snin kienet ukoll konsulenta legali tas-Soċjetà, sakemm ġiet maħtura bħala Maġistrata fil-Qrati Maltin tal-Ġustizzja.