Joseph Darmanin

From M3P
Revision as of 13:20, 5 September 2020 by Tonisant (talk | contribs) (removed Category:Dead in 2006; added Category:Died in 2006 using HotCat)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Joseph Darmanin twieled il-Belt Valletta nħar it-tnejn, 29 t’ April, 1918, minn Mro. Antonio Darmanin li kien imwieled Korfu’, il-Greċja u Emanwela Gruppetta imwielda Ħaż-Żabbar. Hawn ta’ min isemmi li missieru Antonio kien ukoll Surmast Direttur tal-Stella Maris Band Club ta’ Tas-Sliema.

Mro. Joseph Darmanin huwa miżżewweġ lill Phyllis nee’ Sammut u żżewġu fil-25 ta’ Lulju, 1937, u kellhom lill uliedhom Lilian, Marie-Louise, Charlie (li kien jgħix Malta) u Victor. Huma joqgħodu ġewwa Wentworthville, New South Wales, l-Awstralja.

Sa minn ċkunitu, Joseph deher li kellu inklinazzjoni lejn l-Arti Mużikali, u għalhekk missieru ħa ħsieb jgħinu biex jiżviluppa dan it-talent tiegħu. Ta’ tlettax-il sena beda jdoqq il-klarinett mal-Banda Stella Maris taħt it-tmexxija ta’ l-istess missieru Mro. Ant. Darmanin. F’ Settembru 1935, ta’ sbatax-il sena iddeċida li jidħol fl-Armata u ngħaqad mar-riġment tar-Royal Engineers Corps. Fil-ħin liberu tiegħu li kien ikollu, kien jistudja t-Teorija u l-Armonija u kompla jdoqq. Huwa għamel l-eżamijiet tar-Royal School of Music ta’ Londra u fihom ħareġ b’suċċess.

Wara li faqqgħet it-Tieni gwerra Dinjija, ittrasferewh għar-Royal Malta Artillery. Fl-1942 ingħata r-rank ta’ Surġent u kien responsabbli mill-pożizzjoni ta’ l-Anti-Aircraft Searchlight, fiż-żmien meta Malta kienet kontinwament ibbumbardjata mill-ajruplani tal-għadu.

Minħabba din il-kariga li kellu bħala surġent bir-responsabbiltà tad-dmirijiet tiegħu f’ dawk iż-żminijiet delikati u ta’ periklu, ma kinux iħallulu żmien twil ta’ mistrieħ. B’ danakollu qatt ma ħass li kellu jitlaq warajh għal kollox l-istudju mużikali , għalkemm kellu ta’ bilfors jitlaqha għal xi ftit taż-żmien, għax hekk kien meħtieġ għal ħobżu u għall art twelidu.

Ta’ disgħa u għoxrin sena Mro. Joseph Darmanin iggradwa u ħa d-diploma A. Mus. L.C.M. fis-suġġett ta’ l-Armonija Avanzata, kontrapont, Forma ta’ Mużika, Storja tal-Mużika u f’ suġġetti oħra mużikali. L-istudji għal din id-Diploma kien bdiehom taħt il-ħarsien ta’ l-istess missieru u kompla l-istudji mużikali taħt is-Surmastrijiet Vincenzo Costa, Giuseppe Stivala u [Carmelo Pace]].

Fis-sena 1945, Mro. Joseph Darmanin ġie magħżul u msejjaħ biex iwaqqaf u jmexxi l-Banda Lily, illum magħrufa bħala Soċjeta Mużikali Madonna tal-Ġilju ta’ Mqabba. Fejn sar direttur, waqt li ftit wara kien ġie maħtur Direttur tal-Banda Stella Maris Band Club ta’ Tas-Sliema. Fis-sena 1952, intalab imexxi l-Każin Banda San Nikola tas-Siġġiewi, fejn dam Surmast Direttur tagħha sas-sena 1955. F’ dan il- perjodu ta’ tliet snin, kien għamel ħafna ħbieb Siġġiwin u kien irrispettat ħafna u għalhekk fi kliemu stess, ma jista qatt jinsa l-Banda San Nikola u wisq iżjed in-nies tar-raħal. Fi tliet okkażjonijiet huwa dderiġa l-Banda Nazzjonali fi programmi mużikali ġewwa r-Radio City Opera House tal-Ħamrun.

Minbarra d-direżżjoni, Mro Joseph Darmanin ikkompona ħafna xogħolijiet mużikali għall-baned, kif ukoll għamel arranġamenti operitiċi għall-baned u orkestri. Fost il-kompożizzjonijiet tiegħu nsibu Preludju, Marċi Sinfoniċi, Marċi Brijużi u Funebri, u s-Soċjetà tagħna kien irnexxilha takkwista diversi xogħolijiet minn tiegħu qabel emigra lejn l-Awstralja. Mro. Joseph Darmanin kien ukoll membru tal-Performing Rights Society ta’ Londra.

Mro. Joseph Darmanin, wara li għamel tmienja u għoxrin sena u nofs regolari fl- armata, spiċċa mis-servizz militari fix-xahar t’ April 1964, bl-aħħar rank ta’ Warrant Officer Class II. F’ dan l- istess xahar huwa emigra lejn l-Awstralja flimkien ma’ martu u wieħed minn uliedhom, filwaqt li l-membri l- oħra tal- familja telgħu l-Awstralja ftit wara. Ġewwa l- Awstralja huwa mar f’ Sydney u hemm beda jaħdem bħala skrivan mal-kumpanija tal- karozzi Ford ta’ l-Awstralja ġewwa homebush, New South Wales, liema xogħol dam fih sa Lulju tal-1980 meta kellu tnejn u sittin sena. Kemm dam fix-xogħol ma’ Ford, kien applika b’ suċċess biex ikun Direttur tal-banda Army Reserve (Territorial Army), u allura ġiet fdata f’idejh il-banda tas-17th Royal New South Wales Regiment Band, li dam imexxi sas-sena 1977.

F’ dan il- perjodu li kellu din il-banda tar-Riġment, kien ukoll Direttur tal-Banda ta’ Ashfield District Band li magħha mis-sena 1966 sas-sena 1977.

Fi Frar tas-sena 1976, Mro. Joseph Darmanin ifforma l-ewwel Banda maltija fl-Awstralja fl- isem “Our Lady of Peace’ fil-parroċċa ta’ Greystanes, New South Wales. Din il-Banda kienet tikkonsisti f’54 bandist li l-parti kbira tagħhom kienu Maltin u ftit Awstraljani.

Hawn huwa interessanti għalina bħala Siġġiwin li nkunu nafu, li l-fundatur ta’ din l-Għaqda kien is-Sur Eric Rizzo li kien jokkupa l-Kariga ta’ President tal-Kumitat bis-Sur Oreste Aquilina fil-kariga ta’ Viċi President. Dawn iż-żewġ sinjuri, kemm is-Sur Eric Rizzo kif ukoll is-Sur Oreste Aquilina huma t-tnejn mis-Siġġiewi emigranti fl-Awstralja.

Mro. Darmanin baqa jmexxi din il-Banda sal-2002. Huwa għadda għall-ħajja ta’ dejjem fis-sena 2006, fl-eta ta 88 sena. Il-Marċ l-aktar magħruf għalih Mro. Darmanin jibqa ‘Tal-Kbar’.