Joseph C. Azzopardi

From M3P
Revision as of 05:46, 29 January 2021 by Tonisant (talk | contribs) (added Category:Died in 2021 using HotCat)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Joseph C. Azzopardi

Joseph C. Azzopardi twieled f’Ħal-Qormi fl-1 ta’ Lulju, 1944. Kien il-kbir tal-familja fost erba’ aħwa, żewġ subien u żewġ bniet. Meta kellu xi disa snin peress li Missieru kien mill-Birgu u kien jaħdem id-Dockyard il-familja spiċċat marret tgħix fil-Birgu.

Dak iż-żmien Joseph C. kien diġa minn Ħal-Qormi imur l-kulleġġ ta’ Della Salle f’Bormla. Wara kompla jistudja fit-Technical School ta’ Għajn Dwieli. Lill Joe ma’ tantx kont taraħ, jilgħab barra bħal tfal oħra, imma kont taraħ f’xi rokra għalih waħdu jaqra x’ktieb jew jilgħab bin-nemel.

Beda jaħdem bħala supervisor ġol Malta Rubber fiż-żona Industrijali ta’ Imrieħel. Dak iż-żmien fis-snin sebgħin kienet tinteressah wkoll il-Politika u kien involut ħafna mal-Partit Laburista u ħadem ħafna u kien involut f’diversi seżżjonijiet u kumitatti anki dawk kulturali.

Matul is-snin tmien, kien spiċċat jaħdem fil-kamra ta’ l-Aħbarijiet ta’ Xandir Malta u kien anki jaqra l-Aħbarijiet fuq it-televiżjoni.

Fis-snin disgħin kien sar l-ewwel Sindku tal-Birgu, apparti li dak iż-żmien kien jaħdem mal- ministeru ta’ Turizmu dak iż-żmien immexxi minn Joe A. Grima u kien imur spiss għal diversi konferenzi barra min Malta.

Għamel diversi snin segretarju ta’ Għaqda Każini tal-Banda ta’ Malta u Għawdex.

Il-Birgu kien il-ġojja tiegħu. Minkejja li ma’ baqax Sindku, kien jgħin b’qalb lis-Sindku preżenti b’esperjenza tiegħu. Apparti dan JC kif bosta kienu isibuh, kien wkoll Shop Stuart fil-General Workers Union, kien wkoll ghal xi żmien imexxi il-Brigata Laburista u kien PRO f'Kastilja u Segretarju fil-Kunsill tal-Imtarfa u Ħal-Għaxaq. Kien iħobb ħafna l-festi. Kien jaf ħafna nies u nies kienu jħobbuh għax kien jgħin lill ħafna b’xi parir jew pjaċier, kien ċajtier u jħobb jiekol.

Huwa miet nħar is-Sibt 22 ta’ Jannar, 2021 f’eta’ ta’ 76 sena. u jinsab midfun fil-Birgu. U ħalla jibku it-telfa tiegħu lill-martu Miriam u tlett uliedu Tania, Valerie (mejta) u Aurora, u ħames neputijiet, li kienu l-għaxqa tiegħu, u lill hutu Charles f’Malta u oħtu Antoinette li tgħix l-Amerika.