Jonathan Borg

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Jonathan Borg twieled fil-Ħamrun fl-10 ta’ Mejju, 1976. Huwa beda l-istudju Mużikali tieghu fuq it-Trumbetta taħt it-tagħlim ta’ Mro. Raymond Sciberras fil-każin tal-Banda tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun.

Huwa beda jdoqq mal-istess banda bħala solista fl-eta ta’ 13-il sena. Huwa beda l-istudji tiegħu fit-teorija tal-Mużika taħt Mro. Raymond Sciberras wara li ġab il-gradi primarji fil-Kulleġġ tal-Mużika ta’ Londra.

Jonathan kompla l-istudji tiegħu tal-armonija, kuntarpunt, fuga u orkestrazzjoni taħta Mro. Lawrence Borg fejn ġab id-diploma A(Mus) L.C.M fl- 2003 u L(Mus)L.C.M fl 2006.

Huwa temm b’suċċess l-Associate, il-Licentiate u l fellowship tal-kulleġġ tal-Mużika ta’ Londra taħt Mro. Paul Borg fid-daqq tat-Trumbetta. Huwa ħa l-lezzjonijiet fid-direzzjoni tal-Banda minn Mro. Joseph Sammut.

Fl-1994 huwa ngħaqad mal-Banda tal-Forzi Armati ta Malta bħala Kurunettist. Mal-Banda tal-FAM huwa daqq f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Daqq bħala sloista mal-banda f’diversi okkażżjonijiet.

Fl-2013 huwa ggradwa mill-iskola tal-Mużika Navali tal-Istati Uniti fejn studja l-armonija, il-kuntapunt, il-Fuga, il-forma u l-analizi, l-istorja tal-Mużika, l-adattament għall-banda u l big Band, id-direżżjoni u t-teknika għall-provi.

Huwa ħa sehem fi tliet Master Classes organizzati mill-istess Skola tal-Mużika mal- Prof. Anthony Maiello mill-Universita’ ta’ George Mason u Prof. Thomas Duffy tal-Universita ta’ Yale fid-direzzjoni tal-Mużika u mas Surmast Jari Viallanueva fuq l-istorja.

Jonathan Borg ilu jmexxi tas-Soċjeta Filarmonika San Bartilmew f’ Ħal Għargħur sa mill-2001 u l-Banda tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu l-Ħamrun sa mill-2011.

Fl-2013 nħatar bħala Surmast tal-Banda tal-Forzi Armati ta Malta u fl 2018 ġie appuntat bħala d-direttur Mużikali ta’ l-istess Armata fil-grad ta’ Kaptan.