Difference between revisions of "John Theuma"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Included Page: John Theuma)
 
(Arranged Page: John Theuma)
Line 1: Line 1:
{{cleanup}}
{{cleanup}}
{{stub}}
{{stub}}
[[File:johntheuma.jpg|250px|thumb|right|Mro. John Theuma]]
[[File:johntheuma.jpg|250px|thumb|right|Mro.John Theuma]]
Is-surmast '''John Theuma''' twieled il-Marsa fit-2 ta' Marzu, 1933 iben Gaetano u Karmela nee Mamo. Meta John kien ta' ftit xhur il-familja marret toqghod [[Birkirkara]] fejn missieru Gaetano mill-[[Ħamrun]] kellu in-negozju tal-għamara. Ta' tfajjel kien jattendi l-[[Ażżjoni Kattolika]] fejn hawn kien jieħu sehem fl-attivitajiet sportivi u fl-operetti li kienu jsiru fl-oratorju ta' Birkirkara. Ta' żagħżugħ id-deliżżju tiegħu kien il-football (Juventin akkanitissimu!). Hu kien ukoll plejer regolari mat-team tal-minors ta' [[Birkirkara Celtic]].
Is-surmast '''John Theuma''' twieled il-Marsa fit-2 ta' Marzu, 1933 iben Gaetano u Karmela nee Mamo. Meta John kien ta' ftit xhur il-familja marret toqghod [[Birkirkara]] fejn missieru Gaetano mill-[[Ħamrun]] kellu in-negozju tal-għamara. Ta' tfajjel kien jattendi l-[[Ażżjoni Kattolika]] fejn hawn kien jieħu sehem fl-attivitajiet sportivi u fl-operetti li kienu jsiru fl-oratorju ta' Birkirkara. Ta' żagħżugħ id-deliżżju tiegħu kien il-football (Juventin akkanitissimu!). Hu kien ukoll plejer regolari mat-team tal-minors ta' [[Birkirkara Celtic]].



Revision as of 14:56, 30 August 2020

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro.John Theuma

Is-surmast John Theuma twieled il-Marsa fit-2 ta' Marzu, 1933 iben Gaetano u Karmela nee Mamo. Meta John kien ta' ftit xhur il-familja marret toqghod Birkirkara fejn missieru Gaetano mill-Ħamrun kellu in-negozju tal-għamara. Ta' tfajjel kien jattendi l-Ażżjoni Kattolika fejn hawn kien jieħu sehem fl-attivitajiet sportivi u fl-operetti li kienu jsiru fl-oratorju ta' Birkirkara. Ta' żagħżugħ id-deliżżju tiegħu kien il-football (Juventin akkanitissimu!). Hu kien ukoll plejer regolari mat-team tal-minors ta' Birkirkara Celtic.

Huwa beda jistudja l-muzika taħt is-surmast Ġużeppi Grima li wasslu sal-grade 8 tat-teorija iżda ma' setax ikkomplilu l-istudju peress li Grima kien leħaq surmast tal-kor tat-teatru San Carlo ta' Napli. John kompla l-istudji tiegħu mas-surmast Karkariz Carmelo Costa u wara taħt il-magħruf surmast Carmelo Pace. Ma' dan is surmast studja il-kompożiżżjoni, l-armonija, kontrapunt u storja tal-mużika fejn miegħu irnexxilu jigradwa bid-diploma AMusLCM. Għall-pjanu kellu bħala għalliema lil Rita Buhagiar li kienet pjanista magħrufa.

L-ewwel kompożiżżjoni ta' John Theuma kien il-marċ bl-isem Fiesta. Wara ġew żewġ marċi oħrajn bl-isem ta' Mario u Aldo li ndaqqu mill-Għaqda Mużikali Sant' Elena għaż-żewġt it-tfal tiegħu minħabba li issa kien iżżewweħ lil Antonella nee' Zammit minn Birkirkara. Għal banda St`Helena ikkompona l-marċi bħal La Belle Helene, Daniel, Manolito, Echoes of Spain u oħrajn.

L-ewwel suċċess fil-kamp ta' marċi Maltin wasal bil-marċ Holiday in Spain li minkejja li miktub fis-sittinijiet għadu popolari l-aktar mas-Soċietà Filarmonica Nazionale La Valette li għaliha ġie miktub dan il-marċ. Dan kien il-bidu ta' sensiela twila ta' marċi għal din is-soċjeta' fosthom il-marċi; Mexico, El Matador, Three Cornered Hat, Matador's Prayer, Parisienne u ħafna oħrajn.

Il-banda Duke of Connaught Own Band Club ta' Birkirkara ukoll gawdiet mill-pinna tas-surmast Theuma fejn għal din il-banda ikkompona fost oħrajn il-marċi Giġi, El Cordobes, Golden Jubilee, Morning Glory, Rose of Summer u diversi oħrajn.

Iżda il-marċ li taħ spinta 'il quddiem bħala kompożitur tal-marċ Malti kien Don Quixote li f'salt wieħed sar famuż ma' Malta u Għawdex kif ukoll indaqq fil-Kanada u l-Awstralja. Dan il-marċ kien ikkumissjonat mill-banda Għaqda Mużikali L'Isle Adam tar-Rabat u minkejja li għaddew diversi snin minn fuqhu ghadu popolari sal-lum mar-Rabtin kif ukoll il-marċ l-ieħor b'tema orjentali China Town miktub ghall-istess banda. L-għadd ta' marċi brijuzi jlaħħaq mall-mitt marċ flimkien ma seba' marċi funebri fosthom dak li kiteb għall-memorja ta' ħuh li kien l-Arċipriet taż-Żejtun, Kappillan tal-Gżira, Ħal Kirkop u s-Siġġiewi.

Barra l-marċi kiteb Ave Maria li ndaqqet mill-banda Sant Elena fil-Bazilka ta' Birkirkara u baned oħrajn, Innu lil-Madonna tal-Karmnu, Preghiera alla Vergine u Ode to Saint Helena għal tenur/sopran u kor. Fis-sena 2000 il-kunsill ta' Birkirkara niegħda konkors għall-innu uffiċjali ta' Birkirkara fejn minn diversi kompożiżżjonijiet ħareġ rebbieħ l-Innu ta' Theuma. Dan jindaqq regolarment mit-tliet baned ta' Birkirkara fl-okkazzjonijiet li jkollhom.

Is-surmast Theuma huwa membru tal-Performing Right Society (PRS) ta' Londra u kien għalliem tal-mużika. John Theuma huwa kontributur ta' features u artikli mużikali f'diversi gażżetti lokali kif ukoll magħżul bħala membru tal-ġurija f'konkorsi ta' marżi li jsiru minn żmien għalżmien f'Malta.