John Suda

From M3P
Jump to navigation Jump to search
The printable version is no longer supported and may have rendering errors. Please update your browser bookmarks and please use the default browser print function instead.
The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

John Suda twieled il-Marsa fl-1951. L-esperjenza tiegħu fuq il-palk bdiet minn età tenera ħafna, kemm fl-iskola primarja kif ukoll f’kuntesti oħrajn amatorjali. Sa mill-ewwel esperjenza tiegħu fit-Teatru Manoel, meta interpreta l-parti ta’ Pilatu fid-dramm Proċess lil Ġesù (kitba oriġinali ta’ Diego Fabbri, maqlub għall-Malti minn Joe Friggieri u Frans Sammut), Suda ħadem biex jiżviluppa t-teknika teatrali tiegħu – żvilupp li jqisu bħala proċess ta’ formazzjoni kontinwa li jgħin lill-attur jaddatta l-prassi tiegħu għall-età li jkun fiha. Suda jidentifika wkoll l-osservazzjoni bħala għodda teatrali importanti, kemm fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll fix-xogħol teatrali u artistiku b’mod ġenerali. F’dan is-sens, Suda jħossu xxurtjat li kellu l-opportunità jaħdem ma’ personalitajiet bħal Karmenu Gruppetta, Francis Ebejer u Oliver Reed.

John Suda kellu sehem fit-twaqqif tal-kumpanija Koperatturi (1985), flimkien ma’ Alfred Mallia, Karmenu Aquilina, Michael Tabone u Manuel Cauchi. Il-versatilità ta’ Suda bħala attur tidher fl-għażla tal-aktar karattri sinifikattivi li interpreta tul is-sittin sena karriera tiegħu fuq il-palk: Richard III (William Shakespeare), is-Surmast (Trevor Zahra), Faust (Johann Wolfgang von Goethe) u Edipu s-Sultan (Sofokli). Suda ta wkoll sehem estensiv fl-iżvilupp tal-edukazzjani teatrali f’pajjiżna, kemm fi ħdan l-iMTADA u d-Drama Unit kif ukoll mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u, aktar reċenti, mal-kumpanija Bronk Productions.


John Suda in Dehra mill-Pont, (A View from the Bridge), translated and directed by Joe Friggieri


See also

Category:John Suda Photos