Difference between revisions of "John Mamo"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: John Mamo)
(Arranged Page: John Mamo)
 
Line 1: Line 1:
{{cleanup}}
{{cleanup}}
{{stub}}
{{stub}}
{{MT}}
Mro. '''John Mamo''' twieled f’ [[Birkirkara]] fis 17 t’ April, 1917, mill-ġenituri Giomaria (Ġamri) u Maria nee’ Galea, li kienu t-tnejn ukoll minn Birkirkara. Hawn wieħed jinnota li n-Nannu ta’ Mro. John Mamo, voldieri missier missieru kien [[Nikola Mamo]] m'[[is-Siġġiewi]]. Il-ġenituri tiegħu kienu joqgħodu qrib ferm tal-Każin tal-Banda ta’ [[Għaqda Mużikali Sant' Elena]], u sa minn tfulitu, Mro. John Mamo kien jiffrekwenta l-każin tal-banda u, għalkemm kien daqsxejn ta’ tfajjel, ħass il-ġibda għall-mużika. Il-ġibda li kellu wasslitu biex beda jistudja l-mużika u ta’ tmien snin beda jdoqq mal-Banda ta’ Għaqda Mużikali Sant’ Elena, bl-Althorn.
Mro. '''John Mamo''' twieled f’ [[Birkirkara]] fis 17 t’ April, 1917, mill-ġenituri Giomaria (Ġamri) u Maria nee’ Galea, li kienu t-tnejn ukoll minn Birkirkara. Hawn wieħed jinnota li n-Nannu ta’ Mro. John Mamo, voldieri missier missieru kien [[Nikola Mamo]] m'[[is-Siġġiewi]]. Il-ġenituri tiegħu kienu joqgħodu qrib ferm tal-Każin tal-Banda ta’ [[Għaqda Mużikali Sant' Elena]], u sa minn tfulitu, Mro. John Mamo kien jiffrekwenta l-każin tal-banda u, għalkemm kien daqsxejn ta’ tfajjel, ħass il-ġibda għall-mużika. Il-ġibda li kellu wasslitu biex beda jistudja l-mużika u ta’ tmien snin beda jdoqq mal-Banda ta’ Għaqda Mużikali Sant’ Elena, bl-Althorn.



Latest revision as of 09:28, 26 February 2021

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. John Mamo twieled f’ Birkirkara fis 17 t’ April, 1917, mill-ġenituri Giomaria (Ġamri) u Maria nee’ Galea, li kienu t-tnejn ukoll minn Birkirkara. Hawn wieħed jinnota li n-Nannu ta’ Mro. John Mamo, voldieri missier missieru kien Nikola Mamo m'is-Siġġiewi. Il-ġenituri tiegħu kienu joqgħodu qrib ferm tal-Każin tal-Banda ta’ Għaqda Mużikali Sant' Elena, u sa minn tfulitu, Mro. John Mamo kien jiffrekwenta l-każin tal-banda u, għalkemm kien daqsxejn ta’ tfajjel, ħass il-ġibda għall-mużika. Il-ġibda li kellu wasslitu biex beda jistudja l-mużika u ta’ tmien snin beda jdoqq mal-Banda ta’ Għaqda Mużikali Sant’ Elena, bl-Althorn.

L-Istudji bdihom taħt idejn Mro. Vincenzo Costa li kien ukoll Surġent mal-banda tal-Royal Malta Artillery (R.M.A.) flimkien mall-Kompajżan tagħna Mro. Salvatore Mallia, li kien ukoll surġent, fil-banda tal-R.M.A. Filwaqt li Mro. John Mamo baqa’ jistudja u jipperfezzjona l-prattika fl-istrument, beda ż-żmien tax-xogħol tiegħu bħala mastrudaxxa u kellu għal qalbu x-xogħol ta’ l-interzjar fl-injam.

Fis-sena 1933 fl-eta ta’ 16-il sena beda jdoqq ukoll mal-Banda Ċittadina tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, u hawn beda jdoqq it-Trombone Cantabile, li biħ kompla jkabbar il-ħila tiegħu fid-daqq ta’ dan l-istrument. Mro. John Mamo tant ħa interess f’ dan l-instrument li wasal biex beda jdoqq il-partijiet Solisti u għalhekk sar it-Trombone solista ta’ din il-banda ċittadina “La Vallette”. Huwa daqq taħt id-direzzjonijiet ta’ awturi mużikali bħal Respighi, Zadonai, Rev. Refice u wkoll Caldinio Botti.

Dan ta’ l-aħħar kien jammira ferm il-ħila li kellu fl-istrument John Mamo tant li darba, wara li Mro. Caldinio Botti kien mar l-Italja, meta ġie lura ġab miegħu trombone u rregalah lill-Bandist John Mamo. Il-kapaċità tiegħu waslet biex f’okkażjoni John Mamo dderieġa wkoll il-Banda “La Vallette” ġewwa l-Isla. Huwa dam idoqq mal-banda “La Valette” għal 25 sena, voldieri sas-sena 1958.

Wara t-tieni gwerra dinjija John Mamo daħal fil-banda tar-riġment ta’ l-R.M.A. bħala bandist u beda jdoqq is-Slide trombone fejn għamel seba’ snin li fihom kompla jżid fil-ħila tiegħu, kemm fl-istrument kif ukoll fl-armonija tant li wasal għas- seba’ grad. Mr. John Mamo g]al perjodu ta’ żmien serva b]ala Assistent Surmast tal-Banda tal-Għaqda Mużikali Sant’ Elena ta’ Birkirkara.

Mro. John Mamo nħatar Surmast Direttur tal-Każin Banda San Nikola nħar it-Tlieta, 10 ta’ Lulju 1962.

Huwa ħadem u stinka biex jagħti sehemu bl-akbar ħila u ħareġ lill-banda San Nikola bl-isbaħ unuri fl-esekuzzjonijjiet li għamlet taħt id-direzzjoni tiegħu, kemm fis-servizzi ġewwa r-raħal u dawk li hu mexxa barra r-raħal. Fost il-ħafna servizzi li għamlet il-banda tagħna li bihom issodisfat lil kull min għandu għal qalbu l-arti mużikali, mhux li wieħed jinsa dak il-famuż programm Vokali / Strumentali li dderieġa ġewwa l-pjazza tar-raħal fl-okkażjoni tal-Għeluq il-Festi ċentinarji nħar il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 1983. Din kienet verament okkażjoni speċjali li fiha spikkat il-kapaċita’ tad-direzzjoni ta’ Mro. John Mamo li mexxa l-banda b’ ħila u armonija msieħba mal-vuċijiet korali. Kbar kienu l-applawsi għal kull esekuzzjoni li ġiet esegwita kemm minn Mro. John Mamo u kemm mill-Assisstent Surmast Karmenu Vella (li wara sar ukoll Surmast Direttur tas-Soċjeta Filarmonika San Ġorġ Bormla. Fost il-mistednin għall dan il-kunċert kien hemm l-Ex-President tar-Repubblika Agatha Barbara, Dr. Louis Galea, l-Ex-Ministra tal-Affarijiet Barranin u l-Kultura Dr. Alex Sciberras Trigona, u ħafna personalitajiet distinti mis-Siġġiewi anki barranin.

Mro. John Mamo huwa kompożitur ta’ kwantita’ kbira ta’ Marċi Brijjużi u anki Marċi funebri, fosthom wieħed li kiteb għall-banda Ċittadina La Vallette. Għall-Każin Banda San Nikola ikkompona wkoll diversi marċi, fosthom tnejn li tfasslu bil-vrus. Ta’ min isemmi l-marċ “Viva Nicola Tagħna” li għall-mużika tiegħu fassal il-kliem is-Sur Karmenu Micallef u marċ ieħor li għalih kiteb il-versi r-Rev. Nikola Aquilina, marċ li illum huwa l-Innu Marċ tal-Każin Banda San Nikola.

Kien proprju Mro. John Mamo li kien ra u studja tajjeb l-Innu Popolari lill-San Nikola ta’ Bari, li huwa kompożizzjoni għall-banda, kor u vuċijiet tal-mejjet kompazjan Mro. Karmenu Mallia, u għalih esklama li dan l-Innu huwa kapolavur mużikali, anzi ried li jdoqqu kull sena. Kien Mro. Mamo li għamel xi arranġamenti fiħ, għal aktar qawwa vivaċi f’ ċerti passaġġi, u kif kien verament ix-xewqa tiegħu beda jdoqqu f’ kull lejlet il-Festa titulari.

Mro. John Mamo kien igawdi simpatija u rispett kbir mill-Membri tas-Soċjetà, mill-Bandisti u mill-parroċċani tar-raħal tas-Siġġiewi għall ġentilezza tiegħu. Mro. Mamo għadda għall ħajja ta Dejjem fis-sena 2012. Fil-funeral tiegħu, il-banda kien akkumpanjat minn baned li kien Surmast tagħhom voldieri Għaqda Mużikali Sant’ Elena, ta’ Birkirkara, il-Każin Banda San Nikola tas-Siġġiewi u l-Banda tal-Għaqda Mużikali Imperial tal-Mellieħa.