John Ivan Borg

From M3P
Revision as of 07:51, 20 November 2020 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: John Ivan Borg)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Capt. John Ivan Borg LRSM u LTCL. FLCM, LCM twieled fil-Ħamrun fl-1964. Huwa iben il-kbir ta’ Lawrence u Mary nee’ Debattista. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-kulleġġ ta' Santu Wistin.

Huwa beda 1-istudju tiegħu f'dik li hija teorija elementari fl-eta ta' tmien snin fil-każin tal-Banda San Ġużepp tal-Ħamrun taħt Mro. Eddie Suda, eks Trumpet Major tar-Royal Malta Artillery Band, filwaqt li 1-prattika taħt missieru stess Mro. Lawrence Borg FLCM.

T'għaxar snin beda jdoqq !-euphonium mal-baned. Beda 1-istudju tatteorija għand il-Professur Charles E. Zammit, wara kompla ma' missieru sabiex fl-1984 kiseb id-diplomi LRSM u LTCL. Fl-1985 kiseb ukoll 1-FLCM f'dik li hija prattika. Fl-1987 huwa daħal mal-Forzi Armati ta' Malta bħala mużiċist u fl-istess sena kiseb 1-Amus LCM.

Fl-1994 attenda kors fid-direżżjoni tal-banda fl-Italja mal-Associazzione Nazionale Bande Musicali Autonome taħt Mro. Antonio Saccone direttur tal-Orkestra ta' Napli. Fl-1995 attenda kors simili, din id-darba taħt Mro. Fulvio Creux ex Direttur tal-orkestra tar-RAI u kollega tal-famuż direttur Zubin Mehta. Fl-istess sena dderieġa 1-Banda Sant' Elena ta' Birkirkara fil-European Synphonic Band Contest f' Valencia f’ Spanja, fejn ikklassifika fit-tielet post. Fl-1997 kiseb 1-FLCM fil-kompozizzjoni.

lt-treġgija Muzikali tal-Banda San Guzepp ġiet f’idejħ fl-1996.

Fis-sena 2000, ipparteċipa fl-EXPO 2000 mal-Versatile Brass Ensemble fin -National Day of Malta f' Hannover fil-Germanja. Fl-2002, ġie mibgħut jistudja fl-iskola militari tal-mużika ta' Virginia fl-Istati Uniti, fejn temm b'suċċess kors intensiv. Mar-rapport finali li ġie mibgħut mar-riżultati, kien hemm statement li jgħid, li John Ivan Borg kien 1-uniku student barrani li temm il-kors b'suċċess f' dawk 1-aħħar 25 sena.

Mro. John Ivan Borg kien ukoll is-surmast direttur tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta fil-grad ta' Kaptan. Fl-2004, irraprezenta lil Malta fil-560 edizzjoni tal-iSposalizio del Mare f‘Cervia fl-Italia flimkien mal Versatile Brass Ensemble.

Mro. John Ivan Borg huwa Surmast Direttur tal-Banda Immakulata Kunċiżżjoni tal-Ħamrun. Huwa miżżewweġ lil Rita nee’ Muscat u għandhom żewġt itfal, Lisa Marie u Adrian.