Joe Mifsud

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Dr. Joe Mifsud B.A, LL.D. twieled il-Qrendi fit-13 t’ Awwissu 1950. Huwa kien avukat fil-Qrati Maltin, Amministatur fil-klabb ta’ Qrendi F.C. fl-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti u ex Viċi President tal-U.E.F.A. Iggradwa fil-liġi mill-Università ta’ Malta fl-1975.

Matul l-studji tiegħu fl-Università, lagħab il-futbol mat-tim tal-fakultà. Bħala avukat, Mifsud speċjalizza fil-liġi kriminali u kien l-avukat difensur waqt diversi ġurijiet kriminali importanti, fosthom dak ta’ Omar Mohammed Ali Rezaq, li flimkien ma’ tnejn oħra, kien akkużat bil-ħtif tal-ajruplan Boeing 737 tal-Egypt Air fit-23 ta’ Novembru 1985. Dakinhar kien sar massakru meta nqatlu xejn anqas minn 62 persuna. Wieħed biss kien għadda ġuri - Omar Mohammed Ali Rezaq. It-tnejn l-oħra kienu mietu waqt it-taqbida mal-commandos Egizzjani. Kienu saru diversi kuntatti mit-Torri tal-Kontroll mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dr. Karmenu Mifsud Bonnici.

Omar Mohammed Ali Rezaq kien qatel sitt passiġġieri u beda jitfahom ’il barra mill-ajruplan, wieħed wieħed, u waħda waħda għal fuq it-tarmak, taħt l-ajruplan, meta ġew infurmati li l-ajruplan ma kienx ser jingħata fuel. Finalment, Ali Rezaq, meta l-commandos taw l-assalt lill-ajruplan kien spiċċa ferut sew. Ittieħed l-isptar taħt għassa stretta fejn kien ġie opperat. Wara xi ġimgħat kien irkupra sew, u beda għaddej ġuri, dejjem b’għassa kbira miegħu. Dr Joe Mifsud kien ukoll lettur tal-liġi kriminali fl-Università ta’ Malta. F’nofs is-snin sebgħin kien ikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Laburista iżda ma kienx ġie elett għal ftit. Mifsud beda l-karriera tiegħu bħala amministratur tal-futbol meta fl-1967 inħatar Segretarju ta’ Qrendi F.C. Lagħab mal-klabb tad-dilettanti Qrendi Sparrows fil-kampjonati tal-I.A.S.C. organizzati mis-Sur Pawl Borg Inguanez.

Aktar tard ġie elett President tal-klabb u serva f ’din il-kariga bejn l-istaġun 1975-1976 u l-istaġun 1991-1992, meta ġie magħżul bħala President tal-Malta Football Association. Fil-bidu tas-snin sebgħin inħatar Segretarju, u aktar tard, President tal-Kumitat Permanenti tal-Malta Football Association Division III Clubs. Kien serva f ’din il-kariga fil-Kunsill tal-Malta Football Association. F’Lulju 1982 kien elett Viċi President Anzjan tal-Malta Football Association.

Minn Lulju 1992 beda jokkupa l-kariga ta’ President tal-Malta Football Association. Bejn l-1984 u l-1994 serva bħala membru permanenti fil-Bord tal-Appell tal-U.E.F.A. u bejn l-1986 u l-1990 kien ukoll membru tal-Bord tal-Appell tal-F.I.F.A. F’April 1994 kien elett membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-U.E.F.A. u sar l-aħħar President tal-Kumitat Ġuridiku tal-U.E.F.A. Huwa reġa’ ġie elett fl-1996, fl-1998, u fl-2002. Fl-1998 kien ġie elett ukoll membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-F.I.F.A. għal terminu ta’ sentejn. Dr. Joe Mifsud, mill-1994, okkupa pożizzjonijiet differenti fis-seba’ kumitati tal-U.E.F.A. u l-F.I.F.A. Kien il-president tal-Kumitat Ġuridiku tal-U.E.F.A. mill-1994 sal-1998, bir-responsabbiltà speċifika li jirrevedi l-Istatut tal-U.E.F.A. liema reviżjoni saret fl-1997. Kien il-President tal-Kumitat tar-Referees tal-U.E.F.A. bejn l-1996 u l-2000, Viċi President tal-F.I.F.A. Players Committee mill-1998 sal-2000. Minn dik is-sena Mifsud kien inħatar membru tas-sottokumitat tal-Eżekuttiv tal-U.E.F.A. għall-Assoċjazzjoni Nazzjonali l-osservatur tal-Kumitat Eżekuttiv tal-U.E.F.A. fil-Kumitat tal-U.E.F.A. Stadia and Security. F’Marzu 2009 Mifsud inħatar bħala wieħed mill-Viċi President tal-U.E.F.A. waqt kungress f’Copenhagan. It-terminu tal-kariga tiegħu skada fl-2011. Fl-2007 Mifsud kien ingħata l-unur ta’ Uffiċjal tas-Sena waqt il-Konkors Sportivi Nazzjonali. Dr Joe Mifsud, fit-23 ta’ Lulju 1992, kien elett President tal-Malta Football Association, wara li l-Avukat Dr. George Abela ma kienx ikkontesta. L-elezzjoni kienet saret fil-kwartieri ġenerali tal-Malta Football Association f ’numru 82, Triq San Pawl, il-Belt Valletta. Fl-elezzjoni li kienet saret fit-23 ta’ Lulju 1994, Dr. Joe Mifsud ma kienx ikkontestat, imma kien ittieħed vot sigriet u kiseb l-appoġġ ta’ 93 fil-mija tal-votanti. L-Elezzjoni, li kienet saret fil-Lukanda Les Lapins f’ Ta’ Xbiex. Għal darb’oħra, Dr. Mifsud ma kienx ikkontestat fl-elezzjoni li kienet saret fl-20 ta’ Lulju 1996. Ittieħed vot sigriet li ħalla riżultat ta’ 71 vot favur Dr Mifsud, 13 kontra u 3 astensjonijiet.

Dr. Joe Mifsud huwa iben il-mibki surmast tal-banda Maestro Nazzareno Mifsud, li serva mas-Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi A.D. 1895, u l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu tal-Ħamrun, fost oħrajn. Huwa miżżewweġ lil Angela u għandhom erba’ ulied bniet, Lorraine, Stefanie, Anna Maria u Patricia