Joe Farrugia l-Farell

From M3P
Revision as of 14:36, 25 October 2020 by Axiaqm (talk | contribs) (Arranged Page: Joe Farrugia l-Farell)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Joe Farrugia

Joe Farrugia magħuf bħala l-‘’Farell’’ twieled iż-Żurrieq fis-26 ta’ Ottubru 1956. Għex għal diversi snin l-Imqabba u llum il-ġurnata joqgħod f’ Ħal Tarxien. Sa minn età żgħira beda jaħdem fin-negozju, f’liema qasam illum għandu esperjenza kbira.

Joe Farrugia hu bniedem sportiv ħafna u sa minn ċkunitu kien attiv fil-futbol, fejn lagħab mal-Mqabba F.C. u aktar tard mal-Ħamrun Spartans u St. Patrick F.C. Fil-karriera sportiva tiegħu, Joe Farrugia ċċelebra mumenti sbieħ ma’ sħabu tat-tim, fosthom promozzjonijiet u esperjenza ma tintesiex meta l-Mqabba F.C. irnexxielhom jitilgħu mit-Tielet Diviżjoni għall-Premier b’43 logħba mingħajr megħluba.

Wara l-esperjenzi tiegħu bħala player, Joe Farrugia beda jinvolvi ruħu fil-festi, b’kollaborazzjoni mal-każini tal-banda li dejjem sabu l-għajnuna tiegħu. Joe kien ukoll inħatar President tas-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba fis-sena 1985. Dam jokkupa din il-kariga sas-sena 1990. Joe kien ukoll involut f’diversi għaqdiet oħra b’mod regolari.

Joe Farrugia huwa miżżewweġ lil Nicolina u għandu tlett ulied, Philip, David u Annette. Sa minn età iżgħar Joe kellu wkoll interess fil-politika. Kien fis-snin disgħin meta ġie mħajjar sabiex joħroġ għall-politika mal-Partit Laburista. Fis-sena 1996 kien elett Membru Parlamentari u kien jifforma parti minn Gvern Laburista. Għall-numru ta’ snin, Joe kien ukoll kontributur regolari fuq il-ġurnali lokali.