Joe Chetcuti

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Joe Chetcuti twieled fis-27 t’ Awwissu 1961. Joe Chetcuti huwa iben Rita Chetcuti nee Caruana mill-Mosta u Charles Chetcuti minn Birkirkara jgħix u traba fil-Mosta mal-familja tiegħu, Joe huwa l-kbir u għandu ħuħ Tonio, sentejn iżgħar minnu.

It-trobbija tiegħu tista’ tgħid li minn dejjem kienet il-Mosta, Joe huwa partitarju kbir tat-tim ta A.C. Milan u kien wieħed mill-fundaturi ta’ Milan Supporters Club Malta lura lejn is-sena 1979 meta dawn kien bdew joperraw minn Triq Santa Luċija fil-Belt Valletta.

Apparti il-futbol Joe minn dejjem kellu għal qalbu il-festa ta Santa Marija fost is-sebgħa iċċelebrata fil-Mosta, Joe fil-Mosta minn dejjem kien u għadu persuna rispettata. Kien minn dejjem l-għos tiegħu jagħdi iż-żmien mal-knisja żgħira li kellu li għada ghandu sal-lum u dejjem jżied xi fiħa skond l-okkażjoni.

Kien is-Sibt 25 t’April, 1987 meta dakinhar Joe kien iżżewweġ lill Phyllis nee’ Ferranti minn Ħaż-Żebbuġ. U għandhom tifla, il-mudella u preżentatriċi Pauline Marie Chetcuti.

Illum il-ġurnata Joe u l-familja tiegħu joqgħodu Ħaż-Żebbuġ, però l-Mosta qatt u qatt ma telaqha. Joe jgħid li mhux se jitlaqha tant li baqa’ jżomm konnessjonijiet ma’ din il-lokalità.

Joe huwa l-President Onorarju tal-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta, Membru Onorarju wkoll mal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard, u Membru Onorarju tas-Soċjetà Piroteknika 15 t’Awwissu tal-Mosta. Jokkupa l-kariga ta’ Assistent Editur tal-ktejjeb annwali tal-festa tal-Mosta maħruġ mill-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija u jokkupa l-kariga ta’ Segretarju fil-Kummissjoni Komunikazzjoni Parrokkjali.

F’Ħaż-Żebbuġ Joe Chetcuti jokkupa diversi karigi fil-Każin tal-Banda 12th May Band and Social Club bħala President Onorarju, Ċermen tal-Kummissjoni Banda u Membru fil-Board Editorjali tal-Ktejjeb Annwali tal-festa ta’ San Filep maħruġ mill-Każin tal-Banda 12th May.

Joe Chetcuti ilu aktar minn 22 sena jippreżenta l-programm ta’ kull nhar ta’ Ħadd fin-12.30pm Marċi u Bandalori fuq Net FM kif ukoll kontributur fil-ġurnali In-Nazzjon u il-Mument.