James S. Chappell

From M3P
Revision as of 06:57, 3 November 2021 by Axiaqm (talk | contribs) (Included Page: James S. Chappell)
(diff) ← Older revision | Latest revision (diff) | Newer revision → (diff)
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. James Chappell ALCM LLCM CMI twieled fl-10 ta’ Marzu 1970. Beda l-istudji mużikali tiegħu mal-Banda Dekana Għaqda Mużikali L’ Isel Adam tar-Rabat, fejn ħareġ idoqq il-klarinett fl-1983. Fl-1984 ingħaqad mas-SoċietàFilarmonica Nazionale La Valette.

Studja l-klarinett taħt il-Professur Freddie Mizzi, armonija u kompożizzjoni mal-Professur Dr. [[Charles Zammit] ] u Mro. Lawrence Borg u d-direzzjoni orkestrali taħt Mro. Joseph Sammut. Kiseb id-diplomi Associate u Licentiate mill-London College of Music.

Matul is-snin, Mro. Chappell ta’ diversi kunċerti kif ukoll kien mistieden bħala solista fil-kunċerti tal-MCI (Malta Cultural Institute), fil-Maltafest, kif ukoll bħala klarinettista solista ma’ orkestra taż-żgħażagħ f’mawriet fl-Italja u fil-Ġermanja, fosthom kunċert memorabbli fil-Vatikan fil-preżenza tal-QT il-Papa San Ġwanni Pawlu II.

Kariġi fil-Baned

Żamm il-kariga ta’ Għalliem u Assistant Surmast Direttur u Solista mal-Banda tas-Società Filarmonica Pinto Banda San Sebastjan ta’ Ħal-Qormi (1994-1996) u Banda Ċittadina tas-Soċjeta Filarmonika Sliema (1987-1999).

Fuq ir-rakkomandazzjoni ta’ Mro. Joseph Sammut, il-Filarmonica Nazionale La Valette fl-2002 ħatritu uffiċċjalment Klarinettista Solista u Leader tal-Banda. F’Jannar tal-2008 ħatritu Assistent Surmast Direttur.

F’Lulju tas-sena 2007 ġie maħtur Assistent Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina Popolari tas-Soċjeta San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-mibki l-Professur Mro. Joseph Vella. Fl-2014 l-istess Banda Ċittadina Popolari Konti Ruġġieru ħatret lil Mro. Chappell bħala s-Surmast Direttur tagħha.

Maestro di Cappella

Fl-1995 ġiet fdata f’ idejh id-direzzjoni tal-Kor Parrokkjali Regina Coeli tal-Parroċċa Arċipretali ta’ Ħad-Dingli. Fl-2009 l-istess Parroċċa ħatritu Maestro di Cappella.

Fl-2012 ġie maħtur Maestro di Cappella residenti fil-parroċċa ta’ San Ġużepp l-[[L-Imsida] ] .

Kemm ‘il darba kien mistieden jagħti s-servizzi tiegħu bħala Maestro di Cappella fil-[[Parroċċa ta’ Santu Wistin] ] fil-Belt Valletta kif ukoll biex jidderieġi l-orkestra, kor u solisti waqt il-Prima Messa ta’ diversi saċerdoti u pussessi ta’ Kappillani u Arċiprieti ġodda.

Radju

Mro. Chappell itella’ u jippreżenta programmi ta’ mużika serja u klassika fuq l-istazzjon nazzjonali tar-radju, Radju Malta I.

1993 - 2000: Producer u preżentatur ta’ programmi tar-radju mal-PBS fuq Radju Malta 1 u fuq Radju FM Bronja, fejn kien wieħed mill-ewwel producers / preżentaturi nvoluti fit-twaqqif ta’ dan l-istazzjon li kien esklussivament iddedikat għall-kultura.

Sensiliet ta’ programmi: Dizzjunarju Mużikali (approċċ alfabetiku tal-mużika) Pjaneti Mużikali (ispirat minn The Planets ta’ Gustav Holst), Nocturne (programm ta’ sagħtejn għal matul il-lejl), Awguri Maestro! (jiċċelebra dati u anniversarji ta’ matul il-ġimgħa).

Mill-2019: Producer u preżentatur tal-programm ta’ 90 minuta Awguri Maestro! li jixxandar fuq Radju Malta and Radju Malta 2.

Ripertorju

Ir-ripertorju ta’ Mro. Chappell jinkludi diversi kompożizzjonijiet varji. Għandu numru kbir ta’ marċi festivi u marċi funebri. Ikkompona valzi u concert pieces għall-banda fosthom Elegy, Salve Conte Ruggiero, The Governor’s Garden Party u tislima lill-Belt Valletta bl-isem L’Umilissima; is-suites bandistiċi Ir-Rabat ta’ San Pawl, Tu Es Vas Electionis u Vocatio Paolo; numru ta’ innijiet fosthom Innu lil San Pawl Missierna fl-okkażjoni tas-sena Pawlina 2008-2009, Innu ta’ Glorja lil Santu Wistin, Omm il-Faraġ – innu f’ġieħ il-Madonna taċ-Ċintura, l-innu Ingħaqdu Magħna Misidjani, Innu lil San Luqa, Innu lil Santa Marija Maddalena, Innu lil Kristu Rxoxt u l-Innu Tempju tat-Tempji fl-okkażjoni tal-elevazzjoni tal-Kolleġġjata Proto-Parroċċa Matriċi ta’ San Pawl tar-Rabat għad-dinjitá ta’ Bażilika. Fil-qasam orkestrali Mro. Chappell ikkompona wkoll mużika sagra u korali fosthom salmi, Salve Regina, Ave Maria, Pater Noster, Ave Maris Stella, Primi u Secondi Vespri ta’ Santa Marija u l-mużika liturġika ta’ jum is-solennità ta’ Santa Marija Assunta fosthom l-Antifona Hodie Maria li hija l-antifona ewlenija tal-parroċċa Arċipretali ta’ Ħad-Dingli.

Fl-2008 Mro. James Chappell ingħata ġieħ għall-mużika mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fejn jgħix. Huwa Commander fl-Ordni Militari u Ospedalier ta’ San Lazzru ta’ Ġerusalemm.

Fl-1995 Mro. James Chappell iżżewweġ lil Marica neè Cascun u fl-1999 kellhom wild wieħed, Matthew Chappell.