Difference between revisions of "In Tunis - 1927"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Included Page: In Tunis - 1927)
 
(Arranged Page: In Tunis - 1927)
 
Line 1: Line 1:
The band club’s reputation had also reached Africa under Mro. [[Artz]]. In April 1927 they were invited to Tunis by the Maltese residing there for the religious feasts which were to start in May. The Committee accepted the invitation and on May 31st a contingent of musicians and admirers left for Tunis. On their arrival they were greeted by the Maltese, who accompanied them when they visited the Governor, British Consul and Tunisian Nobility.
Il-fama mill-aqwa li kisbet il-Banda fi żmien [[Artz]] waslet ukoll fil-kontinent Afrikan. F’April tal-1927, ġiet mistiedna mill-kolonja Maltija ta’ Tuneż għall-festi reliġjużi u ċivili li kellhom jibdew f’Mejju. Il-kumitat aċċetta l-istedina u fil-31 ta’ Mejju, il-Banda flimkien ma’ għadd t’ ammiraturi imbarkaw lejn Tuneż. Kif waslu hemm, sabu jilqgħuhom ħafna Maltin li komplew jakkompanjawhom waqt iż-żjarat li għamlu lill-Gvernatur, lill-Konslu Ingliż u lill-Bej ta’ Tuneż wara li niżlu ‘l art.


The first programme they performed was in Phjara. Mro. Artz trusted his assistant Mro. [[Pacifico Scicluna]] fully, and let him lead the first programme. Here the Assistant Band Director directed the musicians who performed various pieces from Maltese composers, Verdi, Brahms and Gounod.
L-ewwel programm il-Banda għamlitu fil-lokalita` magħrufa bħala Phjara. Mro. Artz kellu fiduċja sħiħa fl-assistent tiegħu Paċifku Scicluna, tant li l-ewwel programm fdah f’idejh. Hawn l-Assistent Direttur idderieġa mużika ta’ kompożituri Maltin flimkien ma’ oħrajn ta’ Verdi, Brahms u Gounod.


The second programme was to be performed in one of the leading theatres in Tunis – ''Teatro Alhambra''. This evening was attended by the city’s highest officials. Mro Artz presented his composition to Malta, [[Nicolo Isuoard]]’s ''Avviso ai Mariati'' and Strauss’s Rosenkavalier. Mrs Artz performed various arie and songs accompanied by her husband on the piano. The concert was concluded  by various speeches for the occasion, a presentation of a number of gifts and the performance of the God Save and the French National Anthem. Afterwards the Maltese community hosted a lunch for the committee members and the musicians, to which Tunisian officials and the British Consul were invited.
It-tieni programm sar f’wieħed mill-isbaħ teatri tal-belt ta’ Tuneż it-Teatro '''Alhambra'''. Dik il-lejla kienu preżenti l-ogħla uffiċjali tal-belt. Mro. Artz ippreżenta l-kompożizzjoni tiegħu Lil Malta, dik ta’ [[Nicolo Isuoard]] Avviso ai Maritati u r-Rosenkavalier ta’ Strauss. Is-Sinjura Artz għamlet il-parti tagħha wkoll billi interpretat diversi arie u kanzunetti akkompanjata minn żewġha fuq il-pjanu. Il-kunċert kien spiċċa bis-soliti diskorsi tal-okkażjoni u għoti ta’ rigali u wara bid-daqq tal-God Save u l-Innu Nazzjonali Franċiż. Wara, il-Maltin ta’ Tuneż kienu taw pranzu għall-membri tal-kumitat u l-bandisti li għalih ġew mistiedna l-Uffiċjalita` ta’ Tuneż u l-Konslu Ingliż.


The last programme was in the Belvedere in Tunis, where in the repertoire Artz included the composition ''Respighi Le Fontane di Roma'', which was received to huge applause and which was played for a long time. Also, the band club was presented with a banner from the local Maltese community.
L-aħħar programm sar fil-Belvedere ta’ Tuneż, fejn fir-repertorju għal dakinhar, Artz kien inkluda l-kompożizzjoni ta’ '''Respighi Le Fontane di Roma''', li ntlaqgħet b’applawsi kbar, li komplew fit-tul wara li l-Banda ġiet ippreżentata bi stendard mill-Maltin li kienu jgħixu hemm.
Due to the great success of these trips, the society received a number of invitations, which unluckily could not be fulfilled, due the outbreak of the two world wars. Amongst these was an invitation from J.C. Bonnici to Tunis, 2 years before the Second World War to participate in the International Music Concours between the 16 and 18 April 1938. Due to further difficulties which emerged after the war, the band tried to go abroad once again for the first time in 1998, but wasn’t successful and the trip was cancelled.


The band was also invited to participate in a contest which was going to be held in July of the same year in Como, Italy. However, the band couldn’t attend since the contest was canceled due to difficulties encountered by the organisers.
Wara li dawn il-mawriet kienu suċċess, fl-istess żminijiet waslu stediniet oħra, iżda għal diversi raġunijiet, dawn ma setgħux jintlaqgħu. Kemm il-gwerra tal-1914 u kemm l-oħra ta’ warajha sfrattaw pjanijiet li kien hemm għal mawriet oħrajn. Fost dawn kien hemm dik li saret lill-Banda sentejn qabel it-Tieni Gwerra dinjija. Din waslet mingħand id-direttur J.C. Bonnici ta’ Ville de Tunis, biex tieħu sehem f’Konkors Internazzjonali tal-Mużika li kellu jsir bejn is-16 u t-18 ta’ April 1938. Kienet ħasra ukoll li fl-1998, il-parteċipazzjoni għall-ewwel darba minn wara l-gwerra ta’ din il-Banda ma rnexxietx. Konkors għall-baned, li ġiet mistiedna biex tieħu sehem fih, li kellu jsir f’Como, l-Italja, f’Lulju ta’ dik is-sena, kien tħassar minħabba xi diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-organizzaturi.

Latest revision as of 15:03, 4 May 2023

Il-fama mill-aqwa li kisbet il-Banda fi żmien Artz waslet ukoll fil-kontinent Afrikan. F’April tal-1927, ġiet mistiedna mill-kolonja Maltija ta’ Tuneż għall-festi reliġjużi u ċivili li kellhom jibdew f’Mejju. Il-kumitat aċċetta l-istedina u fil-31 ta’ Mejju, il-Banda flimkien ma’ għadd t’ ammiraturi imbarkaw lejn Tuneż. Kif waslu hemm, sabu jilqgħuhom ħafna Maltin li komplew jakkompanjawhom waqt iż-żjarat li għamlu lill-Gvernatur, lill-Konslu Ingliż u lill-Bej ta’ Tuneż wara li niżlu ‘l art.

L-ewwel programm il-Banda għamlitu fil-lokalita` magħrufa bħala Phjara. Mro. Artz kellu fiduċja sħiħa fl-assistent tiegħu Paċifku Scicluna, tant li l-ewwel programm fdah f’idejh. Hawn l-Assistent Direttur idderieġa mużika ta’ kompożituri Maltin flimkien ma’ oħrajn ta’ Verdi, Brahms u Gounod.

It-tieni programm sar f’wieħed mill-isbaħ teatri tal-belt ta’ Tuneż – it-Teatro Alhambra. Dik il-lejla kienu preżenti l-ogħla uffiċjali tal-belt. Mro. Artz ippreżenta l-kompożizzjoni tiegħu Lil Malta, dik ta’ Nicolo Isuoard Avviso ai Maritati u r-Rosenkavalier ta’ Strauss. Is-Sinjura Artz għamlet il-parti tagħha wkoll billi interpretat diversi arie u kanzunetti akkompanjata minn żewġha fuq il-pjanu. Il-kunċert kien spiċċa bis-soliti diskorsi tal-okkażjoni u għoti ta’ rigali u wara bid-daqq tal-God Save u l-Innu Nazzjonali Franċiż. Wara, il-Maltin ta’ Tuneż kienu taw pranzu għall-membri tal-kumitat u l-bandisti li għalih ġew mistiedna l-Uffiċjalita` ta’ Tuneż u l-Konslu Ingliż.

L-aħħar programm sar fil-Belvedere ta’ Tuneż, fejn fir-repertorju għal dakinhar, Artz kien inkluda l-kompożizzjoni ta’ Respighi Le Fontane di Roma, li ntlaqgħet b’applawsi kbar, li komplew fit-tul wara li l-Banda ġiet ippreżentata bi stendard mill-Maltin li kienu jgħixu hemm.

Wara li dawn il-mawriet kienu suċċess, fl-istess żminijiet waslu stediniet oħra, iżda għal diversi raġunijiet, dawn ma setgħux jintlaqgħu. Kemm il-gwerra tal-1914 u kemm l-oħra ta’ warajha sfrattaw pjanijiet li kien hemm għal mawriet oħrajn. Fost dawn kien hemm dik li saret lill-Banda sentejn qabel it-Tieni Gwerra dinjija. Din waslet mingħand id-direttur J.C. Bonnici ta’ Ville de Tunis, biex tieħu sehem f’Konkors Internazzjonali tal-Mużika li kellu jsir bejn is-16 u t-18 ta’ April 1938. Kienet ħasra ukoll li fl-1998, il-parteċipazzjoni għall-ewwel darba minn wara l-gwerra ta’ din il-Banda ma rnexxietx. Konkors għall-baned, li ġiet mistiedna biex tieħu sehem fih, li kellu jsir f’Como, l-Italja, f’Lulju ta’ dik is-sena, kien tħassar minħabba xi diffikultajiet li ltaqgħu magħhom l-organizzaturi.