Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura)

From M3P
Jump to navigation Jump to search
Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

Storja tal-Banda Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura)

Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) A.D. 1985

L-Istorja tal-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) (Taghrif meħud mill-website tas-soċjeta) [1]

It-Twelid ta’ l-Għaqda

Għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu ta’ l-1985 kienet ittieħdet iniżjattiva biex tiġi organizzata assembled band sabiex tieħu sehem fit-tlett ijiem tal-festa. Għal din il-biċċa xogħol, mil-lat mużikali, kien daħal għaliha Mro. Anthony Cassar. L-ideja rnexxiet u ntgħoġbot u kien propjru minn hawn li nibtet l-ideja, jew aħjar kompla jissaħħah il-ħsieb biex fil-Fgura tiġi ffurmata banda fuq bazi permanenti.

Kienu s-sinjuri Joseph Attard, Joseph Mangion u Toni Cumbo it-tlett promoturi li daħlu għal din il-biċċa xogħol iebsa u bdew javviċinaw xi persuni, li kienu lesti li jingħaqdu magħhom sabiex jifformaw il-banda. Il-lokal tal-Fgura kien beda jikber ġmielu, u dak iż-żmien l-abitanti kienu jgħoddu mat-tmient elef ruħ. Iżda kien diffiċli li minn daqstant nies issib individwi li kienu trabbew u kibru fil-Fgura, u li kienu lesti jidħlu għal dan ix-xoghol b’sagrificcju personali u ċiviku. Iżda l-ħeġġa tat-tliet promoturi sebqet kull diffikulta’ u sabu numru bizzejjed ta’ nies biex jiffurmaw kumitat provizorju.

L-ewwel laqgha ta’ dan il-kumitat saret fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju 1985, fil-garaxx tas-Sur Joseph Gauci, li aktar tard kien maħtur bħala l-ewwel President ta’ din is-soċjeta’ mużikali. Saru jafu lil xulxin u qablu fil-prinċipju kif ukoll fuq l-isem tas-Soċjeta: Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu. L-isem jitkellem waħdu u ma’ kienx hemm għalfejn spjegi partikolari fl-istatut li kienu qed jiddiskutu, liema statut kien diġa’ abbozzat mis-Surmast Anthony Cassar.

Ġew mgħaqqda l-ewwel bandisti u bdew isiru l-kunċerti taħt id-direżżjoni ta’ l-ewwel surmast, is-Surmast Anthony Cassar. Il-ħidma tal-kumitat flimkien mal-ħeġġa tas-Surmast Cassar taw il-frott tagħhom meta, għalkemm mhux uffiċjalment, il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ ħarġet iddoqq għall-ewwel darba fil-Fgura fil-Milied ta’ l-1985, ħames xhur biss minn meta twaqqaf il-kumitat fundatur. Xahrejn wara, fi Frar 1986, il-Banda għamlet marċ tassew kbir akkumpanjata min-numru kbir ta’ ammiraturi għall-okkazjoni tal-programm televiziv ‘Bonġu Malta’, u aktar tard ħadet sehem fil-festa ta’ Marija Annunzjata li jsir f’ Ħal-Tarxien.

L-ewwel Każin ta’ l-Għaqda

Il-kumitat beda jirsisti sabiex jakkwista lokal li seta’ jservi ta’ każin sabiex il-membri li bdew jingħaqdu ma’ din il-banda ikollhom fejn jiltaqgħu. Wara ħafna ġiri u taħbit instab garaxx fi Triq Kent u l-kumitat daħhal għalih b’ruħu w ġismu. Sar il-kuntratt, tħallset il-kera u l-każin infetaħ għall-pubbliku għall-festa ta’ l-1986. Kienet okkazjoni memorabbli, speċjalment nħar il-festa f’nofsinhar malli spiċċa l-marċ ta’ filgħodu. Briju sħiħ mill-partitarji flimkien mad-daqq ta’ l-innu tal-banda, miktub għall-okkazjoni mis-Surmast Anthony Cassar, għalqu l-ewwel kapitlu ta’ l-istorja tas-Soċjeta’ li sa sena qabel kienet għadha qed titwieled.

Fit-22 ta’ Settembru 1986 sar il-ftuħ uffiċċjali tal-każin mill-Onor Ministru Lorry Sant, li kien ukoll il-Patrun tal-każin. Ftit wara il-kumitat akkwista wkoll il-garaxx ta’ ma ġemb il-każin u niffdu flimkien iż-żewġ garaxxijiet biex kompla jikber il-każin, fejn saret karma għall-kumitat u kamra fejn isir it-tagħlim ta’ l-allievi li kull ma’ jmur bdew jiżdiedu. Il-ħidma tal-kumitat ma’ waqfitx hemm, anżi baqgħet għaddejja bl-organizzażżjonijiet ta’ diversi attivitajiet li bl-għajnuna taghħhom setgħu jinġabru aktar fondi meħtieġa għall iżvilupp tal-banda. Inxtraw xi strumenti u l-banda kellha wkoll l-ewwel bandisti tagħha li baqgħu jiżdiedu matul is-snin. Bħala t-tieni surmast fl-1986 inħatar Mro. Saviour Portelli. Ħafna nies fosthom żgħażagh u tfal bdew iħossuhom li issa kellhom dik ix-xi ħaġa li qabel kienet nieqsa fil-lokal tagħhom, li bdiet tagħtihom skop.

It-Twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ

Fis-sena 1990, fil-każin tagħna inħasset il-ħeġġa u l-entuzjazmu żgħażugh meta erba’ Żgħażagħ, Anthony Haber, Ronald Mercieca, Noel Mercieca u Jason Lombordo, inkoraġġiti mill-President is-Sur Joseph Gauci, iffurmaw il-Kummissjoni Żgħażagħ. Permess ta’ din il-kummissjoni, iż-żgħażagħ bdew jieħdu ħsieb jorganizzaw attivitajiet sabiex jiġbru l-fondi ħalli jkunu jistgħu ikabbru l-marċi tal-festa tagħna billi jorganizzaw briju matul il-marċi tal-festa. Il-ħidma tagħhom kienet tikkonsisti wkoll f’dik manwali u kont issibhom minn ta’ quddiem jagħtu daqqa t’id fil-każin, issa li l-kumitat kien daħal għall-propjeta’ l-ġdida tiegħu. Il-festa tas-sena 1990 kienet żgur memorja għal kull min kien preżenti fejn id-determinazzjoni taż-żgħażagħ issarfet f’ l-aqwa marċ brijuż li sa dak in-nħar kien sar ġewwa l-Fgura.

Każin Ġdid

Il-Każin Ġdid ta' Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) armat għal-festa.

Il-Ħsieb ewlieni tal-kumitat baqa’ li jinxtara post aktar diċenti u li kien jixraq għas-soċjeta’ bħala każin. Id-diffikultajiet kienu kbar speċjalment mil-lat finanżjarju. Iżda bl-għajnuna tas-Sur Joseph Attard, wieħed mill-promoturi ewlenin, ġie avviċinat is-Sur Joseph Portelli (il-Pirella) li daħal biex biex jiffinanzja x-xiri ta’ propjeta’ ġdida fi Triq Hompesch u hekk il-kumitat xtara post ġdid li seta jservi bħala każin ġdid għas-soċjeta’. Bis-saħħa ta’ dawn in-nies il-ħolma tal-kumitat u ta’ ħafna Fgurjani saret realta’. Malli nxtara l-post imsemmi il-kumitat ra u medd għonqu għax-xogħol biex isiru xi tibdiliet kostruttivi fil-post, u bil-għajnuna tal-voluntiera beda x-xogħol sabiex il-post jiżi kkonvertit ħalli jaqdi l-esiġenzi tal-każin. Infetħu xi ħitan, saru xi travi u beda it-tibjid.

Mhux ta’ b’xejn li s-sena 1991 kienet sena oħra mportanti ferm fl-istorja tas-soċjeta’ tagħna. Dan minħabba l-fatt li tul dik is-sena kompliet il-ħidma intensiva sabiex il-post li kien inxtara jitlesta u jibda jiffunżjona bħala każin. Hekk sar u fil-15 ta’ Diċembru, 1991 sar il-ftuh uffiċċjali tal-każin preżenti fi Triq Hompesch, it-triq prinċipali tal-Fgura. Minn dak in-nħar ‘l quddiem, il-kumitat ħadem bla heda sabiex ikompli jkabbar l-isem ta’ din is-soċjeta’ u fl-istess ħin barra li jħallas l-ispejjez li kellu tal-post, ikompli jorganizza l-marċi fil-ġranet tal-festa.

Ħidma matul is-Snin

Lis-statwa ta' l-Anġlu fuq il-Kolonna

Fis-sena 1992 il-kumitat ħatar lis-Surmast Mro. Karmenu Vella bħala t-tielet surmast minflok is-surmast Saviour Portelli. Bl-inizjattiva tas-Sur Anġlu Abela, bdew jinġabru fondi sabiex issir statwa ta’ anġlu li jissimbolizza l-każin u l-mużika u li tibda tintrama fi żmien il-festa. L-ideja ingħtoġbot u wara li nġabru ammont mhux ħażin, il-kumitat ħareġ id-differenza ta’ l-ispejjeż u l-istatwa saret. Din inħadmet mill-iskultur Renzo Gauci u bdiet tintrama fil-pjażża fejn kien isir il-programm mużikali. Illum din l-istatwa tintrema fuq il-kolonna faċċata tal-każin. Matul dawn is-snin, saru wkoll recordings tal-marċi fuq cassette f’ diversi okkazjonijiet.

Fis-sena 1995, il-Kummissjoni Żgħażagħ, fuq iniżjattiva tas-Sur Anthony Pizzuto, tellgħet għall-ewwel darba wirja ta’ statwi għal żmien il-Ġimgħa l-Kbira fil-basement tal-każin. Il-wirja kienet suċċess u ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-ħafna nies li ġew iżuruha, tant li l-kummissjoni żgħażagħ kompliet taħdem u l-wirja baqgħet issir kull sena, u bdiet dejjem tiżdied fil-popolarita’tagħha.

Ix-xogħol fil-każin baqa’ għaddej. Il-bar kien sar żgħir u għalhekk il-kumitat ħaseb sabiex tiġi msaqqfa parti mill-bitħa u hekk isir bar addattat għall-każin. Barra l-bar, inbniet sala ġdida fejn setgħu isiru l-kunċerti. Il-biċċa l-kbira tax-xogħol sar volontarjament mill-membri u miż-żgħażagħ. Fl-1996 inħatar ir-raba’ Surmast tas-Socjeta’; Mro. Chev. Vincent Bonnici K.T.L.

F’Settembru ta’ l-1998, xahrejn wara l-festa il-każin inħasad bl-aħbar tal-mewt tal-President. Kien eżatt it-28 ta’ Settembru fejn l-aħbar tal-mewt tal-maħbub President is-Sur Joseph Gauci inxterdet mal-Fgura. Il-Banda tal-Fgura, li kienet il-mimmi t’ għajnejh, tagħtu l-aħħar tislima bid-daqq ta’ marċi funebri nħar l-1 t’ Ottubru 1998 b’ korteo li beda minn ħdejn il-każin sal-Knisja Parrokkjali. Kienet telfa li nħasset mill-membri kollha tas-Soċjeta’, għax minbarra li tlifna President, il-każin tilef raġel u ħabib li kont issibu dejjem lest li jmidd idejh għax-xoghol f’kull fejn kien jinħtieġ fil-każin. Fil-laqgħa ġenerali li saret ftit wara ġie maħtur President ġdid is-Sur Joseph Pace.

Is-sena 2000 waslet u fl-okkazjoni tal-ħmistax-il sena mit-twaqqif tal-banda il-kumitat ħaseb li jagħmel kolonna ġdida għall-anġlu. Fuq iniżjattiva tal-kaxxier, is-Sur Omar Cassar, bdew jinġabru l-ispejjeż u għall-festa ġiet inawgurata l-kolonna. Iż-żgħażagħ min-naħa tagħhom komplew bil-ħidma u f’għeluq l-għaxar sena mit-twaqqif tal-kummissjoni għamlu kanniżżata sabiex tintuża fil-marċ tal-Ħadd filgħodu. Dan minbarra l-affarijiet oħra li saru matul is-snin li permess tagħhom kompliet tikber il-festa titolari tal-parroċċa tagħna. Fis-sena 2004 il-Kummissjoni żgħażagħ ħarġet compact disc b’ marċi brijuzi kantati, li ntlaqgħet tajjeb ħafna min-nies tal-Fgura.

Matul iż-żmien il-ħidma tal-kumitat baqgħet għaddejja. Il-banda tal-Fgura mhux biss bidet tieħu sehem fil-parroċċa tagħna imma bdiet tagħmel diversi serviżżi barra mill-Fgura f’ diversi festi. Il-kumitat ra diversi uċuħ ġodda li baqgħu mexjin fuq il-passi ta’ dawk ta’ qabilhom u l-istess jista’ jingħad għaż-żgħażagħ li kull ma jmur dejjem kienu qed jikbru f’dak li għandu x’jaqsam ma’ organizzażżjoni tal-briju. L-element tal-briju miż-żgħażagħ ma naqasx u ta’ kull sena fil-festa konna naraw xi ħaġa ġdida li kienet tikkumplimenta tajjeb il-marċi tal-banda.

20 Sena mit-twaqqif tal-Banda

Is-sorpriza tal-istatwa tal-Madonna fil-Knisja

Għall-festa ta’ l-2005, fl-okkazjoni ta’ l-20 sena mit-twaqqif tal-banda u l-15-il sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ, il-Kummissjoni Żgħażagħ għamlu mudell tal-Knisja tal-Fgura u minn ġo nofsha ġiet imtella’ permess tal-hydraulic, statwa tal-Madonna tal-Karmnu. Kien mument ermożżjonali ħafna, tara tant żgħażagħ jiċċelebraw b’mod maestuż il-festa lill-Padruna tal-Fgura. Fl-istess sena, il-kumitat ħareġ l-ewwel compact disc ta’ marċi brijuzi.

Fil-laqgha ġenerali ta’ Settembru 2005 ġie elett bħala t-tielet President tas-Soċjeta’ is-Sur Ronald Mercieca. Dik is-sena wkoll ġiet iffurmata Kummissjoni Banda fi ħdan is-soċjeta, u beda joħroġ il-fuljett Min-Noti tal-Kazin tal-Banda. Dan il-fuljett joħroġ kull tliet xhur u jitqassam f’ kull dar fil-Fgura.

Kunċert li sr fis-skola, li sar mill-għoxrin sena mit-twaqqif tas-Soċjeta.

Sabiex jitfakkar l-anniversarju ta’ l-għoxrin sena mit-twaqqif tal-Banda, il-kumitat tella’ programm mużikali fis-sala ta’ l-iskola primarja tal-Fgura nħar it-18 ta’ Diċembru 2005. Dan il-programm, minbarra il-livell eċċelenti mil-lat mużikali, ra fiħ il-ħolma, li bdiet ħmistax-il sena qabel, isseħħ. Kien proprju dakinħar li l-kumitat ħallas l-aħħar pagament fuq il-każin lis-Sur Joseph Portelli u hekk is-soċjeta tagħna tista’ tgħid li l-każin hu propjeta’ tagħha. Fl-istess programm is-surmast Chev. Vincent Bonnici irregala Innu Marc ġdid, kompoziżżjoni tiegħu stess, lis-Soċjeta’ u li ndaqq għall-ewwel darba dakinħar.

Fuq iniżjattiva tal-Kummissjoni Żgħażagħ, għall-festa ta’ l-2006 ġiet ipprezentata u mzanzna bandiera ġdida waqt il-programm mużikali li sar lejliet il-festa, Is-sena ta’ wara, għall-festa tal-parroċċa u proprju waqt il-programm mużikali li jsir lejliet il-festa, is-Sopran Miriam Camilleri kantat l-innu marċ il-ġdid akkumpanjata mill-banda. Ta’ min jgħid li l-kliem magħżul għal dan l-innu marċ ġie miktub ukoll mill-istess Miriam Camilleri. Fl-istess programm indaqqet ukoll fanfarra bl-Ave Maria fuq arranġament tas-surmast tal-Banda Chev. Vincent Bonnici. Din is-silta ġiet rregalata mis-surmast lill-President ta’ l-Għaqda waqt dan il-programm. Għal din is-sena wkoll il-kumitat ħa ħsieb u ħareġ it-tieni compact disc b’ marċi brijużi kemm ġodda kif ukoll oħrajn mir-repertorju tal-każin.

Fl-2007, is-surmast Chev. Vincent Bonnici irregala lill-banda fanfarra bl-Ave Maria fuq arranġament tiegħu stess. Fl-istess sena il-kumitat ħareġ it-tieni C.D. b’marċi brijużi. Fis-sena 2008 is-soċjeta nediet il-website uffiċċjali tagħha kif ukoll għall-ewwel darba, għal żmien il-festa, beda jxandar Radju Banda Fgura mill-istess każin, waqt li ż-żgħażagħ ħarġu t-tieni C.D. b’ marċi brijużi kantati. Għall-festa tal-2009 il-Kummissjoni Żgħażagħ żanżnet kanniżżata ġdida minflok dik li kienet saret fis-sena 2000. Minbarra li toffri kenn lil-bandisti mix-xemx, il-kanniżżata fiha xogħol ta’ arti li jpaxxi lil kull min jaraha. Fis-sena 2009 twaqqaf il-Bord Editorjali li ħa f’idejh l-inkarigu li jieħu ħsieb il-pubblikażżjonijiet li toħroġ l-Għaqda, filwaqt li ġiet iffurmata il-Kummissjoni Radju u Kultura li inħolqot sabiex tiffoka fuq ix-xandir tar-radju għal żmien il-festa kif ukoll attivitajiet oħra kulturali. Filfatt għall-ewwel darba il-Kummissjoni Radju u Kultura organizzaw wirja għall-żmien il-Milied fejn ġew esebiti bambini, presepji u affarijiet oħra li għandhom konnessjoni mal-Milied.

Matul iż-żmien il-ħidma tal-kumitat baqgħet għaddejja. Il-banda ħadet sehem f’bosta servizzi fil-Fgura u servizzi oħrajn barra mill-Fgura f’diversi festi. Kemm il-Kumitat kif ukoll il-Kummissjoni Żgħażagħ raw diversi uċuħ ġodda li mxew fuq il-passi ta’ dawk ta’ qabilhom biex il-ħidma baqgħet għaddejja matul is-snin.

25 Sena mit-twaqqif tal-Banda u 20 Sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ

Is-sena 2010 hija s-sena tal-ġublew parrokjali fil-Fgura. Dan minħabba il-bosta anniversarji li ser jiġu ċċelebrati fil-parroċċa. Il-parroċċa qed tfakkar il-ħamsin sena mill-miġja tal-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu. Din is-sena is-Soċjeta’ qed tfakkar il-25 anniversarju mit-twaqqif tagħha u l-20 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagh. Marbuta ma’ dan l-avveniment, il-kumitat ħejja programm speċjali biex jitfakkru dawn l-avvenimenti.

Is-Surmast Chev. Vincent Bonnici qed jippreżenta marċ lill-President Ronald Mercieca

B’ rabta ma’ dawn l-anniversarji f’ Mejju 2010, il-Kummissjoni Radju u Kultura tellgħet Wirja Marjana ġewwa l-każin fejn ġew esebiti bosta statwi tal-Madonna. Diversi għaqdiet li nsibu fil-Fgura flimkien ma’ xi każini tal-baned Marjani f’ Malta ipparteċipaw fil-wirja billi ġabu l-istandard tal-għaqda tagħhom. Kien hemm ukoll esebiżżjoni b’ ritratti u informażżjoni dwar il-vara titulari tal-Fgura li din is-sena qed infakkru il-ħamsin sena mill-miġja tagħha fostna. Għal din is-sena wkoll reġgħu ħadu ħsieb ir-Radju Banda Fgura u permess tal-ħidma tagħhom ħolqu studio ġdid minn fejn ixandru.

Għall-festa tal-2010 kieku saru libretti ġodda għall-banda u sar ir-recording mill-banda u ħareġ it-tielet compact disc b’ marċi brijuzi. Il-kumitat ħaseb sabiex għal din l-okkażjoni jagħmel arkivju sabiex jiġbor fiħ il-mużika kollha li l-għaqda għandha fil-pussess tagħha. Dan kien inawgurat nħar is-Sibt 24 ta’ Lulju 2010, eżatt 25 sena minn meta saret l-ewwel laqgħa mill-membri fundaturi tal-istess soċjeta’. Saret ukoll akkademja mużikali u letterarja nħar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju fuq iż-żuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Fgura fejn minbarra li jindaqqu bosta siltiet u inqraw xogħlijiet letterarji, ġie ppreżentat uffiċċalment ktieb maħruġ mill-kumitat dwar l-istorja tal-Għaqda Muzikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu’ (Fgura). Dan il-ktieb ġie miktub mis-Sur Charles Magro, li wara li għamel ir-riċerki meħtieġa, niseġ l-istorja ta’ dawn is-snin li għaddew minn qabel ġiet iffurmata il-banda sal-ġurnata tal-pubblikażjoni. Iċ-ċelebrażżjonijiet tal-25 sena mit-twaqqif tal-banda ġew fi tmiemhom f’ Diċembru fejn saret Quddiesa ta’ ringrażżjament fil-Knisja Parrokkjali tal-Fgura u wara il-banda għamlet programm mużikali taħt id-direżżjoni tas-surmast Chev. Vincent Bonnici.

Organisation

Surmastrijiet

No Band Master From Until
01 Anthony Cassar 1985 1986
02 Saviour Portelli 1986 1992
03 Carmelo Vella 1992 1996
04 Vincent Bonnici 1996 2019
05 Johan Debattista 2019

Presidenti

No Presidents From Until
01 Joseph Gauci 1985 1998
02 Joseph Pace 1998 2005
03 Ronald Mercieca 2005 2010
04 Anthony Pizzuto 2010 2014
05 Omar Cassar 2014 2019
06 David Zammit 2019

Secretarji

No Secretaries From Until
01 Saviour Dimech 1985 1987
02 Raymond Spiteri 1987 1988
03 Vincent Mifsud 1988 1989
04 Anthony Saliba 1989 1991
05 John Borg 1991 1994
06 J. L Vella 1994 1998
07 Anthony Pizzuto 1998 2004
08 Anthony Haber 2004 2014
09 Kurt Scerri 2014

Treżoriera

No Treasurers From Until
01 Anthony Cumbo 1985 1986
02 Joseph Gilson 1986 1988
03 Joseph Pace 1988 1991
04 Anthony Saliba 1991 1994
05 Joe Pace 1994 1998
06 Omar Cassar 1998 2014
07 Anthony Haber 2014 2015
08 Roderick Parascandolo 2015 2016
09 Glenn Collins 2016

Band Commissions

Band Activities Overseas

Historical Events in which the Band participated

Song Festivals, Events or Drama Activies

Annual Concerts

Annual Musical Activities

Recorded releases (LPs, Cassettes and CDs)

Cassettes

No Name of Cassettes - Festive Marchies Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Fl-Inawgurazzjoni tal-Ewwel Banda tal-Fgura A.D. - Mill-Banda Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) (Vol. 01) (1985) 1985 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Fl-Inawgurazzjoni tal-Ewwel Banda tal-Fgura A.D. - Mill-Banda Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) (Vol. 02) (1988) 1988 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Banda Tal-Karmnu Fgura ' 90 - Mill-Banda Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) (Vol. 03) (1990) 1990 *
04 Marċi Brijuzi - Banda Tal-Karmnu Fgura - F'Għeluq l-10 Snin tas-Soċjeta - (1985 -1995) - Mill-Banda Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) (Vol. 04) (1995) 1995 *
05 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Banda Tal-Karmnu Fgura ' 98 - Mill-Banda Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) (Vol. 05) (1998) 1998 *

Cd's

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Fgura 2004 - mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) (2004) 2004 *
02 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Fl-Okkażjoni ta' l-20 Sena mit-Twaqqif tal-Banda - mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) (2005) 2005 *
03 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Brijużi 2007 - mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) (2007) 2007 *
04 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Brijużi 2010 - 25 Sena Kultura Mużikanli - mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura) (2010) 2010 *

Others

No Name of Cd's - Festive Marches Year Marches Funeral Marches Waltzes Others
01 Festive Marches - Marċi Brijuzi - Marċi Brijużi bil-Kant 2008 - mill-Kummissjoni Żgħażagħ Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Fgura)(2008) 2008 *

Programmes and Publications

Memorials

External links