Difference between revisions of "Gordon Baldacchino"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: Gordon Baldacchino)
(Arranged Page: Gordon Baldacchino)
 
Line 6: Line 6:
Fil-kamp mużikali, Baldacchino beda l-ewwel taħriġ tiegħu fi ħdan l-[[Għaqda Mużikali Beland]], taż-Żejtun, fejn fl-1994 ingħaqad mal-istess banda, jdoqq it-Trumbetta, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. [[Frank Mercieca]]. Aktar tard huwa kompla jistudja l-istess strument ġewwa l-iskola tal-Mużika Johann Strauss, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. [[Paul Busuttil]]. Fl-istess żmien huwa beda jitħarreġ fit-teorija tal-Mużika ma’ Mro. [[Raymond Sciberras]]. Flimkien mal-istess għalliem u surmast, huwa kompla jistudja l-armonija, il-kontrapunt, l-orkestrazzjoni, l-arti tal-arranġament u d-direzzjoni fuq livell avvanzat. Huwa kiseb ALCM fil-kompożizzjoni fl-2015, u kompla jistudja mal-istess surmast f’livell ta’ Baċċellerat.

[[File:baldacchinogordon.jpg|350px|thumb|left|Mro. Gordon Baldacchino idderiġġi l-Oratorju '''Marija''' fl-2015]]  
[[File:Oratorju Marija.jpg|350px|thumb|left|Mro. Gordon Baldacchino idderiġġi l-Oratorju '''Marija''' fl-2015]]  
Mal-Banda Beland, Gordon Baldacchino għamel numru twil ta’ snin jokkupa r-rwol ta’ Solo Trumpet. Fl-2011 huwa nħatar bħala Assistent Surmast Direttur ta’ Mro. Ray Sciberras. Fl-istess żmien huwa beda wkoll jgħallem it-Teorija mal-istess Banda. Baldacchino, sa mill-1997, għal ħmistax–il sena ħa sehem attiv fil-kumitat direttiv tal-istess Soċjeta’ preseduta min Dr. [[Alexander Cachia Zammit]]. F’dan il-kumitat huwa okkupa l-karigi ta’ Assistent Delegat tal-Banda, Arkivista u Assistent għar-Relazzjonijiet Pubbliċi. Fl-2000, Gordon Baldacchino kien il-persuna li ntroduċa, ħejja u pprogramma l-ewwel website tas-Soċjeta’. Kien anke l-persuna li għall-ewwel darba ħoloq xandiriet live ta’ avvenimenti mportanti fl-2001, fosthom il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Festa ta’ Santa Katarina. Kemm dam arkivista, għamel xogħol metikoluż ta’ konservazzjoni, organiżżazzjoni u arranġamenti mużikali ta’ mużika ġdida u antika li tinsab fl-Arkivji tas-Soċjeta’. Gordon Baldacchino qatta aktar minn 20 sena jagħmel parti mill-Kummissjoni Banda, fejn għal bosta snin huwa okkupa l-kariga ta’ Segretarju. Huwa kien anke membru ta’ diversi kummissjonijiet, fosthom dawk responsabbli mix-xogħolijiet relatati mal-Anniversarji tal-2005 u tal-2011.

Latest revision as of 07:05, 15 January 2021

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

Mro. Gordon Baldacchino

Mro. Gordon Baldacchino, MA Ed.Lead, B.Ed (hons), Dip.CS.ED, ALCM . Oriġinarju miż-Żejtun, twieled fil-15 ta’ Jannar 1977, u huwa iben Josephine u Lawrence Baldacchino. Huwa rċieva l-Edukazzjoni Primarja, Sekondarja u Sixth form ġewwa De La Salle College. Wara huwa kompla l-istudji akkademiċi tiegħu fl-Universta’ ta’ Malta minn fejn iggradwa bil-Baċċellerat fl-Edukazzjoni, speċjaliżżazzjoni fil-Matematika u Edukazzjoni fil-Primarja fl-2000, kif ukoll fl-2002 b’ Diploma fit-Tagħlim tal-Computer Studies. Fl-2020 huwa ggradwa wkoll b’Masters in Educational Leadership and Management mill-Universita’ ta’ Roehampton, Londra.

Fil-kamp mużikali, Baldacchino beda l-ewwel taħriġ tiegħu fi ħdan l-Għaqda Mużikali Beland, taż-Żejtun, fejn fl-1994 ingħaqad mal-istess banda, jdoqq it-Trumbetta, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Frank Mercieca. Aktar tard huwa kompla jistudja l-istess strument ġewwa l-iskola tal-Mużika Johann Strauss, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Paul Busuttil. Fl-istess żmien huwa beda jitħarreġ fit-teorija tal-Mużika ma’ Mro. Raymond Sciberras. Flimkien mal-istess għalliem u surmast, huwa kompla jistudja l-armonija, il-kontrapunt, l-orkestrazzjoni, l-arti tal-arranġament u d-direzzjoni fuq livell avvanzat. Huwa kiseb ALCM fil-kompożizzjoni fl-2015, u kompla jistudja mal-istess surmast f’livell ta’ Baċċellerat.

Mro. Gordon Baldacchino idderiġġi l-Oratorju Marija fl-2015

Mal-Banda Beland, Gordon Baldacchino għamel numru twil ta’ snin jokkupa r-rwol ta’ Solo Trumpet. Fl-2011 huwa nħatar bħala Assistent Surmast Direttur ta’ Mro. Ray Sciberras. Fl-istess żmien huwa beda wkoll jgħallem it-Teorija mal-istess Banda. Baldacchino, sa mill-1997, għal ħmistax–il sena ħa sehem attiv fil-kumitat direttiv tal-istess Soċjeta’ preseduta min Dr. Alexander Cachia Zammit. F’dan il-kumitat huwa okkupa l-karigi ta’ Assistent Delegat tal-Banda, Arkivista u Assistent għar-Relazzjonijiet Pubbliċi. Fl-2000, Gordon Baldacchino kien il-persuna li ntroduċa, ħejja u pprogramma l-ewwel website tas-Soċjeta’. Kien anke l-persuna li għall-ewwel darba ħoloq xandiriet live ta’ avvenimenti mportanti fl-2001, fosthom il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Festa ta’ Santa Katarina. Kemm dam arkivista, għamel xogħol metikoluż ta’ konservazzjoni, organiżżazzjoni u arranġamenti mużikali ta’ mużika ġdida u antika li tinsab fl-Arkivji tas-Soċjeta’. Gordon Baldacchino qatta aktar minn 20 sena jagħmel parti mill-Kummissjoni Banda, fejn għal bosta snin huwa okkupa l-kariga ta’ Segretarju. Huwa kien anke membru ta’ diversi kummissjonijiet, fosthom dawk responsabbli mix-xogħolijiet relatati mal-Anniversarji tal-2005 u tal-2011.

Fl-2015, il-Għaqda Mużikali Santa Marija - Qrendi ħatret lil Gordon Baldacchino bħala Surmast Direttur, wara li kien ilu sentejn għalliem mal-istess Soċjeta’. Għal din is-Soċjeta’ huwa kkompona diversi xogħolijiet u arranġamenti, fosthom l-Innu Popolari Marija, kif ukoll l-Oratorio Marija li t-tnejn li huma żżanżnu f’Ottubru 2018 fl-okkażjoni tal-400 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Qrendi.

Fl-2015 ukoll Gordon Baldacchino ppubblika CD ta’ Marċi Funebri bl-isem ta’ In Memoriam, li hija ġabra ta’ ħdax –il marċ Funebru mill-pinna tiegħu. Apparti dak li ssemma aktar qabel, Gordon Baldacchino ikkompona numru sabiħ ta’ marċi brijużi, funebri, valzers, concert pieces u arranġamenti tal-Banda.

Attwalment, huwa id-Deputat Kap tas-Seminarju Minuri, ġewwa tal-Virtu’ r-Rabat, Malta. Huwa miżżewweġ lil Judith, u għandhom żewġt it-tfal, Katia u Elena.