Difference between revisions of "Giuseppe Stivala"

From M3P
Jump to navigation Jump to search
(Arranged Page: Giuseppe Stivala)
 
Line 30: Line 30:
[[Category:Bandmasters]]
[[Category:Bandmasters]]
[[Category:Born in 1897]]
[[Category:Born in 1897]]
[[Category:Dead in 1950]]
[[Category:Died in 1950]]

Latest revision as of 17:23, 6 December 2021

Cleanup Icon 2014.png

Clean-up Needed

The text currently on this page needs further work. It was most likely imported or reproduced from a website associated with the subject of the page - possibly through a process involving far-from-perfect machine translation, often with awkward results. It is awaiting the attention of an experienced M3P editor, which could be you. It may be slightly out of date, or may need other elements taken care of appropriately, including proofreading or copy-editing for grammar and style.

STUB

This page is a stub

Stub pages are like acorns. The first seed has been planted, but you can help them grow! There may, for example, also be other M3P resources linking to it. You can help by expanding this page.

The text on this page is in Maltese.
Essential elements from it, if not the whole page, must be translated into English. 
The Maltese text that appears here needs to be migrated to the appropriate name space.
This note is also intended to mark this page for the attention of M3P administrators and advanced editors who can act on it.

Mro. Ġużeppi Stivala twieled in-Naxxar fl-1897 u minn ċkunitu ħass is-sejħa mużikali.

Meta kien għadu żgħażugħ daħal mal-Società Filarmonica Nazionale La Valette u kien jifforma parti mill-Banda tal-R.M.A. u kien jgħallem fl-iskola militari.

Beda l-karriera tiegħu bħala Surmast mal-Banda Melita ta’ Tuneż. Meta reġa rritorna lura Malta sab ruħu magħżul Surmast ta’ diversi baned Maltin u Għawdxin. Wara l-mewt ta’ Surmast Mallia l-Kumitat mill-ewwel beda jaħdem biex il-Għaqda Mużikali L'Isle Adam ikollha Surmast mill-aqwa. Bi qbil ta’ mija fil-mija bejn il-Bandisti u l-kumitat ġie magħżul is-Surmast Stivala. Dak iż-żmien il-Banda tagħna kellha bżonn ta’ direttur mhux biss biex jidderieġi lill-Bandisti, iżda kien hemm ġa l-ħsieb li tinxtara strumentatura ġdida għaż-żmienijiet preżenti. Fl-Arkivju ta’ din il-Banda nsibu ħafna mużika mill-pinna tas-Surmast Stivala u l-aqwa arranġamenti ta’ opri kbar huma xogħol tiegħu. Fost kitbiet tiegħu nsibu marċi sinfoniċi, brijużi u funebri u sinfoniji, l-aktar waħda famuża hija Sinfonija “Pathetique”. Ma nistawx inħallu barra l-famuża Shoulder to Shoulder li fiha niseġ bl-akbar sengħa l-innu nazzjonali Malti u Ingliż. B’din il-kompożizzjoni miktuba fl-aħħar tal-Gwerra s-Surmast Stivala ried juri l-ħidma tal-Maltin u l-Ingliżi kontra n-Naziżmu u l-Faxxiżmu. Insemmu wkoll l-Innu tal-Banda L’Isle Adam li kkonpona fl-1949.

Marċ funebri li għadu jindaqq fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat ta’ l-Imdina, iġib l-isem ta’ Vers La Calvaire. X’ingħidu mbagħad għal arranġamenti tiegħu. L-arranġamenti tiegħu għal Banda bħal-Overtures Kollosali 1812 u Struensee, ta’ Selections u Fantasiji minn opri speċjalment dawk Puċċinjani kienu arranġamenti tal-ogħla klassi li jħabtuha mal-aqwa Surmastrijiet barranin.

Fi Franza rebaħ konkors internazzjonali permezz ta’ “Suite Oriental” minn fost ħafna Surmastrijiet barranin.

Ix-Xjuħ tagħna żgur li għadu jidwi f’widnejhom sal-lum l-applawsi kbar li kienu jingħataw lil Banda meta s-Surmast Stivala kien jasla fl-aħħar battuti ta’ xi Overture jew Fantasija, nhar San Pawl ta’ Jannar, fl-Imnarja jew San Duminku fil-Belt. Dawn il-programmi kienu jiġbdu numru kbir ta’ dilettanti tal-mużika klassika minn Malta kollha biex jammiraw u japlawdu s-sinkronizzazjoni perfetta bejn direttur u banda.

Is-Surmast Stivala kien mogħni b’personalita formidabli, malli kont titfa’ għajnejk fuqu waqt li jkun jidderiġi kont tħossok qed tara s-serjeta, l-awtorita u d-dixxiplina personifikanti fih. B’ħarstu biss kien jikkontrolla s-sehem mistenni minn kull bandist.

Bl-għajnuna u l-pariri siewja tiegħu l-Kumitat wasal biex jixtri sett komplet ta’ strumenti ġodda għal Banda, d-ditta magħżula kienet Boosey & Hawkes għall-istrumenti tar-Ram u La Fleur għall-istrumenti tal-injam. Is-Surmast Stivala ma kellux ix-xorti li jidderiġi l-Banda fl-inawgurazzjoni tal-istrumentatura l-ġdida, laħaq biss intona l-istrumenti.

Sfortunament wara dawn is-snin ta’ suċċessi kbar b’qalbu mnikta kellu jħalli l-Banda tagħna minħabba saħħtu. Tant kemm kien rabat qalbu mal-Banda tagħna fuq xewqa tiegħu ried li qabel ma jagħlaq għajnejh il-Banda L’Isle Adam iħalliha f’idejn tajba. Ix-xewqa tiegħu kienet li l-Banda tgħaddi f’idejn is-Surmast Anton Muscat Azzopardi. Kien ta’ sodisfazzjoni kbir għalih li jara x-xewqa tiegħu mitmumha.

Is-Surmast Stivala kien membru (fratell) ta’ Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp.

Hu miet fid-9 ta’ Mejju 1950. Il-Funeral tiegħu sar l-għada mis-Saqqajja sal-Knisja Ta’ Ġieżu akkumpanjat mill-Banda L’Isle Adam li sellmitlu għall-aħħar darba bil-marċ funebru tiegħu “Vers La Calvaire”. Kien Funeral grandjuż li tassew kien jistħoqqlu.

Hu jinsab midfun fil-Kannierja tas-Santwarju ta’ San Ġużepp ir-Rabat.